Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandhiex pjanijiet/studji ta' kif mistenni jiżviluppa s-suq tax-xogħol f'Malta sas-sena 2020 u għaldaqstant x'miżuri se jkunu qed jittieħdu biex joħorġu aktar nies jaħdmu, filwaqt li ma tinħoloqx ebda skarsezza ta' ħaddiema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tuża diversi modi biex kontinwament issegwi l-andament tas-suq tax-xogħol f’Malta. Dan tagħmlu billi tiġbor informazzjoni mingħand minn iħaddem dwar in-nies li jimpjegaw u b’hekk tkun taf in-numru ta’ nies jaħdmu f’kull settur tal-ekonomija. Informazzjoni oħra li tuża l-ETC għal dan il-għan hija l-istatistika li joħroġ l-NSO mill-Labour Force Survey. Barra minn hekk, l-ETC tiġbor detalji ta’ positijiet battala mingħand min iħaddem u b’hekk tkun taf dwar il-ħtieġa ta’ ħaddiema fis-suq tax-xogħol. Din l-informazzjoni l-ETC tużagħha biex tiggwida u tgħin lil min qiegħed ifittex ix-xogħol biex jimla dawn il-postijiiet battala.
Il-mira tal-Gvern hi li sas-sena 2020, ir-rata ta’ mpjiegi f’Malta titla’ għal 62.9% għal dawk bejn l-20 u l-64 sena. Il-Gvern juża numru ta’ policies biex Malta tilħaq din iċ-ċifra. Il-miżuri li qed jieħdu d-diversi entitajiet governattivi huma mniżżla fil-Pjan Nazżjonali ta’ Riforma. B’żieda ma’ dawn il-Gvern iħabbar numru ta’ miżuri ġodda fid-diskorsi tal-baġit.
L-ETC qiegħda tikkontribwixxi biex ikun hawn aktar ħaddiema fis-suq tax-xogħol billi tiggwida u tgħin lil min qiegħed ifittex ix-xogħol biex dan isib xogħol. Hija toffri ħafna korsijiet ta’ taħriġ f’oqsma differenti biex il-ħiliet ta’ dawk li qed jaħdmu jew qed ifittxu x-xogħol jitjiebu. Hija toffri skemi ta’ esperjenza ta’ xogħol jew xogħol fil-komunita’ biex tintegra lil dawk li qed ifittxu mpjieg, speċjalment dawk li għandhom xi żvantaġġ fis-suq tax-xogħol. Permezz tal-Employment Aid Programme, l-ETC tipprovdi wkoll sussidju fuq il-paga lil min iħaddem jekk dawn jimpjegaw persuni żvantaġġjati. U bis-saħħa tat-Training Aid Framework, l-ETC tgħin lil min iħaddem biex iħarreġ lill-ħaddiema tiegħu billi tissussidjalu parti mill-ispejjez tat-taħriġ. Bħalissa, l-ETC għaddejja b’kampanja ta’ pubbliċita’ biex tħajjar aktar nisa joħorġu jaħdmu billi tippromwovi tqassim aħjar tax-xogħol tad-dar bejn ir-raġel u l-mara, u billi tħajjar employers biex jadottaw prattiċi ta’ xogħol li jippermettu li persuni jlaħħqu kemm max-xogħol kif ukoll mal-ħajja.
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm nisa u rġiel maqsuma separatament bl-etajiet (age cohorts: 15-19, 20-24, 25-29, 30-34, 35-39, 40-44, 45-49, 50+) ġew ingaġġati f'din l-iskema mill-2009 sal-lum, kif ukoll tindika l-persentaġġ ħdejn kull age cohort ta' dawk li baqgħu jaħdmu? Tista' tgħid ukoll kemm flus ġew minfuqa ħdejn kull age cohort?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ jaħdmu fuq il-Person Action Plans fl-2010 u kemm minn dawn iddedikaw sigħat ta' xogħol fuq bażi annwali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ impjegati fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li kienu jaħdmu fuq Personal Action Plans fl-2010 kien ta’ 27. Dawn l-impjegati flimkien iddedikaw 49,229 siegħa ta’ xogħol fis-sena msemmija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm mit-377 parteċipant li ħadu sehem fil-Work Trail Scheme fl-2010 huma rreġistrati bħala li qed jaħdmu sal-lum, maqsuma bejn irġiel u nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-377 parteċipant li ħadu sehem fil-Work Trial Scheme fl-2010, fl-aħħar ta’ Frar 2012 kien hemm 82 raġel u 89 mara, total ta’ 171, persuna li kienu qed jaħdmu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-460 parteċipant fl-iskema TEES għadhom f'impjieg sal-lum, maqsuma bejn irġiel u nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-460 parteċipant li ħadu sehem fit-Training and Employment Exposure Scheme, fl-aħħar ta’ Frar 2012 kien hemm 152 raġel u 50 mara, total ta’ 202 persuni, li kienu qed jaħdmu.
