Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operat tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – ftehim

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-operat tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u li ġie milħuq bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-Ġustizzja u l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati skont dak li jipprovdi l-artikolu 5 (2) tal-Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati (Leġislazzjoni Sussidjarja 595.34)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – twaqqif ta’ Kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kumitati ta' użu u kumitati oħra ġew imwaqqfa mill-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati? Jista' jgħid min huma l-membri ta' kull kumitat li ġie mwaqqaf?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jiċċara għal liema kumitat jew kumitati qed jirreferi.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – ftehim ta’ prestazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' prestazzjoni tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u li ġie milħuq bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-ġustizzja u l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati skont dak li jipprovdi l-artikolu 9 tal-Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati (Leġizlazzjoni Sussidjarja 595.34)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 18777.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sat-2 ta’ Frar li għadda, l-impjegati u r-rwoli tal-ħaddiema fl-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – impjegati li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna rriżenjat mill-impjieg tagħha minn mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mit-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull persuna li rriżenjat u d-data u r-raġuni tar-riżenja tagħha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li mid-data tat-twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati, Malta u Għawdex irriżenjaw mill-impjieg tagħhom 12-il impjegat.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – pariri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pariri rċieva mingħand l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mid-data tat-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Aġenzija tkun f’kuntatt kontinwu mal-Ministeru u mal-Ministru, u jsiru diskussjonijiet b’mod regolari dwar is-set up tal-Aġenzija, dwar ir-ri¿orsi umani, dwar inizzjattivi fl-użu tal-informatika, dwar proġetti kapitali, dwar is-sitwazzjoni tal-Pandemija u kif qed timpinġi fuq l-operat tal-Qrati, dwar proġetti kapitali, dwar emendi legali u dak kollu li jkun ta’ mportanza u li tkun tinħtieġ diskussjoni f’livell ta Ministeru.

Pubblikazzjoni ‘Sigurtà’

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret dwar il-pubblikazzjoni bl-isem "sigurtà" ippubblikat f'Jannar 2021 mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġiet imqassma bieb bieb l-imsemmija pubblikazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pubblikazzjoni li qed jirreferi għaliha qed titqassam f’kull dar madwar Malta u Għawdex. Dan għaliex l-informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ pajjiżna u l-investiment li qed isir biex din tissaħħah hi relevanti għaċ-ċittadini kollha ġejjin mil-liema lokalità ġejjin. Fil-fatt il-pubblikazzjoni titkellem, fost oħrajn, dwar il-pulizija tal-komunità u t-taqsima speċjalizzata għall-vittmi tal-vjolenza domestika. Nifhem li l-Onorevoli Interpellant japrezza li huwa importanti li l-Maltin u l-Għawdxin kollha jkunu infurmati b’dawn is-servizzi bħalma huwa importanti li jkunu jafu kif jistgħu jagħmlu rapporti b’telefonata jew online li wkoll hi provduta f’din il-pubblikazzjoni. L-istess pubblikazzjoni tinforma dwar il-kundizzjonijiet ġodda li għandhom il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u s-Suldati u l-ftehim ma’ mid-Dlam għad-Dawl biex jingħata servizz ġdid għall-familji tal-priġunieri. Il-Ministeru ħaseb ukoll li jkun għaqli wkoll li l-Maltin u l-Għawdxin ikunu infurmati dwar kif il-forzi tal-ordni kienu protagonisti fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-Covid-19 u dan biex tibqa’ titqajjem kuxjenza dwar is-sehem li lkoll irridu nagħtu. L-ispiża biex kienet stampata din il-pubblikazzjoni kienet ta’ €12,375 VAT eskluż.

