Creative Europe – Media programme — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’applikazzjonijiet saru minn Malta, matul l-aħħar seba’ snin, taħt il-Creative Europe – Media programme, x’kien ir-riżultat għal kull applikazzjoni li saret, kemm akkwistajna fondi favur produzzjonijiet Maltin taħt dan il-programm, u x’applikazzjonijiet, jekk hemm, għadhom pendenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jokkupaw il-karigi li għandhom fil-bord tal-anti-doping il-membri preżenti? Kemm-il darba ġġeddilhom it-term tagħhom? Jista’ jagħti lista ta’ safriet u spejjeż relatati ta’ allowances ma’ safar għal kull membru li jifforma parti mill-bord tal-anti-doping mill-2013 ‘il quddiem, sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija hu kif muri fid-dokument li qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll li l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija għadha qed tinġabar. Għalhekk, dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
Rappreżentanza Permanenti għal Malta f’Brussell – membri tal-istaff
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm telqu membri tal-istaff mir-Rappreżentanza Permanenti għal Malta f'Brussell minn meta beda l-ambaxxatur il-ġdid, minn Ġunju 2018?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li fil-perjodu konċernat
· 18-il persuna rriżenjaw u
· 11-il persuna spiċċalhom il-kuntratt tagħhom.
San Ġiljan — Triq Zammit Clapp u Triq Dun Ġużepp Xerri - tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ħa jitlestew dawn it-toroq bit-tarmak ġdid:
a. Triq Zammit Clapp f'San Ġiljan; u
b. Triq Dun Ġużepp Xerri, San Ġiljan
Response (BORG, IAN)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali.
It-toroq indikati huma uħud milli se jsiru fiż-żmien li ġej.
L-aġenzija tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Jista' l-Ministru jgħid sal-lum b'liema rata huwa mifdi ċens perpetwu mhux rivedibbli ta' art tal-Joint Office? Din ir-rata ta' fidi għadha sal-lum dik ta' capitalisation ta' 5% (fejn iċ-ċens ikun immultipplikat għal 20 darba)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm il-konċessjoni emfitwetika ma tistabilixxix rata ta’ fidi aktar vantaggjuza għall-Gvern, il-fidi taċ-ċnus perpetwi mhux riveddibli jinħadmu bir-rata tal-fidi ta’ ħamsa fil-mija (5%), a bażi ta’ artiklu 1501 tal-Kodiċi Ċivili.
Secondment ta’ Membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew reinstated
Question
In vista tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9457, jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew seconded is-26 Membru tal-Korp?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi s-sitta u għoxrin (26) Membru tal-Korp imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9457 ġew seconded kif jidher hawn taħt :
Missjonijiet tal-UE 6
ID Malta 2
Malta Police Association 2
Police Unions 2
Mal-Aġenzija tal-UE 2
MEDE 2
CPD 2
OPM (Security coord Int. Events) 1
CEO (Police) 1
St Jeanne Antide Foundation 1
MTI 1
Malta Freeport 1
JHA UE 1
MECW 1
MGOZ 1
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il revoka ta’ ċittadinanza ġew komunikati minn Identity Malta fl-2019, u f’kull waħda, jista’ jgħid f’liema sena ż-żwieġ kien ġie deċiż mill-Qorti li kien b’qerq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Frar u Marzu ta’ din is-sena kien hemm 15– il każ fejn il-persuni kkonċernati ġew informati li se jiskatta l-proċess fil-konfront tagħhom sabiex jiġu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija wara li l-Qorti kienet iddeċidiet li kien hemm żwieġ ta’ konvenjenza.
Is-snin li fihom dawn iż-żwiġijiet kienu dikjarati bħala ta’ konvenjenza huwa kif jidher f’din it-tabella:
Sena
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
Numru
2
1
1
3
6
0
1
1
Infakkar mill-gdid lill-Onor. Interpellant illi fl-2006 kien hemm diġà lista ta’ persuni li kellu jiskatta l-proċess ta’ ipprivazzjoni taċ-ċittadinanza tagħhom. Madankollu l-mekkanizmu neċessarju baqa' qatt ma skatta.
