Legislature:
Category:
Reset
Active:

North to Port — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid finanzjarjament kemm ġiet tiswa lill-Forzi tal-Ordni, l-attività North to Port organizzata fis-sena 2017? Jista’ jinkludi t-taħriġ u l-għawma nnifisha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Gran Castello Historical House – isem mibdul

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-isem tal-Gran Castello Historical House ġie mibdul diversi drabi filwaqt li ftit li xejn ma ġie ammeljorat ġewwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li dak li kien imsejjaħ Mużew tal-Folklor fiċ-Ċittadella ta’ Għawdex biddel ismu għal Gran Castello Historic House sabiex jirrifletti l-bidliet li saru fih bħala parti mill-proġett taċ-Ċittadella ko-finanzjat mill-ERDF. Apparti x-xogħol infrastrutturali u konservazzjoni estensiva tal-kollezzjoni, nistieden lill-Onor Interpellant sabiex imur jara b’għajnejh it-tibdil li sar f’dan il-mużew, li jinkludi esperjenza ġdida li tiffoka fuq il-kwartieri domestiċi permezz ta’ oġġetti ġodda għall-wiri, diskussjoni ta’ temi differenti, u għadd ta’ għodda ta’ interpretazzjoni ġodda fosthom tnax-il produzzjoni awdjo-viżiva.

Heritage Malta – ħaddiema fi grad maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex xi ħaddiema ta' Heritage Malta fi grad maniġerjali u li jkollhom jużaw il-karozza personali tagħhom fuq xogħol b'mod kontinwu qed jingħataw fuel allowance bħall-ħaddiema oħra fl-istess grad li ftit li xejn għandhom bżonn l-użu tal-karozza personali tagħhom fuq xogħol? Ma jaħsibx li din hija inġustizzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-grad maniġerjali ta’ Heritage Malta huwa marbut ma’ dak ta’ Skala 4 tas-Servizz Pubbliku, u huwa ta’ kulħadd l-istess.

Kollezzjoni Nazzjonali – proċess ta’ Diġitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tad-diġitazzjoni tal-Kollezzjoni Nazzjonali fi ħdan Heritage Malta? Jista' jgħid kemm-il biċċa saret s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li il-proċess tad-diġitazzjoni tal-Kollezzjoni Nazzjonali għaddej b’ritmu tajjeb u huwa wiehed kontinwu. S’ issa saru 21,785 biċċa.

Heritage Malta – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem kellha Heritage Malta fit-30 ta' Ġunju 2017? Jista' jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema kienu impjegati diretti ta' Heritage Malta, fuq secondment jew mal-RSSL? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa, il-grad tagħhom kif ukoll il-livell tal-edukazzjoni li jħaddnu?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jelenka kull direct order li Heritage Malta tat fis-sena 2016 s’issa? Jista’ jgħid għaliex ingħataw dawn id-direct orders, il-valuri totali tagħhom, ix-xogħol involut u kemm minnhom għandhom pagamenti pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta – restawr fuq smoking shed

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' restawr fuq is-smoking shed li għandha Heritage Malta ġewwa Bighi? Jista' jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr li issa ilu mwiegħed is-snin, waqaf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-bqija tax-xogħol fuq l-ismoking shed jitkompla kemm jista’ jkun malajr skond il-prijoritajiet tal-aġenzija.

Heritage Malta — L-Imdina – Mużew tal-Istorja Naturali fil-Palazz Vilhena

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsieb għandha Heritage Malta għall-Mużew tal-Istorja Naturali ġewwa l-Palazz Vilhena fl-Imdina?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Mużew tal-Istorja Naturali jservi ta' Muzew tal-Istorja Naturali naturalment.

Heritage Malta – Tas-Silġ — proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' Heritage Malta fis-sit ta' Tas-Silġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li wara li tlestew il-preparamenti tekniċi kollha, ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar.

Heritage Malta – sejħa għal Head – Conservation

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta ma ħarġitx sejħa għal Head - Conservation? Jista' jgħid għaliex Heritage Malta ħasset il-ħtieġa li din it-taqsima ferm importanti fi ħdan l-Aġenzija, mhux qed tingħata l-importanza tant mistħoqqha? Jista' jgħid min bħalissa qed jassumi r-responsabilità ta’ din is-sezzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-responsabilità ta’ din il-kariga qed tinġarr mis-CEO u għalhekk qed tingħata l-importanza kollha meħtiega.

Heritage Malta – sit tax-Xagħra Stone Circle

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha Heritage Malta għas-sit tax-Xagħra Stone Circle? Jista' jelenka x-xogħol li sar f'dan is-sit minn Marzu 2013 s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li sar minn Marzu 2013 sa llum jinkludi dan li ġej: Studju dwar is-sinifikat tas-sit Studju bijoloġiku Moniteraġġ tal-ambjent Studju ġeoloġiku Studju tal-istabbilità strutturali Studju dwar l-Istat ta’ konservazzjoni tas-sit Studju dwar il-pajsaġġ u impatt tal-Iżvilupp fuq is-sit Studju topografiku Infurmat ukoll li sa l-aħħar ta’ din is-sena għandu jiġi konklu¿ ukoll studju rigward coring ġeoloġiku. Dawn ix-xogħlijiet qed jiffurmaw strateġija għall-preservazzjoni ta’ dan is-sit li qed tiġi diskussa flimkien mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.

