Legislature:
Category:
Reset
Active:

lukandi u r-ristoranti — soft loans

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-lukandi u r-ristoranti li matul din is-sena bbenefikaw mill-iskema ta' soft loans immirata għall-proġetti li jnaqqsu d-dipendenza fuq enerġija tradizzjonali, u biex tiġi ġġenerata enerġija nadifa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

oqsma industrijali — xogħlijiet fuq programm ta’ titjib

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża minfuqa matul din is-sena fuq xogħlijiet fuq programm ta’ titjib fl-oqsma industrijali ta’ Kordin, Ħal-Far, ix-Xewkija, u Bulebel? X’kienu x-xogħlijiet li saru?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ titjib u infrastruttura fl-oqsma industrijali ta’ Ħal Far u Bulebel. L-ispejjeż minfuqa kienu: Hal Far €1,986,659.80 Bulebel €1,756,050.70 Fiż-żoni industrijali ta’ Kordin u x-Xewkija, ix-xogħlijiet pjanati għal din is-sena għadhom ma bdewx.

politika nazzjonali u tal-pjan t’azzjoni favur il-kultura tat-tifdil

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-politika nazzjonali u tal-pjan t’azzjoni favur il-kultura tat-tifdil, partikolarment fost it-tfal u ż-żgħażagħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Settur Pubbliku — nefqa f'pagi u salarji totali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'pagi u salarji totali fis-settur pubbliku sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-settur pubbliku għal kull sena? Jista' jgħid jekk hemmx/kemm hemm nies jaħdmu fis-settur pubbliku b'kuntratti ta' xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25876.

settur pubbliku — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'pagi u salarji totali fis-settur pubbliku sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-settur pubbliku għal kull sena? Jista' jgħid kemm hemm nies jaħdmu fis-settur pubbliku b'kuntratti ta' xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Sqallija — Island Karting Club

Question

Kif nassumi li l-Ministru diġà taf, is-sewwieqa tal-karting qed jiksbu riżultati tajbin ġewwa Sqallija, kif għadu kif għamel Trevor Muscat? Tista' l-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux xi ħsieb li jgħin lill-Island Karting Club biex jispiċċaw il-korsa tal-karting fejn il-gvern allokalhom l-art ġewwa Ħal Far? Jidhirlu l-gvern li b'korsa tal-karting ta' livell internazzjonali ikun possibli li sewwieqa barranin ta' dan l-isport ikunu jistgħu ikunu mistiedna Malta u jiżdied it-turiżmu sportiv? Jista' jgħin lis-sewwieqa tal-karting biex dawn jikkompetu aktar spiss barra minn Malta, partikolarment fi Sqallija u l-Italja u postijiet oħra fl-Ewropa, fejn dawn jistgħu jirreklamaw lill-Malta bil-parteċipazzjoni pożittiva tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Gvern għadda art pubblika lill-Island Karting Club b’valur ta’ €384,000. Il-Gvern jemmen li kull attivita sportiva għandha l-potenzjal li tattira lejn pajjiżna turiżmu sportiv u għaldaqstant il-Gvern ħoloq skema biex jiffaċilita dan. Il-Gvern għandu wkoll diversi skemi oħra li minnhom jistgħu jibbenefikaw l-għaqdiet sportivi, inkluż skemi biex itejbu l-faċilitajiet. Ir-reġistrazzjoni tal-Island Karting Club mal-Kunsill Malti għall-Isport tagħtihom l-eligibilita biex japplikaw għal dawn il-fondi.