Tista’ l-Ministru tagħti statistika dettaljata dwar il-Mainstream Courses offruti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fl-2010, billi tipprovdi informazzjoni dwar jekk il-parteċipanti (13,679 persuna) li attendew dawn il-korsijiet kenux impjegati jew ifittxu xogħol u maqsuma bejn irġiel u nisa, f’kategorija ta’ age cohorts (15-19, 20-24, 25-29, 30-34, 35-39, 40-44, 45-49, 50+)? (L-informazzjoni mitluba għandha jekk jista’ jkun tingħata f’termini ta’ unique persons)
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ hux se tagħmel xi forma ta' studju biex tara l-effettività tal-flus maħruġa taħt din l-iskema fuq il-produttività tal-ħaddiema li bbenefikaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Managing Authority fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru diġà bdiet tagħmel evalwazzjoni tal-iskemi finanzjati permezz tal-ESF u l-ERDF. Fost dawk li skemi li ġew evalwati insibu it-Training Aid Framework (TAF). L-ETC ħadet sehem f’dawn l-evalwazzjonijiet billi għaddiet l-informazzjoni dwar dawk il-kumpaniji li applikaw u bbenefikaw mill-iskema.
Peress illi evalwazzjoni diġà qed issir mill-
Managing Authority
, il-Korporazzjoni ma tħossx il-ħtieġa li tagħmel evalwazzjoni oħra meta tqis li l-informazzjoni li ħa tinġabar permezz tal-MA ħa tiġi mgħotija lil ETC. Madankollu tajjeb li ngħidu li l-ETC kontinwament tirċievi informazzjoni u kummenti mingħand il-klijenti tagħha fejn dawn isostnu kemm it-taħriġ mogħti lil ħaddiema tagħhom permezz ta’ din l-iskema huwa ta’ benefiċċju. L-utilità u l-bżonn ta’ skema bħat-TAF jista’ ukoll jiġi mkejjel min-numru ta’ applikazzjonijiet kontinwi li jaslu għand il-Korporazzjoni. Sa mil-bidu ta’ din l-iskema (Frar 2009), l-Korporazzjoni rċeviet ‘il fuq minn 3,500 applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti lista u dettalji (inkluż min ġie awarded kull kuntratt) tal-kuntratti u tenders kollha li ġew approvati u mogħtija li jaqbżu l-€5 miljun din is-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-lukandi u r-ristoranti li matul din is-sena bbenefikaw mill-iskema ta' soft loans immirata għall-proġetti li jnaqqsu d-dipendenza fuq enerġija tradizzjonali, u biex tiġi ġġenerata enerġija nadifa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29740.
Open Air Studio — produzzjonijiet tal-films f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ faċilità ta’ open-air studio għall-produzzjoni tal-films f'Għawdex? X’kienet l-ispiża magħmula s'issa fuq dan il-proġett sena b’sena b’mod separat, fl-2008, 2009 u 2010? Hemm data ta’ meta dan il-proġett se jkun lest?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 29369.
Jista' l-Ministru jagħti lista u dettalji (inkluż min ġie awarded kull kuntratt) tal-kuntratti u tenders kollha li ġew approvati u mogħtija li jaqbżu l-€5 miljun din is-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm hu stmat it-telf tal-Korporazzjoni Enemalta għal din is-sena 2011;
b) jekk il-priċipju ta' full-cost recovery għadux fis-seħħ; u
ċ) jekk se jkun hemm xi telf, dan se jidher fis-sena 2011 jew fis-sena li ġejja 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li it-telf tal-Korporazzjoni Enemalta għal din is-sena 2011 huwa stmat li ser jammonta għal €17,858,844.
Il-prinċipju ta’
full-cost recovery
għadu fis-seħħ, għalkemm il-prezz taż-żejt preżenti qiegħed viċin U$ 110 il-barmil. L-istrateġija hija illi l-Korporazzjoni Enemalta tkun viġilanti fuq is-swieq biex malli jinżel il-prezz, tillokja l-
exposure
għas-sena dieħla.
It-telf dejjem jiġi iddikjarat fis-sena li jkun seħħ.
nies li spiċċaw minn mal-gvern, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet eċċ.