Tempji ta’ Ħal Tarxien — Proġett taċ-Ċentru tal-Viżitaturi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proġett taċ-Ċentru tal-Viżitaturi l-ġdid ġewwa t-Tempji ta’ Ħal Tarxien ġie abbandunat kompletament? Jista' jgħid għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni? Jista' jgħid fejn marru l-fondi allokati mill-isponsor għal dan il-għan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-enerġiji kollha ġew iffukati fuq ir-rijabilitazzjoni tas-sit storiku li jinkludi it-tinda, li ġie inawgurat fl-2015. Il-fondi intużaw fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien stess u fi bnadi oħra f’Heritage Malta, bi ftehim mal-isponsor.

Heritage Malta — MUŻA Cafe – bord tal-għażla

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien fuq il-bord tal-għażla fuq is-sejħa tal-MUŻA Cafè li Heritage Malta ħarġet xhur ilu? Jista' jgħid kemm-il membru tal-bord tal-għażla kellu esperjenza/kwalifika fil-catering, branding u loġistika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-għażla kienet maqsuma f’żewg fażijiet. Iż-żewg fażijiet saru minn żewg bordijiet separati b’membri differenti. Heritage Malta tħoss li l-ismijiet tal-membri fuq kull bord m’għandhomx joħorġu fil-pubbliku, Dawn l-membri kollha kellhom l-esperjenza u l-kwalifiċi kollha meħtiega sabiex jevalwaw il-proposti minn kull aspett fi proġett bħal dan skond il-ħtiġijiet li għandha Heritage Malta.

Dipartiment tal-Visitor Services — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xi impjegati fid-Dipartment tal-Visitor Services qed iduru lil sħabhom sabiex jikkontribwixxu għar-rigal tal-Milied li jingħata lil Manager tagħhom? Jista' jassigura li dawk li ma jixtiqux jipparteċipaw minħabba raġunijiet personali ma jiġux maqbuża fl-overtime?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-management ta’ Heritage Malta ma jidħolx f’inizjattivi privati tal-impjegati tiegħu. Ninsab infurmat ukoll li l-overtime jinħadem b’sistema awtomatika skond min ikun imissu u għalhekk ħadd ma jista’ jinqabeż.

Heritage Malta – charging points għall-karozzi elettriċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Heritage Malta tagħmel charging point għal karozzi elettriċi ġewwa l-Head Office tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li f’dan l-istadju din il-mizura mhux qed tiġi kkunsidrata, iżda mhux eskluż li tiġi implimentata aktar 'il quddiem.

GSOs — xogħol ta’ executive – substitution allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex xi numru ta’ Gallery and site officers (GSOs) li qed jagħmlu xogħol temporanju ta' Executive (li qed ukoll imniżżel fil-job description tal-post ta' Visitor Services - Executive) mhux qed jingħataw is-substitution allowance? Jista' jassigura li Heritage Malta tirratifika dan in-nuqqas?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Tarxien – tinda ta’ tempji — problemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur kienx hemm xi problemi fit-tinda tat-Tempji ta' Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar xhur kien għaddej l-aħħar fażi ta’ setting tekniku, kif inhu normali għal kull struttura ta’ dan it-tip, li kien iffukat sabiex l-ilma jiskula mingħajr ostakli.

Heritage Malta – riżorsi umana – sezzjoni tal-laboratorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel Heritage Malta sabiex issaħħaħ ir-riżorsa umana fis-sezzjoni tal-laboratorji (DSL)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta għadha kif għalqet process ta’ ingaġġ ta’ Laboratory Technician għal dan il-għan.

Heritage Malta – Laboratorji tar-Restawr f’Bighi – open day

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Heritage Malta se torganizza open day ġewwa l-laboratorji tar-restawr ġewwa Bighi? Jista' jassigura li dan l-avveniment tant mistenni jsir fil-weekend biex tiżdied l-aċċessibilità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-aħħar darba li saret open day simili kien f’Novembru tas-sena l-oħra. Għad ma hemmx data ffissata ta’ meta se terġa tiġi organizzata attivita simili.

Heritage Malta – transfers ta’ persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex numru ta' ħaddiema ġewwa Heritage Malta ġew mogħtija transfers jew ossija ġie revokat id-dettaljar tagħhom ftit wara l-elezzjoni ta' Ġunju 2017? Jista', fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru ma jgħidx sempliċiment li t-transfers ingħataw skont l-esiġenzi tas-servizz imma jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar il-ħtieġa ta' dawn it-transfers?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li revocation of detailing sar sabiex Heritage Malta jindirizza ħtiġijiet tal-operat tiegħu.