Birżebbuġa — Waterpolo Pitch

Question

Fir-rigward tax-xogħol fuq il-Waterpolo Pitch ta' Birżebbuġa, jista' l-Ministru jgħid: a) fiex se jkun jikkonsisti dan ix-xogħol u jekk hemmx il-pjanti u l-istima tax-xogħol kollha lesti; b) kemm se jiswa dan ix-xogħol u jekk l-impjant tal-pool huwiex inkluż f'din l-ispiża; ċ) kemm hu maħsub li se jdum biex jitlesta dan ix-xogħol; d) jekk il-gvern hux qed jikkordina jew jikkonsulta mal-kumitat tal-istess club jew mal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa jew ma' xi entità oħra; u e) jekk l-area fejn qed isir ix-xogħol hux se tingħalaq minħabba raġunijiet ta' safety peress li s-sit u l-inġenji huma aċċessibbli anke għal tfal li jkunu jgħumu fl-inħawi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27017, ninfurmah li l-pjanti proposti u l-applikazzjoni tal-permess mill-MEPA saru mill-istess Kumitat tal-klabb tal-Waterpolo. Għaldaqstant, kif jista’ jifhem l-Onorevoli Interpellant, sar ferm iktar minn sempliċi konsultazzjoni mal-parti konċernata. Id-Dipartiment, bħal kull każ ieħor jieħu kull miżura ta’ saħħa u sigurtà se titieħed kemm fir-rigward tal-ħaddiema kif ukoll għall-pubbliku ġenerali.

Fondi pubbliċi fuq sports

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li ntnefqu flus minn fondi pubbliċi fuq l-isport kollu f'dawn l-aħħar ħames snin f'Malta u Għawdex? Tista' tgħid kemm minn dawn il-flus minfuqa kienu ntnefqu fuq football, tennis, rugby, waterpolo, u sport tal-karozzi? Tista' tgħid kemm hawn b'kollox grounds tal-football u kemm hawn b'kollox pools tal-waterpolo f'Malta u Għawdex u kemm jutilizzaw art f'kull każ bħala total?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi estensiva ħafna. Apparti l-fatt li tkopri medda ta’ ħames snin, qed titlob informazzjoni dwar numru ta’ dixxiplini sportivi differenti. L-informazzjoni dwar l-art utilizzata mill-grounds tal-football u pools tal-waterpolo f’Malta u Għawdex kollha teħtieġ ammont sostanzjali ta’ xogħol fiżiku f’dak li jidħol kejl. Żgur li trid aktar minn tliet ijiem. Kif tinġabar din l-informazzjoni kollha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnuna lis-sewwieqa tal-karozzi u karting

Question

Peress li s-sewwieqa Maltin, kemm tal-karozzi u kemm tal-karting,qed jiksbu riżultati tajbin ħafna barra minn Malta, tista' l-Ministru tgħid kemm-il facilità hawn għall-isport tal-karozzi f'Malta u Għawdex? Qatt ingħatat għajnuna lil dawn is-sewwieqa f'dawn l-aħħar ħames snin biex jipparteċipaw barra minn Malta? Jekk iva, tista' tgħid kemm kien l-ammont? Tista' tgħid kemm ingħatat għajnuna lil atleti oħra f'oqsma oħra tal-isport kollu fl-istess perjodu għall-istess skop?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’Malta hawn erbgħa faċilitajiet sportivi użati għall-isport tal-karozzi u muturi: żewġ artijiet tal-Gvern moghtija ghal uzu ta’ dan l-iskop f’Hal Far, u hemm tnejn ohra f’Ta Qali. Ċertu dixxiplini jirrikjedu l-uzu tat-toroq biex jigu ippratikati. Mill-2006 sal-2010 ingħataw €10,600 f’assistenza mill-KMS lil sewwieqa ta’ dan l-isport biex jippartecipaw barra minn Malta. Dan jeskludi xi għajnuniet li dawn l-ghaqdiet u l-isportivi setghu hadu mill-iskemi tal-Kumitat Olimpiku Malti, mill-Good Causes Fund jew minn xi fond iehor tal-Gvern. Għar-rigward ta’ ghajnuna mghotija lil atleti f’oqsma oħra tal-isport kollu, biex jipparteċipaw barra minn Malta, fl-istess perjodu tlaħaq €71,548.32. Dan jeskludi xi ghajnuniet li dawn l-għaqdiet u l-isportivi setgħu ħadu mill-iskemi tal-Kumitat Olimpiku Malti, mill-Good Causes Fund jew minn xi fond ieħor tal-Gvern.

garanzija fuq dejn ta' entitajiet

Question

Jista' Ministru jgħid lil liema entitajiet qed jagħti garanziji fuq dejn il-gvern? Kemm hu l-ammont ta' dejn li l-gvern qed jiggarantixxi lil kull entità? Peress li fl-aħħar tliet xhur tal-2010 id-dejn garantit żdied b'€86 miljun, jista' jgħid liema entitajiet hemm wara din iż-żieda?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25692.

