Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kienet l-ispiża matul din is-sena, b’mod separat, fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti: il-Ġgantija f’Għawdex, it-tempji ta’ Ħal Tarxien, il-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat, il-Banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa u l-Katakombi ta’ Bistra, fil-Mosta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-valur totali tal-progett tal-ERDF, li jirrigwarda t-Tempji tal-Ggantija, it-Tempji ta’ Ħal Tarxien u l-Katakombi ta’ San Pawl, jammonta ghal €9.2 miljuni (VAT inkl). Il-progett jikkonsisti fi studji srutturali u bini ta’ centru tal-vizitaturi fit-Tempji tal-Ggantija, stallazzjoni ta’ walkway u tinda protettiva fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien, u bini ta’ centru tal-visitaturi fil-Katakombi ta’ San Pawl.
L-ispiza matul din is-sena tammonta ghal €411,320, li jinqasmu kif gej:
Ggantija: € 32,751
Tarxien: €238,634
Katakombi: €139, 935
Il-kuntratti ta’ xoghlijiet kbar ta’ dan il-progett gew ippubblikati izda l-ebda wiehed ghada ma gie aggudikat.
Il-progett tal-EAFRD jinkludi x-xoghlijiet kollha mehtiega sabiex il-Banjijiet Rumani ta’ Ghajn Tuffieha u l-Katakombi ta’ Bistra jinfethu ghall-pubbliku. Dan il-progett, li ghandu valur kumplessiv ta’ €6.2 (VAT inkl), ghadu fil-bidu. L-ispejjez matul din is-sena jammontaw ghal €3748.78.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-twettiq tal-proġett tal-aquarium f’Buġibba? Kemm kienet l-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet ? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li kif diga ntqal f’risposti ohra fuq dawn il-progetti, il-progett tal-akkwarju pubbliku fil-Qawra, huwa parti minn progett akbar li huwa ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja. Il-proġett jikkonsisti f’estenzjoni ta’ Promenade u bini ta’ ġnien ġdid, bini ta’ Akkwarju pubbliku b’servizzi anċillari li wieħed isib f’attrazzjoni ta’ dan it-tip (inkluż faċilitajiet ta’ catering), faċilitajiet ta’ parkeġġ għal madwar 140 karozza u faċilitajiet għall-użu minn skejjel tad-Diving.
It-
tender
intrebaħ minn konsorzju ta' kumpaniji bl-isem ta’ Ebcon Global JV.
Il-kuntrattur qieghed fil-fazi ta’ ‘Design-Build’ fejn qed isiru l-pjanti dettaljati tal-proġett u wkoll beda xi xogħol ‘on site’. Sa issa huwa stmat li jekk tinkludi x-xoghol ta’ disinn, pjanti u studji, sar b’kemm jiswa miljun ewro xogħol.
Il-proġett mistenni jitlesta fl-aħħar ta’ l-2012 għalkemm partijiet mill-proġett jistgħu jitlestew u jinfetħu qabel. Il-valur totali ta’ dan il-proġett huwa stmat li ġej jiswa madwar €14,500,000 miljun ewro li €8.85 miljun minnhom huma ko-finanzjati mill-European Regional Development Fund. Il-kumplament huwa investiment mill-privat.
Grid-connected renewable energy sources — skema għall-persuni li jixtru vettura elettrika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li din is-sena s'issa bbenefikaw minn sussidju sa €5,000 permezz tal-iskema għall-persuni li jixtru vettura elettrika u għall-istallazzjoni ta' grid-connected renewable energy sources?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet biex persuni jkunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema għadha miftuħa u se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ din is-sena. Sa llum għadu ħadd ma applika biex jibbenefika mill-iskema.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija 29521 u jgħid kemm kienu l-lukandi u r-ristoranti li matul din is-sena bbenefikaw mill-iskema ta' soft loans immirata għall-proġetti li jnaqqsu d-dipendenza fuq enerġija tradizzjonali, u biex tiġi ġġenerata enerġija nadifa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi din l-iskema ġiet varata f’Mejju ta’ din is-sena, u sal-lum il-Malta Enterprise għadha ma rċevietx applikazzjonijiet mis-settur tal-ospitalità.
