Legislature:
Category:
Reset
Active:

Attività tal-Malta Film Awards — Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24496 u ċjoè jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm swiet l-attività 'Malta Film Awards' li seħħet nhar is-Sibt 29 ta' Jannar, 2022? Jista’ jagħti dan ir-rendikont billi juri item b'item kemm sewa kull dettall?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Attività tal-Malta Film Awards — Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24497 u ċjoè jagħti t-total ta’ kemm swiet l-attività Malta Film Awards li seħħet is-Sibt 29 ta' Jannar, 2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24611.

Attività tal-Malta Film Awards — Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm swiet l-attività 'Malta Film Awards' li seħħet nhar is-Sibt 29 ta' Jannar, 2022? Jista’ jagħti dan ir-rendikont billi juri item b'item kemm sewa kull dettall?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Konsum tal-alkoħol f'postijiet pubblici – ċitazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23235, peress li l-informazzjoni mitluba ma ngħatatx fir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22041 hekk kif ma ngħatatx l-informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet, xahar b'xahar, dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021 liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi? Barra minn hekk, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet bejn l-aħħar ta' Settembru u l-14 ta' Novembru, 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Bye-Law numru K.L.B.L 55/05/2021 Pulizija u Lesa Mejju 2021 22 Ġunju 2021 19 Lulju 2021 3 Awissu 2021 2 Settembru 2021 4 Ottubru 2021 0 Novembru 2021 0 50

San Pawl il-Baħar — Triq il-Pwales – kajjik

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja biex il-kajjik li hemm fi Triq il-Pwales, San Pawl il-Baħar u li fuqu saru diversi rapporti, jitneħħa minn din l-istess triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li Transport Malta rċiviet rapport dwar dan il-kajjik u saru l-investigazzjonijiet neċessarji. Fil-ġranet li ġejjin dan il-kajjik ser ikun inkluż f’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern. Jekk wara numru ta ġranet kif stipulat fil-ligi dan ma jitneħħiex mis-sid, Transport Malta tibda l-proċeduri ta’ tneħħija min naħa tagħha.

SAN PAWL IL-BAĦAR — ĦIDMA BIEX JISSEWWA IN-NETWORK TAD-DRENAĠĠ

Question

B'referenza għall-komunikazzjoni li ħarġet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fit-8 ta' Novembru, 2021, bit-titlu : ĦIDMA BIEX JISSEWWA IN-NETWORK TAD-DRENAĠĠ F’SAN PAWL IL-BAĦAR, tista' l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli tagħti dettalji dwar fiex jikkonsisti l-pjan tal-Korporazzjoni msemmi fl-istess komunikazzjoni? Fiex ser ikun qed jikkonsisti l-investiment għal titjib fis-servizz biex jilqa’ għad-domanda preżenti u tal-futur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li żviluppaw ħsarat maġġuri fuq ir-rising mains li jitilgħu mill-Pumping Station tax-Xama ġewwa San Pawl il-Baħar fil-limiti tal-iskola primarja, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bdiet proċess ta’ tiswija ta’ emerġenza. Bħala parti mill-Business Plan tal-Korporazzjoni mħabbar is-sena l-oħra, din iż-żona ingħatat priorita minħabba iż-żieda fid-domanda reġistrata matul l-aħħar 15 il-sena. Beda l-ivettjar intern ta’ proġett ta’ mina tad-drenaġġ b’tul ta’ 2 kilometri. Dan ix-xogħol ser jadotta metodoloġija ‘trenchless’ biex b’hekk jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti u t-traffiku fl-akwati. Erba ‘pumping stations’ ser ikunu qed jitfgħu direttatment ġo din il-mina u għaldaqstant ma’ dan il-proġett ser jinbidlu ukoll numru ta’ ’rising mains’ biex b’hekk ikollna sistema iktar effiċjenti u sostenibli. Wara li din is-sistema tibda’ topera, ser isir renovar tal-mejnijiet antiki fi Triq San Pawl permezz ta’ ‘lining’ intern tas-sistema eżistenti. Din l-istess teknoloġija ser tkun adottata ukoll fuq il-mejnijiet eżistenti fit-Telgħa tax-Xemxija.

Konsum tal-alkohol f'postijiet pubblici — ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet, xahar b'xahar, dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021 liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 22041.

