Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti u kemm hu n-numru ta' persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri? Jista' jgħid, għal kull wieħed mill-ġurijiet li jinsabu pendenti, id-data meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum hemm 102 ġuri pendenti (119 akkużati b'kollox). Hemm 13-il ġuri appuntat (16-il persuna akkużata b'kollox). Hemm 7 ġurijiet (b' 7 akkużati) li mmaturaw riċentament u qed jistennew id-data tal-appuntament. It-82 ġuri pendenti l-oħra (96 akkużat b'kollox) għalissa ma jistgħux isiru għal diversi raġunijiet varji, fosthom: minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax qegħdin jistennew kawżi oħra, għax għadom fi stadju ta' eċċezzjonijiet preliminarji jew jistennew rapport minn esperti psikjatriku.
Id-data meta ġiet ppreżentata l-Att ta' Akkuża hija ndikata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti dwar reati ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm tressqu persuni l-Qorti dwar reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità twettaq ir-reat u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Sal-ħin li ġie provdut biex niprovdi tweġiba, l-informazzjoni ma kinietx kompluta kollha. Għalhekk l-informazzjoni ser tkun provduta fl-iqsar żmien possibli f’seduta oħra.
Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti dwar prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna li għalqet l-età ta' 21 sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Sal-ħin li ġie provdut biex niprovdi tweġiba, l-informazzjoni ma kinietx kompluta kollha. Għalhekk l-informazzjoni ser tkun provduta fl-iqsar żmien possibli f’seduta oħra.
Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti dwar prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna taħt l-età ta' 21 sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Sal-ħin li ġie provdut biex niprovdi tweġiba, l-informazzjoni ma kinietx kompluta kollha. Għalhekk l-informazzjoni ser tkun provduta fl-iqsar żmien possibli f’seduta oħra.
Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti dwar prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li żammet persuna kontra r-rieda tagħha f'burdell jew f'lokal ieħor użat bi drawwa għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 5 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità kien jinsab il-burdell jew lokal ieħor u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Sal-ħin li ġie provdut biex niprovdi tweġiba, l-informazzjoni ma kinietx kompluta kollha. Għalhekk l-informazzjoni ser tkun provduta fl-iqsar żmien possibli f’seduta oħra.
Pulizija – għoti ta’ mandati ta' tfittxija fuq persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ġie mogħti mill-Kummissarju tal-Pulizija lil uffiċjali tal-Pulizija li permezz tiegħu awtorizzahom ifittxu persuna li kontra r-rieda tagħha ġiet miżmuma minn persuna oħra għal skopijiet immorali u dan skont dak li jipprovdi l-artikolu 6(1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jindika s-sess u l-età tal-persuna li għaliha ġiet ordnata t-tfittxija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Sal-ħin li ġie provdut biex niprovdi tweġiba, l-informazzjoni ma kinietx kompluta kollha. Għalhekk l-informazzjoni ser tkun provduta fl-iqsar żmien possibli f’seduta oħra.
