Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentru Nazzjonali għal Aerospace — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha li mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienu jew għadhom impjegati maċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace kemm fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi part-time? Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-imsemmija persuni l-kariga, r-remunerazzjoni u dati tal-impieg li kellha u/jew għandha mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ċentru Nazzjonali għal Aerospace – kuntratti ffirmati

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull kuntratt li ġie ffirmat miċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuni u/jew tal-kumpaniji li lilhom ingħataw, mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Klabbs tal-Football – għajnuna finanzjarja

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13635, jista' l-Ministru jagħti rendikont liema klabbs tal-Football ingħataw għajnuna finanzjarja direttament matul is-snin 2018 u 2019? Jista' l-Ministru jindika kemm kien l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lil kull klabb tal-Football u dwar liema proġetti u/jew inizjattivi ngħatat l-imsemmija għajnuna finanzjarja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif dwar l-assistenza li ngħatat lill-komunità sportiva tal-futbol fl-2018 u l-2019 hu kif muri fiż-żewġ tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS – talbiet biex jixxandru l-messaġġi tal-Prim Ministru u Ministri tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13949 u jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba rċeviet il-Public Broadcasting Services Limited sabiex jiġi mxandar messaġġ milll-Prim Ministru u/jew minn Ministru tal-Gvern fuq Television Malta? Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn it-talbiet, id-data u l-ħin ta' meta ġie mxandar kull messaġġ, l-istazzjon jew stazzjonijiet li fuqu ġie mxandar il-messaġġ, is-suġġett tal-messaġġ, il-format tal-messaġġ, minn min sar il-messaġġ kif ukoll it-tul tal-messaġġ li ġie mxandar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ċentru Nazzjonali għal Aerospace – ftehim dwar l-operat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-operat taċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace u li ġie milħuq bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli mill-avjazzjoni u ċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Ordni dwar it-Twaqqif bħala Aġenzija taċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace (Leġislazzjoni Sussidjarja 595.09)?

Response (BORG, IAN)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – direct orders

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13914 u tagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħata mill-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuni u/jew tal-kumpaniji li lilha ngħatat, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13914.

Bank – sottomissjonijiet ta’ rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna nominata fir-rigward tal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, issottomettitx ir-rapport tagħha għas-sitt xhur tal-attività tagħha mill-1 ta' Settembru 2019 sad-29 ta' Frar 2020? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmi rapport skont kif jipprovdi l-artikolu 29 (3) (e) tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rigward ir-rapport imsemmi tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif wasal fil-Ministeru.

Pembroke – użu ta’ ranges

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta' Malta għandhomx il-ħsieb li ma jibqgħux jagħmlu użu mir-ranges li jinsabu f'Pembroke? Jekk iva, jista' jgħid x'użu alternattiv se jkun qed isir mill-faċilitajiet li bħalissa qed jintużaw bħala ranges f'Pembroke?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 14391, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi m’hemm ebda ħsieb li l-Forzi Armati ta’ Malta ma tibqax tagħmel użu mill-imsemmija ranges.
Leg 13 PQ #14392 Sitting 333 2020-05-20 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim bejn il-Gvern Malti u Steward HealthCare

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat mill-Gvern Malti u Steward Healthcare f'Awwissu 2019?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

Ftehim bejn Gvern Malti u Steward HealthCare

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat mill-Gvern Malti u Steward Healthcare f'Awwissu 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13930 u jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Aġenzija Identità Malta – karti tal-identità bl-ittra Z

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il karta tal-identità ġdida nħarġet mill-Aġenzija Identità Malta u li n-numru tagħha jispiċċa bl-ittra Z?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mgħoddija lili, Identity Malta ma ħarġet l-ebda karta tal-identità li tispiċċa bl-ittra Z fil-perjodu msemmi.
Leg 13 PQ #13998 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ingaġġ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'impjieg jew karigi kellha l-persuna li isimha u kunjomha qegħdin jingħataw separatament, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet u fl-awtoritajiet kollha li jaqgħu jew li kienu jaqgħu taħtu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-persuna li isimha u kunjomha ingħataw separatament, kienet ingaġġata bħala Deputy Chief of Staff mas-Segretarjat tal-Prim Ministru mit- 3 ta’ Ġunju 2013 sat- 2 ta’ Mejju, 2014.

Kummissjoni Ċinematogragika ta’ Malta – kopja tar-rapport annwali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13909 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti annwali tal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13909.

Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – ħaddiema impjegati

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13908 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienu jew għadhom impjegati mal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta kemm fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi part-time? Tista' l-Ministru tindika għal kull waħda mill-imsemmija persuni l-kariga, ir-remunerazzjoni u dati tal-impieg li kellha u/jew għandha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13908.

Kummissarju Ċinematografiku – kopja tal-kuntratt

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13907 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna li isimha u kunjomha qegħdin jingħataw separatament u li fil-preżent tokkupa l-kariga ta' Kummissarju Ċinematografiku?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13907.

Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – struttura organizzattiva

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13904 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tabella li turi l-istruttura organizzattiva tal-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13904.