Proġett ta' Bieb il-Belt — National Investment Fund

Question

B'referenza għall-proġett ta' Bieb il-Belt, jista' Ministru jgħid: a. meta se jitwaqqaf il-fond imsejjaħ National Investment Fund; b. liema huma l-proġetti li se jiġu ffinanzjati mill-fond National Investment Fund; ċ. minn fejn ħarġu l-€40miljun li diġà tħallsu fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt; d. jekk in-National Investment Fund għadu ma twaqqafx, minn fejn ġie reġistrat dan il-ħlas ta' €40miljun? Peress li l-Ministru qal li dan il-proġett se jitħallas mid-dħul mill-kirjiet, jista' jgħid jekk dawn il-kirjiet kenux jidhru taħt il-fond konsolidat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-National Investment Fund se jitwaqqaf dalwaqt. Tagħrif dwar il-proġetti li se jiffinanzja dan il-fond jingħata fiż-żmien opportun. S’issa ma tħallsu l-ebda 40 miljun fuq il-proġett ta’ Bieb il-Belt.

Enemalta — marġini tal-profitt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu fil-preżent il-marġini tal-profitt tal-Korporazzjoni Enemalta f'euros fuq il-prezz ta' kull litru petrol u diesel? Jista' jindika l-bażi ta' kif jiġi determinat dan il-marġini ta' profitt għall-Korporazzjoni Enemalta fuq kull litru petrol u diesel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

settur pubbliku — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'pagi u salarji totali fis-settur pubbliku sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-settur pubbliku għal kull sena? Jista' jgħid kemm hemm nies jaħdmu fis-settur pubbliku b'kuntratti ta' xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — profitti u dejn

Question

Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu l-profitti sena b'sena tal-Korporazzjoni Enemalta għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm huwa id-dejn totali li għandha l-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex xi shareholding f'xi kumpaniji oħra u kemm hu dan ix-shareholding f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u l-aħħar parti tal-mistoqsija hija kif muri fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tad-dejn tal-Korporazzjoni nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21628.

Dejn tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' dejn garantit mill-gvern u fuq liema entitajiet jew proġetti qiegħed dan id-dejn? Peress li fil-Quaterly Accounts tas-26 ta' April 2011 dan id-dejn garantit mill-gvern tela' bi €86 miljun fl-aħħar tliet xhur tal-2010, jista' l-Ministru jinforma lil min ingħatat din jew dawn il-garanziji ta' €86 miljun u għaliex qed jintuża dan id-dejn? Jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb ta' żieda ta' iktar garanzija ta' dejn għal din is-sena? Jekk iva, jista' jindika fejn u fuqiex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji dwar l-ammont ta’ dejn garantit mill-gvern qegħdin jingħataw fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi ukoll iż-żieda imsemmija, li hija relatata ma’ investimenti kapitali. Talbiet għal garanziji li jista’ jkun hemm bżonn ikomplu jiġu evalwati fil-qafas tal-parametri finanzjarji tal-gvern.

Annual Financial Statements — varjazzjoni fiċ-ċifri

Question

Peress li mill-Annual Financial Statements ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern jidher li kien hemm tnaqqis fin-nefqa meta mqabbla mal-previżjoni u jidher li kienet varjazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi nniffsu b'madwar €13miljun (13.6%) anqas minn dik prevista xahrejn biss qabel tintemm is-sena, jista' l-Ministru jispjega minn xiex ġiet din il-varjazzjoni u x'kienet ir-raġuni wara din il-varjazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji dwar in-nefqa anqas, ta’ €15-il miljun (13.6%) li rriżultat taħt il-Ministeru tal-Finanzi fl-2010, meta mqabbla mar-revised estimates, qegħdin jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.