Deputat Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija – applikazzjonijiet għal kariga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għall-kariga ta' Deputat Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija sa meta għalqet is-sejħa għall-applikazzjonijiet nhar il-25 ta' Novembru 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm applikazzjoni waħda għall-kariga ta’ Deputat Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija imsemmija mill-Onorevoli Membru, li sussegwentament ġiet iritrata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mutur (motor cycle) għandu l-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid f'liema sezzjoni, fergħa jew dipartiment fi ħdan il-Korp tal-Pulizija huma assenjati għall-użu l-imsemmija muturi? Jista' l-Ministru jgħid bħala medja kemm huwa n-numru ta' muturi tal-Korp tal-Pulizija li jintużaw ta' kuljum mit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan l-istess Korp tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi preżentement il-Pulizija tagħmel użu minn wieħed u tletin mutur, li huma assenjati fit-Taqsima tat-Traffiku ġewwa Malta. Minn dawn ikun hemm medja ta’ għaxar muturi assenjati kuljum f’ħinijiet differenti fuq doveri ta’ ronda. Dan barra tmien muturi oħra li jintużaw għal doveri simili ġewwa Għawdex, b’erba’ muturi jwettqu dan ix-xogħol kuljum. L-ammonti ta’ muturi indikati, ma jinkludux dawk li huma għat-tiswija fil-jum ta’ din it-tweġiba. L-Onor. Membru japprezza illi barra mid-doveri ġenerali ta’ ronda, fost avvenimenti u responsabbiltajiet oħra tal-komunità, l-uffiċċjali fit-Taqsima tal-Pulizija tat-traffiku bil-mutur huma responsabbli wkoll biex jinforzaw il-liġijiet tat-traffiku, jaqdu diversi doveri ta’ skorta u jattendu seduti tal-Qrati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mutur (motor cycles) għandha l-Awtorità għat-Trasport f'Malta? Jista' jgħid f'liema sezzjoni, fergħa jew dipartiment fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f'Malta huma assenjati għall-użu l-imsemmija muturi? Jista' l-Ministru jgħid bħala medja kemm huwa n-numru ta' muturi tal-Awtorità għat-Trasport f'Malta li jintużaw ta' kuljum biex isir infurzar tal-liġi u kontroll tat-traffiku fit-toroq f'Malta u f'Għawdex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent Transport Malta għandha 10 muturi li 9 minnhom huma assenjati ġewwa Malta filwaqt li wieħed huwa assenjat ġewwa Għawdex.
Dawn il-Muturi li joperaw taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta, 7 muturi Malta u ieħor Għawdex ikunu kuljum assenjati jagħmlu xogħol ta’ infurzar, kontroll ta’ traffiku, jintervjenu biex jimmarkaw kollużjonjiet sabiex il-vetturi involuti jitneħħew mill-aktar fis possibbli mill-karreġġjati u ma jibqgħux t’ostakolu għat-traffiku, kif ukoll jassistu f’emerġenzi li jkunu jirrekjedu skorta.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-fuljett dwar il-baġit għas-sena 2023 maħruġ mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u li ġie mqassam fid-djar f'Malta u Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġie mqassam bieb bieb l-imsemmi fuljett?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-fuljett hu parti minn kampanja mifruxa biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun mgħarraf bil-mi¿uri ta’ fejda fl-akbar allokazzjoni finanzjarja li qatt saret fl-istorja permezz tal-Baġit 2023.
In-nefqa għall-istampar tal-fuljett hi ta’ €35,480, waqt li dik għat-tqassim tiegħu fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex hi ta’ €25,620.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari f'kemm-il kawża nstab li kien hemm dewmien fil-proċeduri u konsegwentement ġie vjolat id-dritt għal smigħ xieraq fi żmien raġjonevoli kif protett mill-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u/jew l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni? Jista' l-Ministru jagħti l-okkju ta' kull sentenza u jindika wkoll l-ammont ta' danni li l-Gvern ġie kkundannat li jħallas f'kull waħda mill-imsemmija kawżi u b'mod separat jindika wkoll l-ammont ta' spejjeż li l-Gvern ġie kkundannat li jħallas f'kull waħda mill-imsemmija kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Dikjarazzjonijiet tal-assi għas-sena 2016
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3317 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Prim Ministru, tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari għas-sena 2016?
Response (ABELA, ROBERT)
It-taghrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3318 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 3571.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti, studji u d-dokumenti kollha dwar l-Imsida Creek Project?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ssottomettiet pjanti ġodda ta’ Msida Creek Project Road li qed inpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma’ Scheme Assessment Study li sar u viżwali fotografiċi tal-proġett.
Minbarra l-bini ta’ flyover minflok il-junction bis-sistema ta’ traffic lights fix-Xatt tal-Imsida u faċilitajiet aktar siguri għal mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar, inkluż mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti, il-proġett jaħseb ukoll sabiex isir titjib kbir u tisbiħ tal-inħawi fil-madwar b’żoni ġodda għar-rikreazzjoni. Fil-fatt, 60% ta’ Msida Creek Project kif qed jiġi propost mill-aġenzija huwa ddedikat għal spazji pubbliċi miftuħa li ser jagħtu dehra ferm isbaħ lill-qalba ta’ din il-lokalità.