Spiża għall-inawgurazzjoni tal-Mini ta’ Santa Luċija

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tal-mini ta' taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija u li saret nhar il-Ħadd 24 ta' Jannar 2021? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija inawgurazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Nhar il-Ħadd, 24 ta’ Jannar, il-Gvern Malti flimkien ma’ Infrastructure Malta inawguraw il-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, investiment ieħor ta’ €20 miljun biex ittejjeb is-sigurezza, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tar-rotta ewlenija lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta. Il-mini ġodda b’erba’ korsiji li jgħaqqdu Triq Tal-Barrani ma’ Vjal Santa Luċija (it-Telgħa tal-Addolorata) qegħdin inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar b’aktar minn 30%. Qed itaffu wkoll it-tniġġis mid-dħaħen u l-istorbju tal-konġestjoni li kienet toħloq ir-roundabout li kien hemm qabel, li fiha kienu jiltaqgħu u jaqsmu kontra xulxin diversi rotot traffikużi, fosthom tliet toroq arterjali u tliet toroq oħrajn li jagħtu għal Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Bil-junction ġdida fuq żewġ livelli, ħafna mill-vetturi li kienu jgħaddu minn dan is-salib it-toroq issa jgħaddu dritt minn ġol-mini. B’hekk saret ukoll eħfef biex tivvjaġġa b’mod aktar sigur u b’metodi differenti bejn it-tliet lokalitajiet tal-madwar. Il-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija kien jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tal-mogħdija għall-ġiri (jogging track) li hemm fil-viċinanzi, kif ukoll punti għall-qsim pedonali bid-dwal tat-traffiku bejn Raħal Ġdid u Santa Luċija, waqfiet aktar siguri għall-karozzi tal-linja u passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti li jgħaqqad Santa Luċija mal-Marsa. Infrastructure Malta bniet ukoll mill-ġdid il-mina għall-mixi u r-roti (subway) ta’ Triq tal-Barrani b’disinn aħjar, b’rampi għaċ-ċiklisti, passaġġi aċċessibbli għal kulħadd u cameras ta’ sorveljanza li jħarsu s-sigurtà ta’ dawk li jgħaddu minnha biex jivvjaġġaw bejn Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Ix-xogħlijiet fuq is-sit bdew fis-sajf tal-2019, billi l-kuntratturi tal-proġett qattgħu aktar minn 80,000 tunnellata ta’ blat biex iffurmaw iż-żewġ mini, twal 90 metru ‘l waħda. Il-mini jingħaqdu ma’ Triq Tal-Barrani u Vjal Santa Luċija permezz ta’ żewġ rampi ta’ 130 metru. Erba’ tlajja u nżul oħrajn jgħaqqdu dawn iż-żewġ toroq mar-roundabout ġdida fuq l-istess mini. Bħala parti minn dan il-proġett, il-kuntratturi bnew ukoll mina li tista’ tgħaddi minnha bil-mixi (walk-through culvert) twila 1.1 kilometru minn Triq Tal-Barrani lejn Vjal Santa Luċija biex tingħaqad ma’ mini simili li saru taħt il-flyovers tal-Marsa Junction Project. Minn ġo dawn il-mini qed jgħaddu l-cables ta’ vultaġġ għoli ta’ waħda mill-konnessjonijiet ewlenin tax-xibka tat-tqassim tal-elettriku tal-pajjiż. Infrastructure Malta bidlet ukoll medda ta’ pajpijiet għad-distribuzzjoni tal-ilma, li kien hemm taħt l-art fl-istess żona. Poġġiet ukoll diversi kilometri ta’ pajpijiet għas-servizzi tal-Internet, sistemi elettroniċi għal-immaniġġjar tat-traffiku u servizzi oħrajn ta’ telekomunikazzjoni. Il-proġett jinkludi wkoll ġibjuni ġodda u 2.7 kilometri ta’ katusi għall-ġbir tal-ilma tax-xita għat-tisqija taż-żoni ġodda mħaddra b’siġar u pjanti li saru permezz tal-istess investiment. Il-passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti matul Vjal Santa Luċija jifforma parti minn rotta għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi aktar sigura bejn Ħal Luqa, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Marsa u Ħal Qormi. L-ewwel parti minn din ir-rotta fiż-żewġ direzzjonijiet saret fl-2019 permezz tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, biswit Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija. Bil-proġett tal-mini f’Santa Luċija, Infrastructure Malta issa tawwlet din ir-rotta tul il-karreġġjata tat-tramuntana fi Vjal Santa Luċija sal-Marsa, fejn bniet passaġġi oħrajn maqtugħin mit-triq u mina għall-mixi u r-roti fis-sit tal-Marsa Junction Project. Permezz tal-mina pedonali ġdida taħt Triq Tal-Barrani, din ir-rotta għall-mixi u r-roti issa hija magħquda wkoll ma’ Ħal Tarxien. Il-proġett tal-bini tal-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija jagħmel parti mill-investiment fit-tul fir-rotta prinċipali bejn in-naħa t’isfel u ċ-ċentru ta’ Malta, li testendi minn Pembroke u San Ġiljan sa Birżebbuġa. Dan il-pjan jinkludi titjib f’toroq arterjali oħrajn tul din ir-rotta, bħalma huwa l-bini mill-ġdid ta’ Triq Diċembru 13 u l-Marsa-Ħamrun Bypass fl-2018, il-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq Reġjonali, il-Pont tal-Wied tal-Imsida u Triq Ħal Luqa fl-2019, il-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas fl-2020, kif ukoll il-Marsa Junction Project. Infrastructure Malta se tkompli ssaħħaħ din in-netwerk ta’ toroq ewlenin b’aktar ħidmiet ġodda fiż-żmien li ġej, fosthom il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) fil-Gudja, li beda din il-ġimgħa, Luqa Junction Project u Msida Creek Project. Il-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija huwa parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea. Fl-24 ta’ Jannar, Infrastructure Malta organizzat ċerimonja qasira t’inawgurazzjoni sabiex tirrikonoxxi l-ħidma ta’ ħafna ħaddiema, kuntratturi u entitajiet li taw is-sehem tagħhom sabiex flimkien wettqu dan il-proġett t’€20 miljun Ewro li qed iħalli benefiċċji kbar lir-residenti u l-ħaddiema fin-nofsinhar ta’ Malta, kemm f’termini ta’ inqas ħin fl-ivvjaġġar u inqas spejje¿ ta’ fjuwil, kif ukoll f’arja aktar nadifa u infrastruttura aħjar għall-ivvjaġġar b’mezzi aktar sostenibbli. Din iċ-ċerimonja ta’ ftit inqas minn nofs siegħa għal numru żgħir ta’ mistednin, fosthom il-mezzi tal-media kollha, saret skont ir-rakkomandazzjonijiet għat-trażżin tal-imxija tal-Covid-19. Ma kinitx tinvolvi “tunnel party” b’tema partiġġjana għal mijjiet ta’ mistednin, bħala ma sar meta ġew inawgurati l-aħħar mini simili li nbnew fit-toroq Maltin fis-snin disgħin. L-ispiża ta’ din iċ-ċerimonja qasira, fosthom siġġijiet għall-ħaddiema u l-media preżenti, tagħmir awdjoviżiv, plakka kommemorattiva żgħira u servizz ta’ te u kafe f’tazzi tal-karti (mingħajr ebda xorb jew ikel ieħor), tammonta għal total ta’ €7,640 (VAT eskluża).
Leg 13 PQ #18401 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korrispondenza bejn il-Gvern Malti u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar nomina

