Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baġit għas-sena 2023 – konferenza tal-aħbarijiet – rendikont tan-nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Baġit għas-sena 2023 u li hu flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol indirizzaw quddiem il-Berġa ta' Kastilja nhar it-Tnejn 24 ta' Ottubru, 2022? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għall-ħlas dwar l-imsemmija konferenza tal-aħbarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 3441.

Baġit għas-sena 2023 – Infiq fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Baġit għas-sena 2023, inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għall-ħlas dwar l-imsemmija reklami?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Arma ta’ Malta – awtorizzazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il awtorizzazzjoni bil-miktub ta sabiex tkun tista' tintuża l-Arma ta' Malta u/jew xi imitazzjoni tagħha? Jista' jgħid lil min ingħatat kull waħda mill-awtorizzazzjonijiet bil-miktub u x'kondizzjonijiet kienu jinsabu mniżżla f'kull awtorizzazzjoni li ngħatat? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull waħda mill-imsemmija awtorizzazzjonijiet bil-miktub?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bejn l-2013 u l-2022 ingħataw ħames awtorizzazzjonijiet sabiex tintuża l-Arma ta’ Malta jew imitazzjoni tagħha. Dawn ingħataw lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Heritage Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Inspections Coordination Office u l-Korp tal-Pulizija. Il-kundizzjonijiet kienu bbażati fuq l-użu speċifiku indikat fit-talba għall-awtorizzazzjoni.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Prim Ministru, tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari għas-sena 2016?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3317.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lil-Onor. Interpellant biex jirreferi ghall-Mistoqsija Parlamentari 3317 tal-istess Seduta.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3317.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3317.

Avukat Ġenerali – ħruġ ta’ nolle prosequi u/jew ordni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il nolle prosequi u/jew ordni li ma għandhom jittieħdu ebda proċeduri skont l-artikolu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) inħarġu mill-Avukat Ġenerali u x'kienu l-akkużi li dwarhom inħareġ in-nolle prosequi u/jew ordni mill-Avukat Ġenerali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kwistjonijiet li jirrigwardaw Inkjesti Maġisterjali huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali.

Korp tal-Puliżija: Financial Crimes Investigations Department — Supretendent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Supretendent fi ħdan il-Financial Crimes Investigations Department (FCID) tal-Korp tal-Pulizija, li ismu u kunjomu qegħdin jingħataw separatament, tax avviż lill-Kummissarju tal-Pulizija li qed/se jirtira/jirriżenja mill-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-uffiċjal tal-Pulizija, li ismu u kunjomu ngħataw separatament, ma rtirax u lanqas irreżenja mill-Korp tal-Pulizija, però għamel talba ta’ perjodu ta’ leave speċjali.

Korp tal-Pulizija — International Arrest Warrant dwar ħasil ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid id-data wara Frar, 2021 li fiha l-Korp tal-Pulizija bagħat International Arrest Warrant fir-rigward ta' persuni ta' nazzjonalità barranija li kienu suġġetti ta' inkjesta maġisterjali dwar ħasil ta' flus u li d-dettalji dwarhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk ma nħariġx International Arrest Warrant fil-konfront ta' dawn il-persuni jew uħud minnhom, jista' jagħti r-raġuni għala ma nħariġx?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati – unlocking ta’ mobile phones involuti f'inkjesti maġisterjali

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex riċentement l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati bdiet tindaħal fil-proċedura adottata minn esperti inkarigati mill-Qorti f'inkjesti maġisterjali li jkollhom bżonn jieħdu mobile phones barra minn Malta sabiex jiġu unlocked? Jaf il-Ministru li fil-preżent hemm numru ta' inkjesti maġisterjali li jinvolvu persuni esposti politikament (PEPs) f'każijiet ta' korruzzjoni u ta' ħasil ta' flus li jinsabu weqfin minħabba dan l-iżvilupp mill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati? Jaf il-Ministru li d-ditti u kumpaniji barranin li huma sidien tas-software użat biex mobile phone jiġi unlocked qegħdin jirrifjutaw li jikkoperaw mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati għaliex mhumiex jafdawha f'dan ir-rigward?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Kontra l-impressjoni li tipprova tingħata fid-domanda tal-Onor. Interpellant, l-inkjesti jitmexxew b'mod għalkollox indipendenti mill-Maġistrati. L-aġenzija għas-servizzi tal-Qrati (CSA) ma jkollha ebda viżibiltà għall-provi jew xhieda li jkunu qed jinġabru bħala parti mill-inkjesti. Meta l-aġenzija tintalab tipproċessa talbiet marbuta ma’ ħlas jew ingaġġ tagħmel dan bl-iktar mod effiċjenti.