Ħaż-Żebbuġ — Wied Baqqija - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħlijiet hemm ippjanati f'Wied Baqqija, Ħaż-Żebbuġ u liema entità qiegħda twettaq dawn ix-xogħlijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona indikata Infrastructure Malta dalwaqtt tlesti xogħlijiet li għamlet fuq is-servizzi tad-distribuzzjoni tal-ilma u kisi tal-wiċċ bil-konkos.

Trasport Pubbliku – rotta mill-Baħrija għall-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx ħsieb li jkun hemm rotta tat-trasport pubbliku mill-Baħrija għall-Belt Valletta biex jinqata’ l-inkonvenjent li r-residenti jridu kull darba jieqfu r-Rabat jew is-Siġġiewi biex jaslu l-Belt Valletta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.

Kunsilli Lokali – salarji mħallsa mid-DLG

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma fuq liema skala ġie impjegat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li s-salarju tiegħu huwa mħallas mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali (DLG) u assenjat mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi? Jista' jikkonferma wkoll kemm Kunsilli Lokali ngħataw trattament bħal Kunsill tas-Siġġiewi biex persuna taħdem fil-Kunsill Lokali b'salarju mħallas mid-DLG? Liema huma dawn il-kunsilli u fuq liema skala huma impjegati tali persuni mal-Kunsilli Lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi kemm ilhom imwaqqfin il-Kunsilli Lokali, minn żmien għal żmien il-Gvern Ċentrali assista lil diversi Kunsilli Lokali billi sellef uffiċjali magħhom. Dan sar billi tali uffiċjali ġew trasferiti mill-Ministeri li kienu impjegati magħhom għad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali u għalhekk huma fuq il-kotba tad-Diviżjoni. Fil-preżent huma 13-il uffiċjal pubbliku fuq il-kotba tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali mislufa lill-Kunsilli Lokali skont it- tabella A . Barra minn hekk, fil-preżent id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali tħallas 75 ħaddiema tal-RSSL li huma wkoll assenjati mal-Kunsilli kif muri fit- tabella B. Iż-żewġ tabelli msemmijja qed inpoġġihom fuq il-mejda tal-kamra. Fil-każ tal-uffiċjal pubbliku li kien assenjat mal-Kunsill Lokal tas-Siġġiewi, liema uffiċjal għandu pożizzjoni ta’ Manager II (Business Processes), dan kien assenjat mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi fil-perijodu bejn 8 ta’ Frar 2021 sat-18 ta’ Lulju 2021. L-imsemmi uffiċjal ġie msejjaħ lura fid-Diviżjoni fid-19 ta’ Lulju 2021. Tabella A – Ħaddiema fil-kotba tad-Diviżjoni Skala Kunsill Lokali / Reġjonali 6 Il-Qala 7 Kunsill Reġjonali Għawdex 13 Ix-Xgħajra 14 Ix-Xewkija 14 Il-Marsa 16 Ħ'Attard 16 Ir-Rabat (G) 16 L-Għarb 17 Il-Qala 17 Iż-¯urrieq 17 Ħal-Għarghur 18 Ix-Xgħajra 18 Ħal Għaxaq Tabella B – Ħaddiema tal-RSSL Kunsill Nru ta’ ħaddiema Ħ’attard 2 Ħal Balzan 1 Il-Birgu 1 Birkirkara 1 Birżebbugia 1 Bormla 2 Il-Fgura 1 Floriana 1 Ħal Għargħur 2 Gozo Pool 3 Ħal-Għaxaq 1 Il-Gudja 2 Il-Ħamrun 3 L-Iklin 1 Il-Kalkara 2 Ħal Kirkop 2 Ħal-Lija 1 Ħal-Luqa 2 Il-Marsa 1 Marsaskala 3 Marsaxlokk 1 L-Imqabba 2 L-Imsida 1 L-Imtarfa 2 Reġjun Tramuntana 1 Paola 2 Ħal Qormi 1 Il-Qrendi 3 Ir-Rabat 1 Ħal Safi 2 San Ġiljan 1 San Ġwann 2 Santa Lucija 2 L-Isla 1 Is-Siġġiewi 2 Tas-Sliema 1 Reġjun Xlokk 6 Reġjun Nofsinhar 3 Santa Venera 1 Ta' Xbiex 1 Ix-Xgħajra 3 Ħaż-Żabbar 1 Iż-Żejtun 1 Iż-Żurrieq 1