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza u d-dokumenti kollha li għaddew bejn il-Gvern Malti u l-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) dwar in-nomina tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull korrispondenza mal-Bank Ċentrali Ewropew hi strettament kunfidenzjali. Minkejja dan, nista’ nserraħ ras l-interpellant li l-Bank Ċentrali Ewropew jirrikonoxxi li n-nomina tal-Gvern Malti saret fuq il-bażi tal-kwalifiċi li tħaddan l-istess persuna nnominata.
Leg 13 PQ #18402 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Korrispondenza bejn il-Gvern Malti u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar nomina

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza u d-dokumenti kollha li għaddew bejn il-Gvern Malti u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar in-nomina tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Misoqsija Parlamentari 18401.
Leg 13 PQ #17496 Sitting 405 2020-11-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – ittra ta’ riżenja ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja minn Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra.
Leg 13 PQ #17502 Sitting 405 2020-11-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – Kap Eżekuttiv — rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dawl tar-riżenja minn Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, l-istess Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ġietx ippreżentata bir-rapport mill-panel imwaqqaf minnu stess sabiex jinvestiga u/jew jivverifika allegati ksur ta' etika mill-imsemmi individwu? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmi rapport?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA hi awtorita ndipendenti u mhux kompitu tal-Ministeru dan il-proċess.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 16444 u tgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11387 u PQ 11599, li koprew il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 4 talbiet Jannar-Settembru 2020: 19-il talba Minn dawn kien hemm 11-il talba milqugħa, 11 rifjutati u talba minnhom ġiet abbandunata. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16445 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

“B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ16445 li kopriet il-perjodu sa Ottubru li għadda, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 4 talbiet Minn dawn kien hemm 2 talbiet milqugħa, 1 rifjutati u 1 għadha pendenti. Jannar-Settembru 2020: 10 talbiet Minn dawn kien hemm 2 talbiet milqugħa, 5 rifjutati u 3 għadhom pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16446 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tal-perjodu bejn Ġunju 2017 u Settembru 2019, l-informazzjoni mitluba kienet ingħatat mill-predeċessur tiegħi fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 11390. B’żieda ma’ din l-informazzjoni ngħarrfu li t-talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni li rċieva l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, inklużi l-entitajiet li jaqgħu taħtu, kienu kif ġej: Bejn Ottubru u Diċembru 2019: Tlettax-il (13) talba; Jannar u Settembru 2020: Għoxrin (20) talba. Minn dawn it-talbiet, disgħa (9) intlaqgħu, wieħed u għoxrin (21) kienu rrifjutati, waħda (1) għadhapendenti u tnejn (2) ġew irtirati. F’dawk il-każijiet fejn talba ġiet irrifjutata, dan sar għax l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet li rċieva l-Ministeru tiegħi saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu jikkonċernaw aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, kif ukoll l-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16447 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQs 11388 u 11380, li koprew il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 13 il-talba Jannar-Settembru 2020: 69 talba Minn dawn kien hemm 37 talba milqugħa, 44 rifjutati u 1 għadha pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16448 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (REFALO, ANTON)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11390, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 2 talbiet Jannar-Settembru 2020: 1 talba waħda Minn dawn kien hemm talba waħda milqugħa, tnejn irrifjutati, filwaqt li m’hemm l-ebda talbiet pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.”

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16449 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (ABELA, CARMELO)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQs 11385 u 11599 li diġà rreferejna għalihom l-ewwel darba, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Jannar-Settembru 2020: 1 talba Din it-talba ġiet milqugħa. It-talba saret minn midja u kienet dwar aspetti varji tal-operat ta’ enitita` li taqgħa taħt il-Ministeru.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16438 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’¿ieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 16438, li kopriet il-perjodu sa Ottubru li għadda, nixtieq in¿id li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklu¿i, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 2 talbiet Jannar-Settembru 2020: 8 talbiet Minn dawn kien hemm 4 talbiet milqugħa u 6 rifjutati. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenari 16439 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BORG, IAN)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11392 u PQ 11387, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 37 talba Jannar-Settembru 2020: 123 talba Minn dawn kien hemm 67 talba milqugħa, 56 rifjutati u 37 għadhom pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.