Konsulent Legali tal-Ministeru għall-Ġustizzja – individwu

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema individwu kien u/jew għadu konsulent legali tal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Ugwaljanza u l-Governanza u/jew tal-Ministeru għall-Ġustizzja?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub.

Korp tal-Pulizija – każijiet ta’ vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika? Jista' l-Ministru jgħid dwar kemm minn dawn ir-rapporti nbdew proċeduri fil-konfront ta' xi persuna u x'kien l-eżitu ta' dawn il-proċeduri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li ġew reġistrati fis-sistema tal-Pulizija mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2022, huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Kif ġie spjegat fi tweġibiet għall-mistoqsijiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġi wara li saru dawn ir-rapporti, il-persuni responsabbli dejjem ġew investigati u tressqu l-Qorti. Peress illi mis-sistema elettronika ma jistgħux jiġu estratti d-dettalji dwar l-eżitu tal-proċeduri li ttieħdu, l-informazzjoni kif mitluba fil-mistoqsija ma tistax tingħata. 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 sa Mejju Każi ta’ Vjolenza Domestika 1024 1048 1205 1272 1257 1341 1325 1645 1741 690

Qrati – seduti skedati rigward każijiet dwar vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il seduta hija skedata li ssir fil-Qrati ta' pajjiżna u li matulhom ser jinstemgħu u jiġu deċiżi każijiet dwar vjolenza domestika? Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn is-seduti u jindika wkoll l-isem tal-Maġistrat jew Imħallef li ser jippresiedi dawn is-seduti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentement hemm 52 seduta appuntata li huma ddedikati għall-kawżi ta’ vjolenza domestika. Dawn huma kollha ppreseduti mill-Maġistrat Dr Lara Lanfranco. Dawn huma seduti li jinkorporaw reati ta’ kompetenza oriġinali tal-Qorti tal-Maġistrati u li jiġu ppreżentati l-Qorti mid-DV unit tal-Korp tal-Pulizija. Dawn qed jiġu mniżżla f'tabella A u B li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Apparti minn dawn is-seduti, kawżi li jeżorbitaw il-kompetenza oriġinali tal-Qorti tal-Maġistrati jiġu mqassma mal-maġistrati li jiġu assenjati l-kumpilazzjonijiet. Għaldaqstant, hemm numru ta’ kawżi f’seduti quddiem Maġistrati differenti li mhumiex inklużi f’din l-istatistika ta’ hawn fuq. Individwalment hemm 153 kawża li jeżorbitaw il-kompetenza oriġinali tal-Qorti tal-Maġistrati li huma mqassma ma 12 il-Maġistrat differenti kif indikati f’ tabella C li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – persuni li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, kemm-il persuna rriżenjat mill-impjieg tagħha minn mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mis-sena 2010 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull persuna li rriżenjat u d-data u r-raġuni tar-riżenja tagħha?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru tal-2020 ġie ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv fejn żdiedu l-pagi u tjiebu l-kundizzjonijiet tal-gradi amministrativi fi ħdan l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Qegħdin ukoll fil-fażijiet finali biex jiġi ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għal-gradi legali fi ħdan dan l-ufficcju, fejn juri l-impenn tal gvern biex dawn il-ħaddiema jkollhom il-kundizzjonijiet mistħoqqa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numri ta’riżenji mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sena b'sena mill-2010 sat-22 ta’ Ġunju 2022. Minn dawn kien hemm 14 fi gradi amministrattivi, 2 messaġġiera, 2 prokuraturi legali, u 50 oħra kienu diversi gradi ta’ avukati.

Qrati — - Xhieda minn Spettur tal-Korp tal-Pulizija dwar persuna li ħarab minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa jew beħsiebu jieħu dwar dak li ħareġ minn xhieda mogħtija fil-Qorti minn Spettur tal-Korp tal-Pulizija quddiem il-Maġistrat, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, nhar l-Erbgħa 11 ta' Mejju, 2022 u ċjoè li l-Pulizija baqgħu m'għamlu xejn għal numru ta' snin minkejja li kienu ilhom jafu mis-sena 2017 li l-individwu li ħarab minn Malta fis-sena 2014, li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament, kien qiegħed jgħix fl-Ingilterra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi it-tagħrif li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, qed jiġi mistħarreġ.

Ministeru għall-Ġustizzja – karigi u pożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.