Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37719 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: KARL GOUDER To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli Lokali — xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar il-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex, lokal b'lokal, bejn Marzu 2008 sal-lum: a) kemm saru toroq fil-lokalità tagħhom; b) l-isem ta' kull triq u f'liema sena saret; u ċ) jekk it-triq in kwestjoni saritx kollha jew le, u jekk ma saritx kollha, minn fejn sa fejn saru x-xogħlijiet? Kemm swiet u minn fejn ġew il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 41/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pazjenti li ntbagħtu għal kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbgħatu pazjenti Maltin għal kura barra minn Malta matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ pazjenti li ntbagħtu għal kura barra min Malta matul l-aħħar erba’ snin huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Numru ta’ pazjenti li marru f’ċentri ġewwa l-Ingilterra (2008 – Ottubru 2012) Sena Numru ta’ Pazjenti 2008 279 2009 296 2010 306 2011 314 2012 (Jannar – Ottubru) 343 Numru ta’ pazjenti li marru f’ċentri ġewwa l-Italja (January – Ottubru 2012) Sptar/Ċentru Numru ta’ Pazjenti Monza (Cardiac MRI) 16 Palermo (ISMETT) 6
Leg 11 PQ #36814 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: KARL GOUDER To: Ministeru tal-Intern

Program Intact Summer School in Strasbourg

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali applika għall-programm Intact Summer School in Stasbourg li sar f'Lulju li għadda u Lulju 2011? Kemm kienu l-kunsilli li bagħtu lil xi ħadd għal dan il-program? Kemm sewa kull parteċipant u min ħallas l-ispejjeż għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi 3 Kunsilli Lokali ħadu sehem fil-progett INTACT skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Tajjeb jiġi rrimarkat li l-parteċipazzjoni f’dan il-proġett seħħet wara sejħa li saret mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li kienet il-partner Malti f’dan il-proġett taħt il-programm “Europe for Citizens”. Kull ftehim fuq dan il-progett kien għalhekk irid isegwi r-regoli ta’ parteċipazzjoni taħt dan il-programm. Kif tindika t-tabella, kien hemm ħlas żejjed li sar mill-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex. Wara investigazzjoni li saret mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, rriżulta li kien hemm dewmien mill-Kunsill sabiex jiggarantixxi x-xiri tal-biljett tal-ajru li kkawża żieda fl-ammont ta’ prezz mitlub.
Leg 11 PQ #36771 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: KARL GOUDER To: Ministeru tal-Intern

Kunsill Lokali ta' Ta Xbiex — monument mibni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid il-monument li sar mill-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex, kemm kienet l-orħos offerta? Jista' jgħid kemm sewa biex tlesta dan il-monument?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għal liema monument qiegħed jirreferi.
Leg 11 PQ #36814 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Interim From: KARL GOUDER To: Ministeru tal-Intern

Program Intact Summer School in Strasbourg

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsilli lokali applika għall-program Intact Summer School in Stasbourg li sar f'Lulju li għadda u Lulju 2011? Kemm kienu l-kunsilli li bagħtu lil xi ħadd għal dan il-program? Kemm sewa kull parteċipant u min ħallas l-ispejjeż għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onorevoli Interpellant permezz ta’ Memo 37/2012 li nħareġ mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ppreżentata fil-Parlament.