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm spiċċaw nies minn mal-gvern, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet eċċ. matul din is-sena u kemm daħlu nies ġodda mal-gvern, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet eċċ. din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, temmew l-impjieg tagħhom minn mal-Amministrazzjoni Pubblika 1,555 persuna, filwaqt li fl-istess perjodu daħlu 1,647 persuna oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba matul din is-sena kienet applikata l-metroloġija legali fejn jiġi verifikat regolarment kull apparat li fuqu joħroġ kont lill-konsumatur? Jista' jgħid x’irriżulta minn dan l-eżerċizzju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-verifikazjoni ta strumenti metroloġiċi bdew f’Settembru li għadda kif kien indikat fil LN 223 of 2011. Dan huwa eżerċizzju li l-konsumatur sejjer jigwadanja minnu għax ħa jkollu moħħu mistrieħ li jkun qed jieħu valur ta flusu. Barra minn hekk dan l-eżerċizzju jiprovdi kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi. Biex tkun introdotta l-metroloġija legali kellhom jiġu ngaġġati inġinier u ħames tekniċi u wara numru ta appelli għal ingaġġar sal lum ġew ingaġġati inġinier u persuna teknika u wara interviews li saru dan l-aħħar ġew mgħażula żewġ tekniċi oħra. Wieħed irrid wkoll jifhem li dan huwa settur totalment ġdid u ta’ teknika għolja f’ċerti strumenti li dawk li jiġu ngaġġati irridu jgħamlu żmien ta addestrament. Għal dan il għan l-Awtorita investit f’apparat ġdid u fl-addestrament ta l-Uffiċjali responsabli minn dan is-settur barra min Malta biex huma jkunu jistgħu jaddestraw lil ħadd ieħor. Tajjeb wkoll li wieħed ifakkar li l-Gvern ideċieda li jġorr lis-spejjes għal verifikazjoni tal l-istrumenti. L-Awtorita wkoll ideċidiet li l-ewwel darba l-eżerċizju jieħu forma ta edukazjoni lil dawk involuti u dan qiegħed jieħu ħafna iżjed ħin barra li fl-ewwel eżerċizju l-Awtorita trid tibni database tagħħa ta x’hawn fuq is-suq.
Wieħed wkoll irrid ifakkar li għal l-imwieżen ordinarji il frekwenza ta verifikazjoni għalissa hija ta’ ħames snin, huwa kalkulat li hawn iżjed minn 3000 min dawn. Imwieżen industrijali u dawk ta l-ajruport issiru darba fis-sena u bħalissa l-Awtorita’ qed tikkoncentra fuq dan is-settur. S’issa f’sitt ġimgħat saru verifikazjoni ta 34 imwieżen. Wieħed irrid jgħid li f’xi każi l-imwieżen ma kienux qedin jgħatu qari tajjeb u l-Uffiċjali ta l-Awtorita kellhom imorru iktar minn darba. Hemm programm lest tal-verifiki sal-aħħar ta sena f’dan is-settur.
Fejn jidħlu l-pompi tal fuel, li dawn wkoll irridu jiġu verifikati darba fis-sena, hawn 80 min dawn. Wieħed irrid ifakkar li kull pompa fija sitt nozzles u jekk stazzjon għandu sitt pompi dawn ifissru 36 nozzle li kull wiehed irrid jiġi verifikat. S’issa saru 3 stazjonijiet li dawn kellhom 52 nozzle. Peress li nstab li dawn kienu fil maġġoranza jgħatu qari l-barra mit-toleranza stabilita, li kien qiegħed jieħu ħafna żmien bla bżonn (tlett darbiet iżjed min normal) lil Uffiċjali, l-Awtorita deċidiet li twaqqaf li tkompli l-verifika meta wara stħarriġ nstab li min kien qiegħed jgħamel il kalibrazjoni tal pompi kellu l-istrumenti tiegħu mhux kallibrati u talbitu li jerġa jgħamel il-kallibrazjoni mil ġdid ta dawn il pompi. Fejn instab li l-qari huwa barra ħafna mit-toleranza dawn ġew siġġilati biex ma jintużawx sakemm jiġu iranġati.
Wieħed jrid japprezza l-antagoniżmu li l-Uffiċjali ta’ l-Awtorita qedin jiltaqghu miegħu. Ikun hemm min ma jkunx irrid jikkolabora u anke f’ċerti każijiet kienet qeda tiġi kunsidrata l-għajnuna tal Pulizija. Dan meta kif ġa għid aktar qabel l-eżerċizju bħal issa qiegħed jieħu forma ta edukazzjoni.