Sindku tas-Siġġiewi – DLG – ritorn taċ-ċertifikat u midalja tal-Onorifiċenza Mertu Siġġiewi minn individwu

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-Gvern Lokali (DLG) ikkonfermax mas-Sindku tas-Siġġiewi dwar jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irritornax iċ-ċertifikat u midalja tal-Onorifiċenza Mertu Siġġiewi lill-Kunsill Lokali, wara li l-istess DLG ikkonferma mal-Kunsill Lokali li tali Onorifiċenza hija nulla hekk kif ingħatat mis-Sindku mingħajr ma kellu vot ta' maġġoranza favur l-għoti tal-Onorifiċenza lil dan l-istess individwu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi wara li d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali tat direzzjoni li l-onorefiċenza mogħtija lill-persuna imsemmija kienet nulla, is-Sindku reġa ressaq il-każ f’laqgħa tal-Kunsill fejn talab li jissanzjoni tali onorifiċenza. Il-Kunsill qabel mal-proposta tas-Sindku, biss wara li d-Diviżjoni ġiet notifikata b’din l-aħħar deċiżjoni, il-Kunsill reġa ngħata direzzjoni li ġaladarba ma kienx hemm l-ebda deċiżjoni tal-Kunsill fuq is-suġġett in kwistjoni u l-għoti tal-onorefiċenza lill-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament għalhekk kien wieħed null, ma tista’ ssir l-ebda aġġustament ta’ nuqqas ta’ deċiżjoni. Għaldaqstant il-Kunsill għandu jiġbor lura l-għotjiet li ngħataw lill-persuna li dwarha qed issir l-interpellanza, u żżommu lid-Diviżjoni nfurmata dwar dan.

Kunsilli lokali li m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-kunsilli lokali li m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom mingħajr Segretarju Eżekuttiv kunsill b’kunsill? X’sar tul dan il-perjodu sabiex jinħatar Segretarju Eżekuttiv kunsill b’kunsill?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kwalunkwe Kunsill Lokali li fil-preżent m’għandux Segretarju Eżekuttiv, dawna għandhom Aġent Segretarju Eżekuttiv jew Deputat Segretarju Eżekuttiv fil-kariga, sakemm ikun maħtur Segretarju Eżekuttiv. Fiċ-ċirkustanzi, il-Kunsilli Lokali imsemmija, permezz ta’ Direttivi 1 u 5 tal-2021, ingħataw direzzjoni sabiex joħorġu sejħa ġdida għall-mili ta’ dawn il-postijiet vakanti. Il-lista ta’ dawn il-Kunsilli Lokali huma kif ġej: Kunsill LokaliData tat-Tmiem tas-Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv fil-kariga Il-Birgu (Città Vittoriosa)01/01/2020Aġent Segretarju Eżekuttiv Floriana19/12/2019Aġent Segretarju Eżekuttiv Il-Gżira15/10/2019Aġent Segretarju Eżekuttiv Il-Qala11/01/2021Aġent Segretarju Eżekuttiv Ħal Luqa09/05/2021Deputat Segretarju Eżekuttiv Santa Venera01/07/2018Deputat Segretarju Eżekuttiv Il-Qrendi30/06/2021Deputat Segretarju Eżekuttiv Santa Luċija07/01/2021Deputat Segretarju Eżekuttiv Il-Fontana19/07/2021Aġent Segretarju Eżekuttiv Marsaxlokk18/01/2017Deputat Segretarju Eżekuttiv

Marsaskala – proġett tal-Marina – konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali

Question

Wara li issa huwa fatt magħruf li l-Gvern ħareġ proposta sabiex issir marina f'Marsaskala mingħajr ebda konsultazzjoni mal-Gvern Lokali tal-lokalità, jista’ l-Ministru jgħid x'passi ħa sabiex il-Gvern li jagħmel parti minnu, ma jibqax jinjora l-Kunsilli Lokali u meta jkun hemm proposta ta’ proġetti bħal din, issir konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk tkellimx mas-Sindku u l-Kunsillieri wara li ħareġ li l-proġett ġie propost mingħajr ebda konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala? Bħala l-Ministru responsabbli mill-awtonomija lokali, kif ser jgħin il-Ministru sabiex ix-xewqa tar-residenti tal-lokalità u l-mozzjoni li approva l-Kunsill Lokali ċjoè li ma ssirx il-marina kif proposta, jiġu rispettati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi ninsab infurmat li f’dan l-istadju kull dokument li tressaq hu marbut mal-Pre-Qualification Questionnaire for the Award of a Concession Contract for design, build, finance, operate, maintain and transfer of a Marina in Marsascala, Malta in an environmentally friendly manner. Għaldaqstant wieħed jifhem li l-proċess jinsab fi stadju bikri u għad iridu jsiru l-istudji neċessarji, fosthom l-impatt soċjali fuq il-komunità. Konvint li l-Onor. Interpellant hu konxju wkoll minn diversi stqarrijiet fosthom mill-Prim Ministru Robert Abela f’dan ir-rigward, jiġifieri li għalkemm s’issa hemm biss sejħa għall-ideat, hemm bżonn investiment f’Marsaskala biex jingħata iżjed valur liż-żona u biex tiġi indirizzata problema li kull meta jkun hemm Grigalata issir ħerba sħiħa. Madankollu l-ewwel punt kruċjali hu l-aċċess għall-bajja li għandu jibqa’ garantit u kif il-partijiet fejn illum isir l-għawm ma jigux mittiefsa.

Reġjun Xlokk – xiri ta’ maskri protettivi kontra l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Kunsilli Lokali li jiffurmaw parti mir-Reġjun Xlokk, xtrawx maskri protettivi kontra l-COVID-19 fl-aħħar 3 xhur, maqsuma kunsill b'kunsill? Jekk iva, kemm inxtraw maskri (kunsill b'kunsill)? Kemm swew dawn il-maskri (kunsill b'kunsill)? Mingħand min inxtraw dawn il-maskri (kunsill b'kunsill)? Inħarġu kwotazzjonijiet jew inxtraw b'ordni diretta (kunsill b'kunsill)? Jekk inxtraw b'ordni diretta, inġabru 3 kwotazzjonijiet (kunsill b'kunsill)? Jekk inġabru 3 kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru (kunsill b'kunsill)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Skema dwar Restawr ta’ Postijiet/Monumenti Storiċi

