Response (DALLI, JOHN)
Ninforma l-Onor Membru li r-residenti fil-lokalitajiet li ser nsemmi u li huma ntitolati għall-mediċini b’xejn taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali qed jinqdew mis-settur privat għal ġbir tal-mediċini tagħhom: - Għarghur, Mġarr, Mellieħa, Naxxar, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Mosta, Swieqi, Ta’Ġiorni, Paceville, Sant Andrew, Pembroke, Msida, Ta’Xbiex, Mtarfa, Dingli, Mdina, Baħrija, Rabat, Attard, San Ġiljan u San Ġwann.
Bħal issa qed issir ir-reġistrazzjoni mal-ispiżerija tal-għażla tiegħek f’ dawn il-lokalitajiet – Gżira, Sliema, Siġġiewi, Qormi, Iklin, Luqa, Santa Luċija, Pieta, Balzan, B’Kara, Lija, Fleur De Lys, Floriana u Valletta. Ir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet ser jibdew jinqdew mis-settur privat b’mod inkrimentali - Gżira mit-30 ta’ Ġunju, Pieta' mis-7 ta’ Lulju, Balzan, Lija u Fleur De Lys mill-14 ta’ Lulju, Iklin mill-21 ta’ Lulju, Floriana mit-28 ta’ Lulju, Sliema mill-4 ta’ Awissu, Siġġiewi mill-11 ta’ Awissu, Qormi mit-18 ta’ Awissu, B’Kara mill-1 ta’ Settembru u Valletta, Luqa u Santa Luċija mit-8 ta’ Settembru.
Ir-reġistrazzjoni f’Senglea, Bormla, Birgu u l-Kalkara se tiftaħ fis-7 ta’ Lulju waqt li f’Safi, Kirkop, Zurrieq, Qrendi, Mqabba, Zabbar u M’Scala se tiftaħ fil-21 ta’ Lulju.
Fil-Marsa, Żebbug, Ħamrun u Santa Venera ir-reġistrazzjoni se tiftaħ fid-29 ta’ Settembru waqt li f’ Paola, Tarxien, Fgura, Għaxaq, Gudja, M’Xlokk, B’Bugia u Żejtun ir-reġistrazzjoni se tiftah fl-10 ta’ Novembru.
Fl-Lulju se jibdew taħdidiet mal-Ministeru ta’ Għawdex dwar id-dħul tal-iskema f’Għawdex.
Wieħed mill-kunċetti ta' l-Iskema hi ta’
one stop shop
u għalhekk qed jiġu amalgamati s-servizzi li kienu jingħataw miċ-ċentri tas-saħħa u minn Mater Dei. Minħabba raġunijiet tekniċi il-pazjenti li għandhom kolostomija, HIV jew qegħdin fuq mediċini ristretti ħafna fejn ikun meħtieġ testijiet tad-demm speċifiċi sabiex nassiguraw is-saħħa tal-pazjent, il-klijenti se jibqaw jinqdew mill-ispizerija ta’ Mater Dei. Fil-każ ta’ coeliac disease, il-prodotti li jiġu provduti lil pazjentii li jbatu minn din il-kundizzjoni ser jibqgħu jitqassmu miċ-ċentri tas-saħħa sakemm isiru arranġamenti oħra.
Il-formoli tar-reġistrazzjoni qegħdin ikunu
colour coded
għal kull lokalita'.
Ma hemm ebda ħsieb li jintalab ħlas minn għand il-pazjenti.
Skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern, GRTU u l-Kamra tal-Ispiżjara, il-Gvern se jħallas 18.63 ewro [Lm8] fis-sena għal kull pazjent reġistrat. Dan il-ħlas jitla għal 27.95 ewro [Lm12] kull pazjent fuq medda ta’ ħames snin.
Ninforma lill-Onor Interpellant li ghalissa m’hemmx il-ħsieb li jingħalqu l-bereġ. Staff mediku u infermiera ser jibqgħu jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.