Is-setturi l-oħra li ġew identifikati li jaqaw taħt il metroloġija legali huma
Fornituri (mhux distributuri) ta LPG : Dawn hawn tnejn minnhom, kuntatti magħħom ġa saru u l-verifkazzjoni programmata għal ġimgħat li ġejjin.
Speed Cameras: dawn hawn 17 minnhom hawn Malta. Minn dawn 12 ġew verifikati fuq il kalibrazzjoni u l-ħamsa l-oħra sejrin issiru sa 17 ta’ Novembru
CVA : L-inġinier li l-Awtorita għada kif ingaġġat sejjer ikun respnsabli min dan il qasam hu huwa programmat li dawn issiru għal bidu ta sena l-ġdida
Taximeters: Hawnhekk qedin nikollaboraw ma Transport Malta minħabba lr-rekwiżiti ġodda li ġew fis-seħħ rigward taxis. L-Awtorita qeda tiprepara tender għax-xiri ta l-apparat li sejjer ikun hemm bżonn biex issir il-verifikazjoni anwali ta taximeters.
Open Air Studio — produzzjonijiet tal-films f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29742 u jgħid fiex wasal il-proġett ta’ faċilità ta’ open-air studio għall-produzzjoni tal-films f'Għawdex? X’kienet l-ispiża magħmula s'issa fuq dan il-proġett sena b’sena b’mod separat, fl-2008, 2009 u 2010? Hemm data ta’ meta dan il-proġett se jkun lest?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 29369.
politika nazzjonali u tal-pjan t’azzjoni favur il-kultura tat-tifdil
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29523 u 29741 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-politika nazzjonali u tal-pjan t’azzjoni favur il-kultura tat-tifdil, partikolarment fost it-tfal u ż-żgħażagħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Exports of Fuels — spjega tal-figuri maħruġ mill-NSO
Question
Jista' l-Ministru jagħti spjega tal-figura ta' €458 miljun taħt Exports of Fuels bejn Jannar u Awwissu 2011 fil-figuri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika meta l-importazzjoni tal-fuels għall-istess perjodu kienet €436.2 miljun?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li fid-9 ta’ Novembru, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ News Release 215/2011 fuq il-kummerċ ma’ barra minn Malta. F’din ir-release, ġiet mehmuża nota li tispjega kif kien hemm bżonn ta’ reviżjonijiet fl-ammonti ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni ta’ fuels, b’riżultat ta’ eżerċizzju li l-NSO qiegħed iwettaq. Fil-fatt, skont din ir-release (Tabella numru 4), bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, l-importazzjoni ta’ fuels kien ta’ €971.8 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet ta’ €683.2 miljun. Dawn il-figuri huma proviżorji.
xtut tal-Belt u l-Isla — informazzjoni dwar faċilitajiet għall-passiġġieri tal-cruise liners
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul din is-sena fuq faċilitajiet għall-passiġġieri tal-cruise liners max-xtut tal-Belt u tal-Isla? Kemm kienet l-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul din is-sena, Transport Malta għamlet xogħol ta' tħammil u faċilitajiet għall-irmiġġ ta' cruise liners fix-xatt ta’ Lascaris, il-Belt. Ix-xogħol waqaf matul l-eqqel perjodu tal-istaġun tal-cruise liners u mistenni jitkompla aktar tard din is-sena bit-tisħiħ tal-moll. Il-kuntrattur huwa Polidano Bros. Ltd., li s'issa tħallas €472,000. Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta sa' Frar tal-2012, dejjem jekk ma jinqalgħawx ċirkostanzi imprevvisti u mistenni jiswa madwar €600,000.
Park Arkeoloġiku ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra — informazzjoni dwar il-pajsaġġ naturali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq in-nature trail fil-pajsaġġ naturali fl-isfond tal-Park Arkeoloġiku ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra? Kemm kienet l-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li x-xogħol fuq in-nature trails fil-pajsaġġ tal-park arkeoloġiku ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra kważi tlesta u s’sissa ġie jiswa madwar €15,000. Ix-xogħol li sar s’sissa jikkonsisti fl-istampar ta’ numru konsiderevoli ta’ pannelli ta’ interpretazzjoni u sinjali oħra ta’ direzzjoni, u l-istrutturi li jeħlu fuqhom. Ix-xogħol ta’ disinn tal-pannelli u preparazzjoniiet oħrajn saru kollha minn ħaddiema ta’ Heritage Malta, filwaqt li l-istampar tal-pannelli sar għand il-Fotografer. Qed jitħejja wkoll ktejjeb li jiggwida lill-viżitaturi fil-pajsaġġ naturali tal-inħawi.