Question

B'referenza għall-iskema "Skema dwar Restawr ta' Postijiet / Monumenti Storiċi f'Malta 2020/2021" bir-referenza SPI/SCI/1/2021, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra: 1: liema kunsilli lokali applikaw u liema proġett/i kull kunsill ippreżenta? 2: kemm ġabet punti kull applikazzjoni kunsill b'kunsill? 3: X'kienu l-kriterji li ntużaw u kemm kull kriterju kellu punti? 4: minn kienu l-membri tal-bord tal-għażla inkluż iċ-chairman u s-segretarju? 5: liema applikazzjonijiet ġew skwalifikati (jekk kien hemm)? 6: liema proġetti (kunsill b'kunsill) ġew magħżula u kemm ingħata flus kull proġett? Barra dan, jista’ l-Ministru jipprovdi listi ta’ dawk il-kunsilli lokali li bbenefikaw minn din l-iskema fit-tliet snin ta’ qabel?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskema mhix waħda ta’ għoti ta’ flus. Ix-xogħol isir kollu mid-Direttorat tar-Restawr, u għalhekk in-nefqa fuq kull proġett hi primarjament magħmula minn pagi tal-ħaddiema li jkunu qed iwettqu l-proġett, u minn xiri ta’ materjal meħtieġ għal dak il-proġett. Ninforma ukoll lill-Onor.Interpellant, illi t-tagħrif l-ieħor mitlub hu kif ġej: 1: Liema kunsilli lokali applikaw u liema proġett/i kull kunsill ippre¿enta? Kien hemm 25 applikazzjoni minn 24 Kunsill Lokali. Il-proġett rispettiv ta’ kull Kunsill hu imni¿¿el hawn taħt: Lista ta’ Applikazzjonijiet Kunsill Lokali Dettal tal-Proġett Ħal Qormi (Città Pinto) Is-Salib tad-Dejma, Triq tal-Ħandaq, Ħal Qormi San Ġwann Tal-Prepostu Chapel, Triq tal-Balal, San Ġwann limiti tal-Balal Ħal Lija Kappella tat-twelid tal-Madonna, Triq Mabel Strickland, Lija Ħal Balzan 179, Main street, Ħal Balzan Il-Marsa Kappella ta' Ċejlu, Triq il-Moll tal-Knisja, Marsa L-Imsida L-Għajn tal-Ħasselin, Triq il-Wied ta' l-Imsida, L-Imsida Il-Ħamrun Round Water Tower, Triq San Gejtanu, Ħamrun Is-Siġġiewi (Città Ferdinand) Kappella ta' Santa Marija taċ-Ċwerra, Pjazza San Nikola, Is-Siġġiewi Ħal Tarxien Former St. Joseph Chapel and adjoining St Jeanne Antide Foundation Bazaar, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien Il-Gudja Ta' Loretu Chapel, Triq ta' Loretu, Gudja Il-Fgura Knisja l-Qadima, Triq il-Karmelitani, Il-Fgura Tas-Sliema Sliema Police Station, Triq Manuel Dimech, Tas-Sliema Is-Swieqi 18 th century fortification at Bottom of Triq l-Inġinier, Madliena, Swieqi Ħ'Attard 4, 6 Triq il-Mosta, Attard Santa Luċija 31st March 1979 Monument in 7th July 1961 Square, Dawret It-Torri, Santa Luċija Il-Mosta Oratorju Qalb ta' Ġesù, Pjazza Dun Anġ Camilleri, Il-Mosta Il-Kalkara Kunvent tal-Kapuċċini, Triq il-Kapuċċini k/m Triq Santu Rokku, Il-Kalkara Ir-Rabat Malta Church Parvis Boundary Wall, Ba¿ilika ta' San Pawl, Ir-Rabat San Pawl il-Baħar Xemxija Aqueduct, Triq Għajn Tuffieħa, Xemxija Ħa¿-¯abbar (Cittá Hompesch) Il-Mitħna ta' Birgħelliem, Triq 10 ta' Settembru, Ħa¿-¯abbar San Ġiljan Arch, Triq Sant'Anġlu c/w Telgħet Birkirkara, San Ġiljan Floriana Statwa ta' San Publju, Triq San Publju (ġenb il-Knisja Parrokkjali), Floriana Valletta (Cittá Umilissima) Lion Column, Triq l-Arċisqof c/w Triq il-Lvant, Valletta Ix-Xgħajra Knisja ta' San Ġakbu, Triq il-Knisja, Xgħajra Ħal Luqa Luqa Parish Church, Pjazza Sant'Andrija, Luqa Swieqi Boundary Wall fi Triq Wied id-Dis, Madliena 2: Kemm ġabet punti kull applikazzjoni kunsill b'kunsill? Hawn taħt għandek issib il-lista ta’ punti għal kull kunsill li nstab eleġibbli: Kunsill Lokali Proġett Punti Valletta Lion Column, Triq l-Arċisqof c/w Triq il-Lvant 32.8 Ħamrun Round water tower in Triq San Gejtanu 31.4 Rabat Church Parvis Boundary Wall (Ċint ta' zuntier), Ba¿ilika ta' San Pawl 31 Ħal Lija Kappella tat-twelid tal-Madonna, Triq Mabel Strickland 26.8 Ħal Qormi Historic stone cross (Salib tad-Dejma) in Triq tal-Ħandaq 26.6 Floriana Statwa ta' San Publju ma ġenb il-Knisja Parrokkjali 26.6 Ħal Balzan Stone statue at 179, Main Street 26.4 Imsida L-Għajn