Iż-żieda fl-ispazji miftuħa u żoni ta’ rikreazzjoni li ser jinħolqu permezz tal-proġett jinkludu pjazza ġdida ta’ 2,200 metru kwadru quddiem il-Knisja Parrokkjali u kanal tal-ilma baħar li jagħmel ukoll parti minn pjan għal kontra l-għargħar. Dan il-kanal twil 300 metru se jkun imdawwar b’passaġġi qalb is-siġar f’żona fejn wieħed ikun jista’ jqatta’ ħin ta’ mistrieħ f’ambjent għall-kwiet.
Mill-junction tat-traffic lights fix-Xatt tal-Imsida jgħaddu aktar minn 4,500 vettura kull siegħa sabiex jivjaġġaw minn u lejn il-Belt Valletta u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. L-investiment ta’ madwar €18-il miljun jinkludi l-iddisinjar u l-bini mill-ġdid tal-junction tat-traffic lights li tgħaqqad Triq il-Marina (minn u lejn Sa Maison u l-Belt Valletta), Triq il-Wied tal-Imsida u Triq Mikiel Anton Vassalli (minn u lejn ir-roundabout tal-iSkatepark f’Tal-Qroqq), kif ukoll it-titjib ta’ numru ta’ konnessjonijiet oħra ma’ toroq oħrajn fl-inħawi li jwasslu minn u lejn il-Gżira, Tas-Sliema u Ta’ Xbiex. Id-disinn propost għal dawn it-toroq se jelimina il-ħin ta’ stennija fit-traffic lights kif ukoll inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar b’40% u r-riskji ta’ aċċidenti tul din ir-rotta arterjali, waqt li jtejjeb il-kwalità tal-arja fil-qalba tal-Imsida u f’żoni oħra fil-viċinanzi.
Il-flyover ġdida, b’korsija f’kull direzzjoni u twila madwar 200 metru, li qed tkun proposta għal dan il-proġett se tgħaqqad direttament Triq il-Marina ma’ Triq Mikiel Anton Vassalli, sabiex jonqos l-impatt tat-traffiku fuq iż-żoni residenzjali u dawk għal rikreazzjoni fl-inħawi, fosthom il-prominad tal-Imsida. Bl-istruttura tal-flyover flok it-traffic lights, il-proġett se jżid l-effiċjenza u l-kapaċità ta’ din l-arterja, waqt li jnaqqas il-livelli għoljin ta’ tniġġis fl-arja u storbju li hemm bħalissa bil-waqfien u l-istennija sakemm jaqilbu d-dwal.
Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta se ttejjeb ukoll il-konnessjonijiet għat-trasport pubbliku tul din ir-rotta fejn is-servizz tal-karozzi tal-linja huwa mfittex ħafna. Ser jinbnew ukoll bankini iżjed wisgħin u parti minn rotta ġdida max-xatt għall-mixi u r-roti, li ser tkun mifruda mit-triq u eventwalment tgħaqqad Tal-Pieta ma’ Ta’ Xbiex u Triq il-Wied tal-Imsida, filwaqt li ser ikun hemm numru ta’ pelican crossings li ser jagħtu l-faċilità li wieħed jaqsam it-triq b’mod sigur.
L-aġenzija se toħloq ukoll parkeġġ bi spazju għal 100 vettura msaqqaf b’pannelli fotovoltaiċi, waqt li madwar il-Monument tal-Ħaddiem se tagħmel xogħol ta’ tisbiħ bi tħawwil ta’ aktar siġar u pjanti sabiex isir parti mill-ġnien pubbliku li se jkun akbar milli hemm illum u fi spazju miftuħ fiż-żona tal-madwar li flimkien jammontaw għal 4,500 metru kwadru.
Il-pjanti l-ġodda tal-proġett jinkludu sistema komprensiva għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita sabiex tittaffa l-problema tal-għargħar li ilha teżisti f’din iż-żona għal għexieren ta’ snin.