Legislature:
Category:
Reset
Active:

Summit tal-Med9 — Rendikont

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mas-summit tal-Med9? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmi summit?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali — Investigazzjonijiet fuq talba tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġusttizzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni beda l-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali fuq talba tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġusttizzja mid-data tat-twaqqif tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-investigazzjonijiet għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11450.

Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport għamel il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja dwar il-konklużjonijiet tiegħu f’kull investigazzjoni jew studju magħmul minnu minn kemm ilu mwaqqaf dan l-istess Kumitat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11450.

Ktieb tal-Viżitaturi Uffiċjali — Lista ta’ viżitaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il osservazzjoni ġiet imniżżla fil-Ktieb tal-Viżitaturi Uffiċjali mill-Viżitaturi Speċjali tal-Ħabs u ċjoè l-Ministru responsabbli għall-ħabs, il-Prim Imħallef, l-Imħallfin, il-Maġistrati u l-Avukat Ġenerali, dwar il-ħabs u l-priġunieri skont dak li jipprovdi l-artikolu 8(4) tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li żjarat saru mill-Ministru responsabbli mill-Ħabs, iżda ma nkitbux osservanzi fil-ktieb.

Riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji — Sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika u li għalqet nhar il-31 ta' Mejju 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9955.

Paceville — Skwadra speċjali tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-data definittiva ta’ meta ser titwaqqaf l-iskwadra speċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija għaż-żona ta' Paceville f'San Ġiljan kif ġie ssuġġerit mill-Police Officers Union f'Lulju 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5546.

Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il laqgħa saret tal-Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi (Sentencing Policy Advisory Board)? Jista' jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma li l-Onor. Interpellant li l-Bord li kien appuntat nhar il-31 ta’ Mejju 2021 kien kompost mis-segwenti membri: Chairperson: Dr. Alex Scerri Herrera Membri: Dr. Hermann Mula, Naomi Baker, Dr. Fleur Abela, Roberta Formosa, Amanda Grech Segretarju: Dr Gabriel Farruġia Il-Bord hekk kompost iltaqgħa uffiċjalment f’dawn il-ġranet: • 27 ta’ Lulju 2021 • 7 ta’ Ottubru 2021 • 16 ta’ Frar 2022 • 9 ta’ Marzu 2022 Il-Bord preżenti, li ġie appuntat nhar l-10 ta’ Ġunju 2022, huwa kompost mis-segwenti membri: Chairperson: Dr. Alex Scerri Herrera Membri: Dr. Doreen Parnis, Dr. Stephanie Gatt, Dr. Silvio Brincat, Dr. Martha Mifsud, Dr. Daniel Attard Segretarju: Dr. Gabriel Farruġia Il-Bord hekk kompost iltaqgħa fil-ġranet li ġejjin: • 26 ta’ Lulju 2022 • 7 ta’ Settembru 2022 • 5 ta’ Ottubru 2022 • 14 ta’ Ottubru 2022 • 9 ta’ Novembru 2022 • 13 ta’ Jannar 2023 • 16 ta’ Jannar 2023 • 5 ta’ April 2023. • 6 ta’ Settembru 2023 Minħabba li l-laqgħat tal-Bord isiru primarjament skont d-disponibilità tal-istakeholders, ħafna mid-drabi ikun hemm xi membri li ma jkunux jistgħu jattendu. Barra minn hekk, bejn ix-xhur ta’ Marzu 2023 u Ġunju 2023, ic-Chairperson (għan-nom tal-Bord) kellu ħames (5) laqgħat oħra l-Ministeru.

Persuni bil-warrant biex jippratikaw bħala avukat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija mniżżla fir-Reġistru ta’ professjonisti legali u ditti legali bħala li għandha fil-pussess tagħha warrant biex tipprattika bħala avukat skont l-artikolu 88D tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ir-registru jaqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali li jaqa fi ħdan il-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja, tali kummissjoni ma taqax taħt il-mansjoni tal-Ministeru u l-anqas tal-Gvern. Għaldaqstant minix f’pożizzjoni li nirrispondi din il-mistoqsija.

Persuni bil-warrant biex jippratikaw bħala prokuratur legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija mniżżla fir-Reġistru ta’ professjonisti legali u ditti legali bħala li għandha fil-pussess tagħha warrant biex tipprattika bħala prokuratur legali skont l-artikolu 88D tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11446.

Reġistru ta’ Professjonisti Legali/Ditti Legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ditta legali hija mniżżla fir-Reġistru ta’ professjonisti legali u ditti legali skont l-artikolu 88D tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11446.

Reġistru ta’ Professjonisti Legali/Ditti Legali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Reġistru ta’ professjonisti legali u ditti legali stabbiliti bis-saħħa tal-artikolu 88D tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11446.

Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali — Ilmenti

Question

Jista' jgħid l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva l-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali mid-data tat-twaqqif tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali jaqa fi ħdan il-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja, tali kummissjoni ma taqax taħt il-mansjoni tal-Ministeru u l-anqas tal-Gvern. Għaldaqstant minix f’pożizzjoni li nirrispondi din il-mistoqsija.

Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni beda fuq inizjattiva tiegħu stess il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali mid-data tat-twaqqif tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-investigazzjonijiet għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11450.

Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji — Attività organizzata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Imħallef u kemm-il Maġistrat attenda għall-attività organizzata mill-Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji nhar il-Ġimgħa, 24 ta' Marzu 2023? Jista' jgħid ukoll min kienu l-persuni l-oħra li attendew u/jew kienu preżenti għal din l-attività u jagħti rendikont tal-ispiża u/jew flejjes kollha minfuqa b'rabta mal-istess attività?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nattira l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru għad-dmir tal-poter Legislattiv u Eżekuttiv tal-Istat li jirrispettaw l-indipendenza u l-awtorita tal-Ġudiktura. Peress illi la hija l-funzjoni tal-Parlament u lanqas tal-Eżekuttiv illi jsegwi l-passi tal-membri tal-Ġudikatura jew li jżomm rassenja ta’ dawk il-membri tal-gudikatura li jattendu attivitajiet organizzati mill-Kumitat għall-Istudji Ġudizzjarji l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru m’hijiex disponibbli. Oltre minn hekk niġbed l-attenzjoni li tali kumitat huwa wieħed li jaqa’ taħt ir-responsabilta’ u mansjoni tal-ġudikatura, speċifikament taħt il-Prim Imħallef, għalekk l-Onor. Interpellant jifhem tajjeb daqsi r-raġuni li mhux possibbli jingħata tweġiba f’dan il-fora fuq dan is-suġġett. Nagħmilha ċara illi dan ir-rispett lejn is-separazzjoni tal-poteri kostituzzjonali bl-ebda mod ma jbiddel id-determinazzjoni tal-Gvern li jippretendi serjeta u sens ta’ trattament ġust minn kullħadd inklużi kemm l-istituzzjonijiet kostituzzjonali kif ukoll il-midja u dawk li jipparteċipaw fil-ħajja pubblika u jikkummentaw dwarhom. Tajjeb nenfasizza li l-istatut u informazzjoni pubbliku dwar dan il-kumitat qegħdin fid-dominju pubbliku fis-sit elettroniku appositu dwar il-ġudikatura

Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji — Attivatijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet ġew organizzati mill-Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji matul is-sena 2022 u s-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Kif nittama li huwa ben konsapevoli l-Onor. Membru, il-Kumitat għall-Istudji Ġudizzjarji jopera fi ħdan il-Ġudikatura taħt id-direzzjoni ġenerali tal-Prim Imħallef u minħabba din ir-raġuni nirreferik għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11440.

Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji — Kuntratt ta’ Impieg bħala Training Administrator

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament u li taħdem bħala Training Administrator mal-Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament hija impjegata tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati li tagħti sapport lil Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji u qed nwieġeb din il-mistoqsija għar-raġuni biss li bħala impejgata tal-Aġenzija din taqa’ taħt ir-remit tal-Aġenzija fi ħdan il-Ministeru. L-uffiċjal għandu grad ta’ Manager II skont l-istruttura tas-salarji tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.

Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji? Jista' jgħid ukoll x’inhi l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu ma’ dan il-Kumitat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onor. Membru illi l-Kumitat għall-Istudji Ġudizzjarji mhuwiex dipartiment tal-Gvern jew entita pubblika separata u għalhekk ma jimpjegax nies miegħu. Madanakollu, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11442.

Persuni misjuba ħatja li għamlu qligħ bi ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna nstabet ħatja mill-qrati ta' pajjiżna li għamlet qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-Gvern ta' Malta u/jew xi entitajiet oħra? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi li permezz tagħhom l-imsemmija persuni nstabu ħatja mill-qrati ta' pajjiżna?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

Ġurijiet Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti u kemm huwa n-numru ta' persuni li qegħdin jistennew li jgħaddu ġuri? Jista’, għal kull wieħed mill-ġurijiet li jinsabu pendenti, jipprovdi d-data ta’ meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Riforma tas-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji – konsultazzjoni pubblika — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika u li għalqet nhar il-31 ta' Mejjju 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sottomissjonijiet mibgħuta qed jiġu analizzati u meħuda inkonsiderazzjoni. Meta dan il-proċess ikun konkluż ser jiġi ppubblikat rapport kif isir wara kull konsultazzjoni pubblika.