Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħata mill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u/jew tal-kumpaniji li lilha ngħata, mis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Membri tal-Ġudikatura – kiri ta’ vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mingħand liema persuna jew kumpanija huma mikrija l-vetturi wżati mill-membri tal-ġudikatura? Jista' jgħid kif ġiet magħżula l-persuna jew kumpanija li mingħandha qiegħdin jinkrew il-vetturi għall-użu mill-membri tal-ġudikatura?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-karozzi użati mill-Membri tal-Ġudikatura huma mikrija mingħand il-kumpanija GO Hire Ltd. Fl-1 ta’Mejju 2022 kien inħareġ tender għall-kiri ta’ 48 karozza tat-tip Plug-in Hybrid għal-Membri tal-Ġudikatura. Għal dan it-tender kienu ntefgħu 3 offerti u wara li saret l-evalwazzjoni rriżulta li l-offerti mitfugħa ma kinux konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tad-dokument tat-tender. Żewġ offerenti li tefgħu l-offerta għal dan it-tender appellaw id-deċiżjoni tal-bord tal-evalwazzjoni quddiem il-Public Contracts Review Board u l-Qorti tal-Appell. Fiż-żewġ instanzi id-deċiżjoni tal-bord tal-evalwazzjoni ġiet ikkonfermata. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ġiet mogħtija fl-20 ta’Marzu 2023. Peress li kuntratt għall-kiri tal-karozzi użati mill-Membri tal-Ġudikatura kien se jagħlaq fit-12 ta’ April 2023, f’Ottubru tas-sena 2022, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati għamlet riċerka fi-suq dwar id-disponibbiltà ta’ kiri ta’ 48 vettura għall-Membri tal-Ġudikatura. Mill-proposti mitfugħa, il-kumpanija GO Hire Ltd, kienet l-unika li kellha għad-disponibbiltà tagħha vetturi tat-tip PHEV li jistgħu jinkrew għall-Membri tal-Ġudikatura f’qasir żmien. F’din ir-riċerka ma ġewx inklużi l-kumpaniji li tefgħu offerta fit-tender minħabba li kienu parti mill-proċess tal-appell. Wara konsultazzjoni interna, u wara li kien hemm żieda fin-numru ta' Ġudikanti, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati talbet lid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex tibda proċedura ta’ Negotiated Procedure mal-kumpanija GO Hire Ltd għall-Kiri ta’ vetturi għall-Membri tal-Ġudikatura. It-tali talba ġiet approvata u hekk l-Aġenzija daħlet fi ftehim mal-GO Hire Ltd.

Public Service Expo 2023 – spiża

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ispiża u/jew flejjes kollha minfuqa b'rabta mal-Public Service Expo 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: AMOUNT EXC. VAT SERVICES €123,302.27 EXPO Venue and other ncillary setup costs €15,000.00 Various Designs €3,320.00 Videography €24,780.00 Printing and Production Works €4,995.00 Floor Managing €31,144.30 Provision of Lighting €25,897.65 Provision of Video Control €5,560.00 Uniforms/Merchandise €6,651.00 Uniforms/Merchandise €6,950.00 Uniforms/Merchandise €5,753.00 Registration €11,292.50 Audio Requirements €19,139.00 Provision of Catering €9,750.00 Provision of Security €293,534.72

Kummissarju tal-Pulizija – kuntratt ta’ impjieg

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg u kwalunkwe dokument ieħor li jirregola l-impjieg tal-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Kummissarju għall-Pulizija nħatar wara sejħa pubblika skont il-kundizzjonijiet hekk stabbiliti fl-istess sejħa, liema sejħa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar lill-Onor. Interpellant li din kienet l-ewwel darba li l-Kummissarju tal-Pulizija nħatar b’dan il-metodu ġdid li kien jinkludi wkoll skrutinju parlamentari. Dan bħala parti minn sensiela ta’ riformi bla preċedent biex tissaħħaħ il-governanza f’pajjiżna.

Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali – kuntratt ta’ impjieg taċ-Chairperson

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg u kwalunke dokument ieħor li jirregola l-impjieg taċ-Chairperson tal-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija – kuntratt ta’ impjieg tal-Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg u kwalunke dokument ieħor li jirregola l-impjieg tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – konferenza — infiq

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mal-konferenza organizzata mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Jannar 2023, fil-Malta Fairs and Conventions Centre f'Ta' Qali? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għall-ħlas dwar l-imsemmija konferenza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-nefqa ammontat għal €43,587.90 kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt: Company Service Amount The AV Warehouse Ltd Audio Visual Equipment €8,080.00 Dunskie Borg Photography Service €285.60 Claire Agius Ordway Presenting Conference €350.00 MFCC Lunch serving 320persons €7,596.80 MFCC Hiring of Venue + Cleaning + Security Services + Electricity Consumption €5,807.50 Mad About Video Ltd. Rental of Video Equipment + Crew €3,052.50 Emineo Ltd. Filming and Live Streaming €4,445.50 XV Solutions LED Screen €4,000.00 Big Expo Ltd Totem + Entrance Arch + Staging Backdrops €9,970.00 €43,587.90

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha impjegati magħha l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis? Jista' jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Awtoritá għall-użu Responsabblli tal-Kannabis impjegat ħames persuni li għandhom il-gradi ta’ Chairperson Eżekuttiv, Senior Manager u Manager (3 pożizzjonijiet). L-impjegati ġew ingaġġati f’Novembru, Diċembru, Jannar (żewġ impjegati) u Frar.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – laqgħat tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis mid-data tat-twaqqif tagħha sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħrajn li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Id-dettalji mitluba qegħdin fit-tabella riprodotta hawn taħt. Membri tal-Bord mill-10/01/2022 sal-1/12/2022 4/2 25/2 4/3 6/5 3/6 12/7 5/8 2/9 4/11 Ms Mariella Dimech (Chairperson) P P P P P P P P P Dr Janice Formosa Pace (Deputy Chairperson) P P P P P P P P P Ms Sina Bugeja P P P P S P P P P Ms Nadine Brincat P P P P P P P P P Dr Marius Caruana P P S P S P P S P Mr Charles Cassar P P P P P P P P P Dr Gabriel Farrugia P P P P P P P P S Dr Paul Micallef P P P P P P P P P Dr Charles Scerri P P P P P P P P P Dr Joey Reno Vella (Secretary) P S P P P P P P S Membri tal-Bord mill-02/12/2022 15/12/22 4/1/23 18/1/23 1/2/23 Mr Leonid McKay (Chairperson) P P P P Dr Janice Formosa Pace (Deputy Chairperson) S P P P Dr Chris Barbara P P P P Ms Sina Bugeja P P S P Mr Charles Cassar P P P P Dr Gabriel Farrugia P P P P Ing Karl Farrugia P P P P Ms Nadia Pace P S P P Dr Joey Reno Vella P P P P Dr Shaun Zammit (Secretary) P P P P P = Preżenti, S = Skużat

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – talbiet minn uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis lill-Prim Ministru, li permezz tiegħu ntalab li uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati biex jaqdu dmirijiethom mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali pubbliċi, il-kariga tagħhom u f'liema kapaċità ntalbu li jaqdu d-dmirijiet tagħhom fl-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis? Jista' jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati mill-Prim Ministru, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi s’issa saru tliet talbiet ta’ din ix-xorta. Tnejn minnhom ġew ipproċessati u l-impjegati bdew jaħdmu mal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis filwaqt li t-talba l-oħra qed tiġi pproċessata. Impjegat minnhom għandu grad ta’ Senior Manager filwaqt li ż-żewġ impjegati l-oħra għandhom grad ta’ Manager.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu jew huma l-persuni u/jew ditti u/jew kumpaniji li ġew ingaġġati bħala konsulenti mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis mid-data tat-twaqqif tagħha sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid xi ħlasijiet irċeviet kull waħda minn dawn il-persuni, ditti u kumpaniji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis iffirmat ftehim sabiex tikseb servizzi ta’ konsulenza mingħand l-individwi u d-ditti segwenti: RSM Malta Ltd, DF Advocates, Dr Jean Claude Scicluna, is-Sur Mark Vella u s-Sur Jean Paul Fiott. S’issa saru ħlasijiet ta’ €11,741 lil RSM Malta Ltd u €4,956 lil DF Advocates.

Ministeru għat-Turiżmu — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Turiżmu u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Tista' tagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u tindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Ġustizzja u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ġustizzja u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ paġni fuq Facebook amministrati mid-dipartimenti jew entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda dipartiment jew entità ma għandha profili jew gruppi fuq Facebook amministrati minnhom. - Ġustizzja - Digital Justice Malta - Asset Recovery Bureau - Court Services Agency - Legal Aid Malta Agency - Malta Arbitration Centre

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interperllant li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli għandu l-paġna Akkomodazzjoni filwaqt li l-Awtorità tad-Djar għandha l-paġna Rent Registration Leases Unit. L-informazzjoni dwar il-paġni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sreenshot tal-paġni, profili u gruppi ta entitajiet kollha li jaqgħu taħt Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet.