Uffiċċju tal-Prim Ministru – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2023
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tiegħu, tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari għas-sena 2023?
Response (ABELA, ROBERT)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għal kuntrarju ta’ dak li nkiteb fl-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar dan l-istess suġġett, il-Manwal ta’ Proċeduri tal-Kabinett jaqra hekk:
6.1 “Fi żmien xahrejn mill-ħatra u mhux aktar tard mix-xahar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Ministru u Segretarju Parlamentari għandu jibgħat lis-Segretarju tal-Kabinett dikjarazzjoni tal-assi.”
Id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari għas-sena 2023 ġew sottomessi skont kif mitlub fil-Manwal, u kienu disponibbli għall-pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2023
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2023?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu in kwistjoni kien hemm 62 talba, li minnhom 24 ġew aċċettati, 4 għadhom miftuħa u 4 oħra rtirati. It-talbiet li ma’ kinux aċċettati kienu dovut għal fatt li ma kinux jaqgħu fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
Tas-Sliema — Triq Sir Adrian Dingli - Qtugħ fil-provvista tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fi Triq Sir Adrian Dingli fil-lokalità ta' Tas-Sliema matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fl-imsemmija triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fit-triq ismsemmija, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm inkjesti maġisterjali li għadhom pendenti? Jista' jgħid ukoll kemm ilha pendenti kull inkjesta maġisterjali u quddiem liema Maġistrat tinsab pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm in-nolle prosequi u/jew ordni li ma għandhom jittieħdu ebda proċeduri skont l-artikolu 569 (6) tal-Kodiċi Kriminal (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) inħarġu mill-Avukat Ġenerali u x'kienu l-akkużi li dwarhom inħareġ in-nolle prosequi u/jew ordni mill-Avukat Ġenerali?
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħata mill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u/jew tal-kumpaniji li lilha ngħata, mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Membri tal-Ġudikatura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba u/jew ilment rċieva dwar Imħallfin u Maġistrati dwar ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Membri tal-Ġudikatura jew ta’ Kodiċi jew regoli ta’ dixxiplina għall-membri tal-ġudikatura mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet u/jew ilmenti ġew riferuti minnu lill-Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament irriżenja minn Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi d-dokument mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament irriżenja minn Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.