Korp tal-Pulizija – pulizija seconded u re-instated
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew re-instated fil-Korp mill-2013? Kemm ġew seconded barra mill-Korp mill-2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perjodu mis-sena 2013 sat-13 ta’ Marzu 2019 in-numru ta’ Pulizija li ġew re-instated fil-Korp kien ta’ mija u dsatax (119). Fl-istess perjodu kien hemm sitta u għoxrin (26) membru tal-Korp li ġew seconded barra mill-Korp.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qiegħed fuq il-payroll tal-PBS? Jekk fl-affermattiv, x’inhi l-pożizzjoni li għandu u kemm hu s-salarju tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt fil-Mistoqsijiet Parlamentari 6222 u 6454.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ċirkustanzi li l-Planning Authority tkun tista’ treġġa lura d-deċiżjoni ta’ rifjut tagħha għal Villa Priuli, f’Triq Ġorġ Borg Olivier San Ġiljan?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont Artiklu 80 ta’ Att Numru VII tal – 2016, l-Awtorità tal-Ippjanar tista’ tirrevoka biss permessi, f’ċirkustanzi speċifici, iżda mhux deċizjoni ta’ refjut ta’ permess. Wieħed irid jinforma pero li ma jżomm xejn lil persuna interessata milli terġa’ tapplika għal żvilupp li kien qabel rifjutat. Sintendi każi simili jinħtiegu applikazzjoni ġdida fejn jiġu proċessati mill-ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi aċċettata applikazzjoni ġdida biex titlob li Villa Priuli, f’Triq Ġorġ Borg Olivier San Ġiljan ikollha iktar sulari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull persuna tista’ tissottometti applikazzjoni għal żvilupp u din ma tiġix validata biss jekk ma jkollhiex l-informazzjoni kollha skont l-Avviż Legali 162 ta’ 2016, u ma jsirux l-ħlasijiet neċessarji. Dan bl-ebda mod ma jfisser li kull applikazzjoni validata ser jinħareg permess għal żvilupp fuqha.
Biex l-Awtorità tasal għal deċizjoni u taċċetta żieda ta’ aktar sulari fuq din il-binja, jkun meħtieġ li applikazzjoni tali tkun evalwata abbażi tal-policies viġenti u skont il-Liġi.
Għalhekk ikun prematur li tingħata risposta fis-sens ta’ “iva” jew “le” għal mistoqsija jekk jingħatax permess għal żieda ta’ aktar sulari fuq Villa Priuli. Wieħed irid japprezza li s-sit in kwistjoni huwa skedat bi grad 2 ta’ protezzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk applikazzjoni ġdida tkun titlob change of use biss, x'inhi dik it-tip ta’ attività ekonomika li hija permessa bil-liġi u għar-regolamenti tal-Planning Authority għal Villa Priuli f’Triq Ġorġ Borg Olivier San Ġiljan?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu ta’ l-art f’żoni urbani huwa primarjament regolat mill-Pjanijiet Lokali. F’dan il-każ partikulari iż-żona hija meqjusa bħalha waħda residenzjali fejn l-użi accettabli huma dawk li ma jkunux ta’ detriment għar-residenti fil-viċinanza.
Il-lista ta’ użi aċċettabli hija indikata NHHO- 01 tan- North Harbours Local Plan (July 2006) qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 4517 u 4518, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy dwar jekk Segretarju Eżekuttiv f’kunsill lokali jistax iservi bħala aġent ma’ kunsill lokali ieħor, u jekk il-policy tgħid li dan ma jistax, għaliex hemm min qed iservi ma’ iktar minn kunsill lokali wieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Artikolu 49 tal-Att dwar il-Kunsill Lokali jgħid:
(4) Meta Kunsill jirrifjuta jew jonqos milli jinnomina Segretarju Eżekuttiv jew Deputat Segretarju Eżekuttiv, il-Ministru għandu jinnomina aġent Segretarju Eżekuttiv jew aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv rispettivament mill-istess pool.
Il-Kunsilli Lokali ġew imwissija kemm il-darba mid-Dipartiment sabiex il-proċess tal-għażla tas-Segretarju Eżekuttiv jiġi konkluż. Ta’ min jirrimarka illi bħalissa hemm l-inqas ammont ta’ aġenti segretarji eżekuttivi għal ħafna snin
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjuni bħalissa qed joperaw b’segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f’kunsill jew reġjun ta’ kunsill lokali ieħor? F’kull każ, liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti? Fejn hemm segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dawn l-irwoli, f’liema kunsilli jew reġjuni qed jaqdi dan id-dmir f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm Kumitat Reġjonali wieħed u tlett Kunsilli Lokali li qed joperaw b’Segretarju Eżekuttiv ta’ Kunsill Lokali ieħor.
