Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-karigi u/jew pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust jinsabu biss fis-segretarjat tal-Ministeru u li l-informazzjoni relatata hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response
Ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kumplament li mhumiex imniżżlin fil-Manwal huma dawn:
- 2 Policy and Operations Advisor; (Full time Scale3)
- Technical Expert on Drugs, Alcohol and other Dependencies; (Part time €1500 fi xahar)
- Policy & Economics Advisor; (Part time 30hrs Scale 3)
- 2 Support Services Executive (Full time Scale 6)
- ICT Analyst (Full time Scale 6)
- Coordinator-Electoral Manifesto (MSPC) (Full time Scale 4)
- 2 Support Services Coordinator (Full time Scale 10)
- Assistant Support Services Coordinator (Full time Scale 13)
- Support Services Executive (Grade 2 * skond il-ftehim kollettiv ta’ FSWS)
- Senior Clients Service Coordinator (Grade 3 * skond il-ftehim kollettiv ta’ FSWS)
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi sa llum għandu 14-il impjegat li huma skond kif indikat fit-tabella hawn isfel.
KarigaData tal-bidu tal-impjieg
Director25/01/2022
Principal Legal Officer14/09/2020
Manager25/06/2018
Manager08/10/2020
Manager10/06/2021
Bureau Officer II05/10/2018
Bureau Officer II12/09/2019
Bureau Officer II13/04/2020
Bureau Officer II22/11/2021
Bureau Officer II29/10/2021
Bureau Officer II17/12/2021
Bureau Officer II09/05/2022
Handler29/10/2018
Bureau Officer II18/06/2018
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il laqgħa saret tal-Bord tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi? Jista' l-Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2015 sat-13 ta’ Mejju 2022 saru 63 laqgħa tal-Bord tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi. Min dawn kien hemm 26 istanzi fejn kien hemm xi ħadd mill-membri assenti hekk kif muri fit-tabelli li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Talbiet mill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi lill-Prim Ministru
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru mill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi lill-Prim Ministru, li permezz tiegħu ntalab li uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati biex jaqdu dmirijiethom mal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi? Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn l-uffiċjali pubbliċi, il-kariga tagħhom u f'liema kapaċità intalbu li jaqdu d-dmirijiet tagħhom fl-Uffiċċju għall-Iskupru tal-Assi? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati mill-Prim Ministru, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox saru 3 talbiet biex uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati biex jaqdu dmirijiethom mal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi, li kollha ġew aċċettati. Id-dettalji ta’dawn it-talbiet jinstabu fit-tabella annessa.
KarigaKariga mal-ARB
Office Clerk Bureau Officer II
Health Screening CoordinatorBureau Officer II
Executive - Grade 1Bureau Officer II
Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi – offerti ta’ impjieg permanenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'offerti ta' impjieg permanenti għamel l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi lil uffiċjali assenjati għal dmirijiet mal-istess Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi? Jista' l-Ministru jgħid x'rimunerazzjoni, pattijiet u kondizzjonijiet ġew offruti lill-imsemmija uffiċjali mill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel parti tal-mistoqsija mhux ċara u qed jintalab biex jikkjarifika xi jfisser meta jigħd “ x'offerti ta' impjieg permanenti għamel l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi lil uffiċjali assenjati għal dmirijiet mal-istess Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi?”. Ninforma ukoll li ma kien hemm ebda pattijiet li jmorru oltre dawk stabilitti fil-kuntratt ġenerali u komuni ta’impjieg skont il-ligi li l-impjegat ikun iffirma meta beda jaħdem mal- Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi)? Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom pendenti dawn il-każijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 3 kawżi pendenti quddiem din il-Qorti, fejn l-aktar każ li ilu pendenti imur lura għal 6 xhur.
Jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta ser titwaqqaf l-iskwadra speċjali, fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, għaż-żona ta' Paceville f'San Ġiljan kif ġie ssuġġerit mill-Police Officers Union f'Lulju 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Korp tal-Pulizija huwa kommess li jassigura pajjiż sigur għal kulħadd kemm f’Paceville kif ukoll fi bnadi oħra tal-pajjiż. Infurmat illi huwa minnu li l-industrija ta’ billejl ġewwa Paceville toffri sfidi partikolari li jridu jiġu indirizzati b’mod kollettiv bil-Korp tal-Pulizija jokkupa rwol strateġiku f’dan l-arranġament. Għal dawn l-aħħar xhur il-Korp tal-Pulizija kompla jissaħħaħ fuq numru ta’ fronti, inkluż preżenza akbar fil-komunitajiet permezz tal-proġett tal-communty policing, inkluż ġewwa San Ġiljan u s-Swieqi, sabiex bdejna nindirizzaw aħjar il-problemi li jaffaċjaw ir-residenti ta’ kuljum. Dan kollu kien ifisser li numru konsiderevoli ta’ riżorsi ġew allokati għal dawn l-għanijiet filwaqt li ġew addottati metodi li jiżguraw aktar sigurtà ġewwa Paceville. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu l-Korp tal-Pulizija kien f’diskussjonijiet ma’ numru ta’ msieħba, inkluż l-unjin indikata, sabiex jiġi xprunat it-twaqqif ta’ organu aktar iffukat fuq Paceville u s-sigurtà tiegħu. Naturalment, issa li din hija fil-fatt waħda mill-miżuri fil-programm elettorali ta’ dan il-Gvern (miżura 830) ser naraw li dawn id-diskussjonijiet jitkomplew bil-għan li jiġi kkreat setup adekwat li jiżgura sigurtà ġewwa Paceville bl-involviment ta’ pulizija speċjalizzati.
