Legislature:
Category:
Reset
Active:

numru ta’ tax payers

Question

Jista’ l-Ministru jindika għas-sena bażi 2010, in-numru ta’ tax payers (ħaddiema u self-employed) u l-ammont ta’ bolla mħallsa minnhom f’sena hekk kif muri fit-tabella li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

numru ta’ tax payers

Question

Jista’ l-Ministru jindika għas-sena bażi 2000, in-numru ta’ tax payers (ħaddiema u self-employed) u l-ammont ta’ bolla mħallsa minnhom f’sena hekk kif muri fit-tabella li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

numru ta’ tax payers

Question

Jista’ l-Ministru jindika għas-sena bażi 2000, in-numru ta’ tax payers (ħaddiema u self-employed) u l-ammont ta’ taxxa mħallsa hekk kif muri fit-tabella li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tat-Taxxa — tax payers

Question

B'referenza għall-aħħar sena bażi li jiddisponi minnha d-Dipartiment tat-Taxxa, jista' l-Ministru jindika n-numru ta’ tax payers (ħaddiema u self-employed) u l-ammont ta’ taxxa mħallsa skont kif muri fit-tabella li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni tirreferi għas-sena bażi 2010 (sena ta’ stima 2011) li hija l-aħħar sena fejn id-Dipartiment għandu l-informazzjoni kompleta. It-taxxa kkwotata hija qabel xi krediti ta’ taxxa li setgħu ġew mitluba. Rigward miżżewġin b’komputazzjoni komuni m’huwiex possibbli li l-informazzjoni tkun maqsuma bejn nisa u rġiel peress li taxxa f’dawn il-każijiet tkun ikkalkulata f’isem min hu l- account holder. Taxpayers oħra li la huma ħaddiema u lanqas self-employed (bħal pensjonanti) mhumiex inklużi.
Leg 11 PQ #35167 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

iGaming — Ħaddiema Maltin u barranin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema Maltin u barranin direttament impjegati ma' kumpaniji tal-igaming?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kien hemm 2,579 jaħdmu fuq bażi full u part-time (part-time only) fis-settur tal-Gambling & Betting Activities sal-aħħar ta` Diċembru 2011. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ m’għandhiex informazzjoni dwar kemm hawn nies jaħdmu fis-settur tal- igaming biss.

Malta Enterprise — Micro Invest

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Micro Invest tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-iskema MicroInvest għenet lil 1,045 sid ta’ negozju Malti u Għawdxi li jħaddmu anqas minn għaxra min-nies biex jinvestu sabiex jirrenovaw, jespandu u jiżviluppaw il-kumpaniji tagħhom, u possibilment ifittxu swieq ġodda, liema skema qed tiġi estiża għal sena oħra. L-Iskema tnediet fil-Baġit 2010 bħala waħda mill-inizjattivi meħudha bħala parti mill-ħidma tal-Gvern biex jixpruna l-ekonomiji fl-eqqel tal-kriżi ekonomika u internazzjonali u b’hekk titħares il-kompetittività tas-sidien ta’ negozji żgħar u tal-postijiet tax-xogħol. Filwaqt li oriġinarjament kienet intiża li tagħlaq fl-aħħar ta’ Marzu 2012, fil-Baġit 2012 il-Gvern estenda din l-iskema għal sena oħra biex aktar sidien ta’ negozji jgawdu minnha. Dan qed iħalli r-ri¿ultati għaliex dawn l-1,045 sid ta’ negozji investew bejniethom aktar minn €17.3 miljun. Billi l-iskema tipprovdi tnaqqis mit-taxxa anke għal min joħloq post tax-xogħol, din l-iskema wasslet għal ħolqien ta’ 242 post tax-xogħol b’mod dirett. Dan ma jinkludix postijiet tax-xogħol li nħolqu b’riżultat tal-espansjoni fin-negozju megħjuna permezz ta’ din l-iskema, li għaliha applikaw aktar minn 230 negozju li joperaw f’Għawdex. Dettalji skont in-NACE mhumiex disponibbli
Leg 11 PQ #34681 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Employment Aid Programme — Nies li pparteċipaw