Dawn huma:
1. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li qed isservi wkoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kumitat Reġjonali tax-Xlokk; u
2. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li qed iservi wkoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali tal-Gudja kif ukoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar.
Intant hemm ukoll:
3. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Kerċem li qed iservi wkoll bħala Deputat Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz.
Informazzjoni f’format ta' tabella:
Is-SE tal-Kunsill Lokali ta’... qed iservi wkoll bħala
Ħal TarxienAġent SE fil-Kumitat Reġjonali Xlokk
Ix-XgħajraAġent SE fil-KL Gudja u
Aġent SE fil-KL Ħaż-Żabbar
Ta’ KerċemDeputat SE fil-KL San Lawrenz
Total: 3Total: 4
Kunsilli Lokali jew reġjuni – segretarju eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjun kienu qegħdin joperaw b’segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f’kunsill jew reġjun ta’ kunsill lokali ieħor sal-aħħar ta’ Ottubru 2017? F’kull każ liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti? Fejn hemm segretarju eżekuttiv li kien qed jaqdi dawn l-irwoli f’liema kunsilli jew reġjuni f’kull każ kien qed jaqdi dan id-dmir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa Ottubru 2017 kien hemm Kumitat Reġjonali wieħed u tlett Kunsilli Lokali li qed joperaw b’Segretarju Eżekuttiv ta’ Kunsill Lokali ieħor.
Dawn kienu:
1. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li kienet qed isservi wkoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kumitat Reġjonali tax-Xlokk; u
2. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li kien qed iservi wkoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali tal-Gudja kif ukoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar.
Intant kien hemm ukoll:
3. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat Reġjonali tat-Tramuntana li kien qed iservi wkoll bħala Deputat Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Informazzjoni f’format ta' tabella:
Is-SE tal-... kien qed iservi wkoll bħala
KL Ħal TarxienAġent SE fil-KR Xlokk
KL XgħajraAġent SE fil-KL Gudja u
Aġent SE fil-KL Ħaż-Żabbar
KR TramuntanaDeputat SE fil-KL San Pawl il-Baħar
Total: 3Total: 4
Kunsilli Lokali jew reġjuni — aġent segretarju eżekuttiv / deputat segretarju eżekuttiv / aġent deputat segretarju eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali jew reġjuni li qegħdin joperaw b’aġent segretarju eżekuttiv/deputat segretarju eżekuttiv/aġent deputat segretarju eżekuttiv? F’kull każ jista’ jgħid f’liema rwol ieħor huma impjegati mal-Gvern jew aġenziji tal-Gvern, dawn l-istess uffiċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ Kumitati Reġjonali u ħames Kunsilli Lokali – total ta’ sebgħa, li qed joperaw b’Aġent Segretarju Eżekuttiv, Deputat Segretarju Eżekuttiv jew Aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv. Tali ħatriet saru skont il-provedimenti tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Qed nannessa Tabella bid-dettalji ta’ dawn il-każi.
Entità Gvern Lokali:Attwalment għandha:Li l-irwol prinċipali tiegħu/tagħha huwa:
Kumitat Reġjonali XlokkAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien
Kunsill Lokali Ħaż-ŻabbarAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra
Kumitat Reġjonali NofsinharAġent Segretarju EżekuttivDirettur mal-LESA
Kunsill Lokali Il-GudjaAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra
Kunsill Lokali Ħal SafiDeputat Segretarju EżekuttivAssistent Prinċipal fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi stess
Kunsill Lokali San LawrenzDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mal-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem
Kunsill Lokali San Pawl il-BaħarAġent Deputat Segretarju EżekuttivAssesur mad-Dipartiment għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Kunsill tal-Għaqdiet Volontarji li ġġudikaw min hu idoneju biex jingħata l-premju l-Voluntiera tas-Sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. interpellant li l-membri tal-bord ta’ aġġudikazzjoni kienu:
Dott. Noel Camilleri
Sinj. Doris Bingley
Sur Trevor Fenech