politika nazzjonali u tal-pjan t’azzjoni favur il-kultura tat-tifdil
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29523 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-politika nazzjonali u tal-pjan t’azzjoni favur il-kultura tat-tifdil, partikolarment fost it-tfal u ż-żgħażagħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Open Air Studio — produzzjonijiet tal-films f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ faċilità ta’ open-air studio għall-produzzjoni tal-films f'Għawdex? X’kienet l-ispiża magħmula s'issa fuq dan il-proġett sena b’sena b’mod separat, fl-2008, 2009 u 2010? Hemm data ta’ meta dan il-proġett se jkun lest?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
kumpaniji li xtraw vetturi elettriċi — tnaqqis ta' taxxa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpaniji li kkwalifikaw minn tnaqqis fit-taxxi fuq ammonti li nefqu fuq vetturi elettriċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhux possibbli tweġiba għalissa għal din il-mistoqsija minħabba li l-miżura li qed jirreferi għaliha tapplika mis-sena ta’ stima 2012 għal vetturi mixtrija mill-1 ta’ Jannar 2011 ’il quddiem. Għalhekk il-formoli tat-taxxa rilevanti, li fuqhom trid tinbena l-eventwali tweġiba, għadhom mhumiex dovuti u għadhom lanqas biss intbagħtu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża matul l-2011 biex jitkomplew l-istudji ambjentali, u studji oħrajn, dwar il-vijabilità li jsiru l-windfarms, fl-art u fil-baħar, skont l-applikazzjoni li l-Gvern tefa’ mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm-il studju sar? Min kienu l-awturi ta’ kull rapport? Jista' jpoġġi kopja ta’ kull rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li din is-sena ntefqu madwar Euro 85,000 mill-fondi li kienu diġà allokati biex jitkomplew studji ambjentali dwar il-vijabilità li jsiru l-windfarms, fl-art u fil-baħar li kienu bdew darba li l-gvern tefa’ l-applikazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
L-awturi ta’ l-studji ambjentali huma l-AIS Environmental Ltd. Filwaqt li l-awturi tal-istudju tar-riħ huma l-Institute for Sustainable Energy (Università ta’ Malta)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji jkunu jistgħu jitpoġġew fuq il-Mejda ġaladarba jkunu mitmuma u jkunu sottemetti lill-MEPA.
Kuntratti lill-kumpanija Lighthouse and Ashley Consortium
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt ingħataw kuntratti lill-kumpanija Lighthouse and Ashley Consortium? Jekk iva, jista' jgħid kemm kienu l-ammonti ta' dawn il-kuntratti u meta ngħataw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
MTA — fondi addizzjonali lill-Kumitat tal-Kuntratti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk:
a) kienx hemm xi qbil bejn l-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu u u l-Kumitat tal-Kuntratti rigward allokazzjoni ta' fondi addizzjonali biex il-kumpanija Lighthouse and Ashley Consortium jagħmlu xi xogħlijiet fuq il-
marketing plan
tal-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu;
b) kemm kienet il-figura li kkwotaw Lighthouse and Ashley Consortium u jekk din il-figura tkoprix il-kuntratt kollu jew hix figura għal xi perjodu ta' żmien; u
ċ) fuq liema kriterji dan il-kuntratt ingħata lill-Lighthouse and Ashley Consortium?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-proċess ta’ tender li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant għadu mhux konkluż. Mhux għaqli li jingħataw id-dettalji mitluba sakemm jiġi konkluż il-proċess.
Torri ta' Wied iż-Żurrieq — tindif, asfaltar u restawr
Question
Jista' l-Ministru jikkonsidra li:
a) jitnaddaf il-madwar tat-Torri ta' Wied iż-Żurrieq;
b) jingħata asfaltar lit-toroq tal-madwar; u
ċ) jiġi restawrat it-torri minn barra u minn ġewwa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan is-sit huwa responsabbilità diretta tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi. Minkejja dan, minn ispezzjoni li saret fil-post imsemmi jirriżulta illi kien hemm xi ftit materjal bħal fliexken u karti madwar is-sit li gie mnaddaf immedjatament. Huwa stmat illi kien hemm madwar 5 kilogrammi ta’ skart. Il-Gvern Ċentrali issa se japplika l-proċeduri stabbiliti sabiex jirkupra l-ispejjeż galadarba l-kunsill lokali naqas milli jagħmel dan ix-xogħol hu.
Dwar ir-restawra tat-torri, ninfurmah li huwa ppjanat li fi żmien qarib se jsir eżerċizzju ta’ investigazzjoni u evalwazzjoni tal-ħtiġijiet għal xogħol ta’ restawr biex sussigwentement ikun jista’ jiġi ppjanat dan ix-xogħol.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jindirizzha lill-Ministru responsabbli mit-Transport Malta
benefiċċju għal persuni li xtraw vettura elettrika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li din is-sena s'issa bbenefikaw minn sussidju sa €5,000 permezz tal-iskema għall-persuni li jixtru vettura elettrika u għall-istallazzjoni ta’ grid-connected renewable energy sources?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mir-riżorsi.
programm Gateway to Export — kumpaniji li bbenefikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpaniji li matul din is-sena bbenefikaw mill-programm Gateway to Export u kemm kienet l-ispiża minfuqa s'issa fuq dan il-programm?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sal-lum 18-il kumpanija ibbenefikaw mill-ewwel fażi tal-proġett ‘Export Preparedness Report’, filwaqt li 21 kumpanija qed jieħdu taħriġ dwar kif tesporta, u li hija t-tieni fażi tal-proġett. Is-somma minfuqa s’issa hija ta’ madwar €13,600.
Quality Improvement Programme — kumpaniji li bbenefikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpaniji li matul din is-sena bbenefikaw mill-programm Quality Improvement Programme u kemm kienet l-ispiża minfuqa s'issa fuq dan il-programm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpelant illi l-benefiċċi tal-Quality Improvement Programme huma abbażi ta’ krediti ta’ taxxa u għalhekk il-benefiċjajri jistgħu jibdew jitolbu lura l-ispejjeż tagħhom ta’ din is-sena fil- prospett tat-taxxa tas-sena 2012.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpaniji jew l-individwi li din is-sena bbenefikaw mit-tnaqqis ta’ 150% fit-taxxa, sa massimu ta’ €10,000 talli investew biex itejbu l-kwalità tal-prodott jew is-servizz li jipprovdu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhux possibbli tweġiba għalissa għal din il-mistoqsija minħabba li l-miżura li qed jirreferi għaliha tapplika mis-sena ta’ stima 2012. Għalhekk il-formoli tat-taxxa rilevanti, li fuqhom trid tinbena l-eventwali tweġiba, għadhom mhumiex dovuti u għadhom lanqas biss intbagħtu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Fond għat-Taħriġ fl-Intraprenditorija — informazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta twaqqaf il-Fond għat-Taħriġ fl-Intraprenditorija u x’inizjattivi ttieħdu b’rabta mat-twaqqif tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) m'għandha l-ebda fond għat-Taħriġ fl-Intraprenditorija.
Madanakollu l-ETC għandha l-iskema INT (Ibda Negozju Tiegħek) li ġiet introdotta mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bil-ħsieb li tgħin persuni li jkunu jixtiequ jibdew negozju. Din l-iskema tikkonsisti f`pariri, Taħriġ dwar kif tmexxi l-impreditorija u suġġetti oħra relatati u għajnuna finanzjara f’forma ta’
grant
u
mentoring
.
Il-klijenti jiġu mħeġġa jirriflettu fuq il-vijabilita tan-negozju li huma jkunu jixtiequ jibdew. Dan jiġi segwit b’taħriġ intensiv li joffri l-parteċipanti b’tagħrif u ħiliet dwar kif jmexxu negozju, aspetti legali ta’ intraprizi żgħar, kif tmexxi ir-riżorsi umani u dawk fiżiċi, aspetti ta’
Marketing
, obligi finanzjari u kontrolli kif wkoll kif wieħed jagħmel
Business Plan
. Wara it-taħriġ il-parteċipanti jkunu mħeġġa jagħmlu u jippreżentaw pjan għan negozju tagħhom u jekk dan jinstab li huwa tajjeb jingħataw grant ta’ madwar Ewro 2300. Barra minhekk dawk li jaslu sa din il-fażi ikollhom is-servizz ta’ Mentor biex jgħinhom fil-fażi inizjali tan- negozju.
Matul din is-sena il-Korporazzjoni ser torgannizza tlett programmi bil-ħsieb li tħarreġ madwar 45 persuna.
Foundation for Tomorrow Schools — periti u inginiera impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx periti u inginiera impjegati mal-Foundation for Tomorrow Schools? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid min huma u kemm minnhom qed jaħdmu full-time u kemm minnhom jaħdmu part-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada għandha periti u inġiniera li kollha jaħdmu abbażi ta’ full-time.
Dawn huma l-Perit Andrew Ellul, il-Perit Leonard Żammit, il-Perit Vittorio Bonavia, il-Perit Dylan Cutajar Davis, il-Perit Franceska Catania, il-Perit Jonathan Saliba, l-Inġinier Albert Ellul u l-Inġinier Vincent Rapa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-somma inizjali ta’ €400,000 favur id-dħul ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku, intnefqet matul din is-sena s'issa u kemm hawn vetturi li jaħdmu bl-elettriku f’pajjiżna fil-preżent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s’issa għadha ma intefgħat ebda applikazzjoni mingħand persuni li jixtiequ jibbenefikaw mill-għotja għal xiri ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku.
Rigward it-tieni parti ta-mistoqsija, ninfurmah li l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi m’għandiex informazzjoni dwar kemm hawn vetturi jaħdmu bl-elettriku. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-somma inizjali ta’ €400,000, favur id-dħul ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku, intnefqet matul din is-sena s'issa u kemm hawn vetturi li jaħdmu bl-elettriku f’pajjiżna fil-preżent?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ Settembru 2011, ma sar l-ebda infiq taht l-item ipprovdut għall-Electric Car Incentives Scheme, filwaqt li n-numru ta’ vetturi reġistrati li jaħdmu bl-elettriku f’pajjiżna fl-istess żmien huwa 202.