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32553, tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-għola livell ta’ edukazzjoni miksub b’suċċess mill-parteċipanti hekk kif inhuma maqsuma skont l-informazzjoni mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34682 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

tracer studies fuq studenti gradwati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Università ta’ Malta u l-MCAST iwettqux tracer studies fuq studenti li jkunu gradwaw? Jekk ir-riposta hija fl-affermattiv, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapporti li ġew mhejjija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università ta’ Malta wettqet tracer studies fuq gradwati fis-snin 2001, 2003, 2005, 2007 u 2009. L-istudju jkun sar fuq studenti li kienu iggradwaw is-sena ta’ qabel. Ir-rapporti tas-snin 2001, 2003 u 2005 jistgħu jigu aċċessati minn: http://www.um.edu.mt/sas/graduateresearch S’issa għadhom ma sarux ‘tracer studies’ dwar il-gradwati li jtemmu korsijiet fl-MCAST. Madankollu, fis-snin li ġejjin hemm il-ħsieb li jsiru ‘tracer studies’ għal studenti li jkunu temmew it-taħriġ tagħhom fil-livelli 4, 5 u 6, bħala parti minn żewġ proġetti tal-MCAST iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew tal-UE, ESF 1.130 ‘Making VET Education more Relative and Attractive’, u ESF 2.139 ‘Increasing Accessibility, Flexibility and Innovation to MCAST Life-Long Learning Course Offer’.
Leg 11 PQ #34683 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — studenti li gradwaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ studenti full-time li gradwaw mill-MCAST fl-2011 u fl-2010, f’liema livell ta’ studju gradwaw u kemm kien fil-bidu l-ammont ta’ studenti li applikaw biex jibdew il-kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34684 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — vakanzi reklamati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-vakanzi reklamati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sena b’sena mill-2006 ‘l quddiem? Tista’ l-Ministru tgħid ukoll b’referenza għas-sena 2010 u 2011, liema vakanzi l-korporazzjoni sabet problema biex timla u kemm kienu bħala ammont?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Air Malta — self

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern kellux iżid id-dejn pubbliku sabiex jagħti self fl-2011 u fl-2012 lill-Air Malta? F'każ li tweġiba hi fl-affermativ, b'kemm żdied id-dejn pubbliku fl-2011 u fl-2012 għal dan l-għan? Taħt u b'liema kundizzjonijiet ingħata dan is-self?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

Malta Enterprise — Small Start Ups

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Small Start-Ups tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċentiv Small Start Ups huwa skema ta’ natura kompetittiva kkofinanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 4 darbiet mill-2009. Fl-ewwel 3 sejħiet, 32 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €1,959,557. Ir-raba’ sejħa hija miftuħa bħalissa. Is-sistemi ta informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-kumpaniji ta daqs zgħir (inkluż il-micro) kif jissuġġerixxi l-isem. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — Environment Actions

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Environment Actions tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċentiv Environment Actions huwa skema ta’ natura kompetittiva kkofinanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 4 darbiet mill-2009. Fl-ewwel 3 sejħiet, 16 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €995,418. Ir-raba’ sejħa hija miftuħa bħalissa. Is-sistemi ta informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-SMEs. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — Innovation Actions

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Innovation Actions tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċentiv Innovations Actions huwa skema ta’ natura kompetittiva ko-finanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 4 darbiet mill-2009. Fl-ewwel 3 sejħiet, 68 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €5,198,647 kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-raba’ sejħa hija miftuħa bħalissa. Is-sistemi ta informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-SMEs.

Malta Enterprise — E-Business development

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema E-business Development tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-E-Business Development Grant hija skema ta’ natura kompetittiva ko-finanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 3 darbiet mill-2009. 95 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €3,897,432 kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-iskema mhux pjanata li terġa tinfetaħ peress li il-fondi allokati ttieħdu kollha. Id-dettalji dwar il-benefiċjarji tal-iskemi ERDF huma ukoll aċċessibli fis-sit www.20millionforindustry.com Is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-SMEs.

Malta Enterprise — Trade Promotions

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Trade Promotions tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — Interest Rate Subsidies

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Interest Rate Subsidies (Business Pormotion Act) tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazjoni mitluba hija murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji dwar l-impjieg u tqassim skont in-NACE mhumiex disponibbli.

Malta Enterprise — Loan of Highly Qualified Personnel Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet il-Loan of Highly Qualified Personnel Scheme tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jagħti din l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u n-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma ġiet sottemessa l-ebda applikazjoni taħt din l-iskema relatata ma' riċerka u żvilupp. Madankollu ta’ min jinnota li taħt l-ERDF R&D grants ibbenefikaw 30 intrapriża għal total ta €3.9 miljuni.

Malta Enterprise — Industrial Research and Developement Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-Industrial Research and Developement Scheme tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem).

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi din l-iskema ġiet miftuħa fis-sena 2010. Matul is-sena 2011 ġiet sottomessa u approvata applikazzjoni waħda għal total ta’ €43,000 fi krediti ta’ taxxa.

Malta Enterprise — Quality+

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Quality+" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi din l-iskema abbażi ta’ krediti ta’ taxxa ġiet varata din is-sena u għaldaqstant għadhom ma ġewx mitfugħa applikazzjonijiet.