Korp tal-Pulizija – Rapporti dwar inċidenti li jinvolvu electric kick scooter – Gżira
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar inċidenti li jinvolvu electric kick scooter (e-kickscooter) fil-lokalità tal-Gżira? Jista' jgħid f'liema toroq fil-Gżira seħħew dawn l-inċidenti li ġew irrappurtati lill-Pulizija, jekk kienx hemm persuni li sfaw midruba, jgħid l-età tal-persuni li ġew midruba u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ April 2022, il-pulizija rreġistrat żewġ rapporti tat-traffiku, li jinvolvi e-kickscooters, ġewwa l-Gżira. Dawn jikkonsistu f’żewġ inċidenti fi Triq ix-Xatt, persuna ta’ 41 sena u persuna oħra ta’ 21 sena midruba. Persuna minnhom kienet imressqa l-Qorti.
Sena
Numru ta’ Inċidenti
Lokalità u Triq
Midruba
Età
2017
0
2018
0
2019
0
2020
0
2021
1
Gżira, Triq ix-Xatt
Persuna waħda
41
2021
1
Gżira, Triq ix-Xatt
Persuna waħda
21
2022
0
TOTAL
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti u kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri? Jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed mill-ġurijiet li jinsabu pendenti, id-data meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li sal-11 ta’ Mejju 2022 kien hemm 80 ġuri pendenti, li minnhom, 8 kazijiet huma appuntati biex jgħaddu ġuri u 7 oħra, li mmaturaw riċentement, qed jistennew id-data tal-appuntament. L-oħrajn, għal-diversi ragunijiet varji ma jistgħux isiru: fosthom, minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax qegħdin jistennew kawżi oħra jew għax għadhom fi stadju ta’ eċċezzjonijiet preliminari. In-numru ta’ persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri u d-data ta’ meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża jinstabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati għandha 469 impjegat li huma maqsumin skond il-kariga tagħhom fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra .
Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – Persuni li rriżenjaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna rriżenjat mill-impjieg tagħha minn mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mit-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull persuna li rriżenjat u d-data u r-raġuni tar-riżenja tagħha?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-data tat-twaqqif tagħha fis-sena 2019, irriżenjaw 36 impjegat minn mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati li kienu jikkonsistu hekk kif imniżżel fit-tabella hawn taħt. Ninsab infurmat li ma tinżamx statistika dwar ir-raguni tar-riżenja.
KarigaNumru ta’impjegati li rriżenjaw
Court Attorney2
Assistent Registratur1
Assistenti Ġudizzjarji (part-time)5
Deputati Reġistraturi5
Uffiċjal fi Skala 91
Skrivan11
Messaġiera9
Court Customer Relations Assistant1
Xufier ta’ Ġudikant1
Jista' l-Ministru jgħid min kienu jew huma l-persuni u/jew ditti u/jew kumpaniji li ġew ingaġġati bħala konsulenti mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mit-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet irċeviet kull waħda minn dawn il-persuni, ditti u kumpaniji?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li mill-2019 sat-13 ta’ Mejju 2022 ġew ingaġġati żewg kumpaniji biss biex jagħtu servizz ta’ konsulenza lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati hekk kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Ta’ min jinnota li dawn il-kumpaniji għad ma rċievewx ħlasijiet peress lis-servizz li kellhom jagħtu għadu ma ġix provdut kollu.
Isem l-Konsulent
Deskrizzjoni tas-servizz mixtri mill-Aġenzija
Data ta' meta beda il-kuntratt
Mad About Video
Provision of Audio-Visual consultancy services
24/08/2021
Charles Scerri & Associates
Provision of Audit and Consultancy Services
16/12/2021
Inkjesta Maġisterjali dwar impjieg ta’ persuna ma’ kumpanija tal-Gvern – Spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s'issa l-inkjesta maġisterjali dwar l-allegat użu mhux leġittimu ta' fondi pubbliċi u reati oħra in konnessjoni ma' impjieg ta' persuna mal-kumpanija tal-Gvern li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta għadha għaddejja.
Korp tal-Pulizija – Rapporti dwar inċidenti li jinvolvu electric kick scooter – Tas-Sliema
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar inċidenti li jinvolvu
electric kick scooter
(
e-kickscooter
) fil-lokalità ta' Tas-Sliema? Jista' jgħid f'liema toroq f'Tas-Sliema seħħew dawn l-inċidenti li ġew irrappurtati lill-Pulizija, jekk kienx hemm persuni li sfaw midruba, jgħid l-età tal-persuni li ġew midruba u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ April 2022, il-pulizija rreġistrat tlett rapporti tat-traffiku, li jinvolvu e-kickscooters, ġewwa tas-Sliema. Dawn seħħew fi Triq D’Argens, Triq ix-Xatt u Triq Pariso. Infurmat ukoll li kien hemm każ li tressaq il-Qorti.