tal-Ħasselin, Triq il-Wied 26 Marsa Kappella ta' Ċejlu, Triq il-Moll tal-Knisja 25.2 Mosta Oratorju Qalb ta' Ġesu, Pjazza Dun Anġ Camilleri 25.2 San Gwann 'Tal-Prepostu Chapel, Triq tal-Balal, San Ġwann limiti tal-Balal 23 Ħal Tarxien Former St. Joseph Chapel and adjoining St Jeanne Antide Foundation Bazaar, Triq Ħal Tarxien 22.2 Xgħajra Knisja ta' San Ġakbu 20.4 San Giljan Arch, Triq Sant'Anġlu c/w Telgħet Birkirkara 18 Fgura Knisja l-Qadima, Triq il-Karmelitani 17.8 3: X'kienu l-kriterji li ntu¿aw u kemm kull kriterju kellu punti? Kien hemm erba’ kriterji li ntu¿aw: Historical Relevance – 10 punti Artistic Relevance – 10 punti State of Conservation – 10 punti Site/Project Visibility – 10 punti 4: Minn kienu l-membri tal-bord tal-għa¿la inklu¿ iċ-chairman u s-segretarju? Il-bord tal-Evalwazzjoni li kien nominat mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għal Kultura, l-Arti u l-Gvern Lokali kien kompost minn dawn il-membri: Is-Sinjura Marisa Pisani (Chairperson) Is-Sur Russell Muscat (Membru) Is-Sur Mario Azzopardi (Membru) Is-Sur Alistair Paul Borg (Membru) Il-Perit Ivana Farrugia (Membru) Is-Sinjura Dorianne Diacono (Segretarju tal-Bord) 5: Liema applikazzjonijiet ġew skwalifikati (jekk kien hemm)? Dawn l-applikazzjonijiet instabu ineliġibli: Applikazzjonijiet Ineliġibbli Kunsill LokaliProġett Il-GudjaTa' Loretu Chapel, Triq ta' Loretu, Gudja Tas-SliemaSliema Police Station, Triq Manuel Dimech, Tas-Sliema Santa Luċija31st March 1979 Monument in 7th July 1961 Square, Dawret It-Torri, Santa Luċija San Pawl il-BaħarXemxija Aqueduct, Triq Għajn Tuffieħa, Xemxija Ħal LuqaLuqa Parish Church, Pjazza Sant'Andrija, Luqa Is-SwieqiBottom of Triq l-Inġinier, Madliena, Swieqi Ħa¿-¯abbar (Cittá Hompesch)Il-Mitħna ta' Birgħelliem, Triq 10 ta' Settembru, Ħa¿-¯abbar SwieqiBoundary Wall fi triq id-Dis, Madliena AttardSun Dial on restored façade of private residence - 4,6 Triq il-Mosta KalkaraVotive Niche and Stone Statue - Kunvent tal-Kapuċċini, Triq il-kapuċċini c/w Triq Santu Rokku SiġġiewiKappella ta' Santa Marija taċ-ċwerra, Pjazza San Nikola 6: Liema proġetti (kunsill b'kunsill) ġew magħ¿ula u kemm ingħata flus kull proġett? Dawn huma l-proġetti li ġew magħ¿ula: Kunsill Lokali Proġett Valletta Lion Column, Triq l-Arċisqof c/w Triq il-Lvant Ħamrun Round water tower in Triq San Gejtanu Rabat Church Parvis Boundary Wall (Ċint ta' zuntier), Ba¿ilika ta' San Pawl Ħal Lija Kappella tat-twelid tal-Madonna, Triq Mabel Strickland Ħal Qormi Historic stone cross (Salib tad-Dejma) in Triq tal-Ħandaq Floriana Statwa ta' San Publju ma ġenb il-Knisja Parrokkjali Ħal Balzan Stone statue at 179, Main Street Imsida L-Għajn tal-Ħasselin, Triq il-Wied Marsa Kappella ta' Ċejlu, Triq il-Moll tal-Knisja Mosta Oratorju Qalb ta' Ġesu, Pjazza Dun Anġ Camilleri Huwa maħsub li l-ħames Kunsilli li huma eliġibbli li ma jinstabux f’din il-lista jiġu mgħejjuna f’kaz li ma jintefqux il-fondi kollha allokati fl-għaxar proġetti magħzula. Fil-kaz li dan ma jkunx possibli jiġu kkunsidrati fl-iskema li jmiss.

Skema micro invest – tiġdid għall-ispejjeż min-negozji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iskema micro invest tiġi mġedda għall-ispejjeż li se jsiru min-negozji fis-sena 2021?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema kurrenti tal-Micro Invest hija miftuħa sas-sena 2023. Għaldaqstant l-ispejjeż li ser isiru minn negozji fis-sena 2021 ser jiġu milqugħha matul is-sena 2022.

Skema Micro-Invest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iskema Micro-Invest tiġi mġedda għall-ispejjeż li se jsiru min-negozji fis-sena 2021?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.

Skema Micro Invest — spejjeż tan-negozji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iskema Micro Invest tiġi mġedda għall-ispejjeż li se jsiru min-negozji fis-sena 2021?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.