Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq bla Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li għad iridu jiġu mogħtija t-tarmac l-ewwel darba u meta hemm il-ħsieb li x-xogħol tagħhom jinbeda fil-lokalitajiet ta' Raħal Ġdid, Tarxien, Gudja, Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ toroq li għad iridu jiġu asfaltati fil-lokalitajiet tal-Marsa, Paola, St Lucija, Tarxien, Gudja u Ghaxaq. Dawn it-toroq ser jinbnew skond il-priojaritajiet tal-program tal-bini tat-toroq residenzjali.
Leg 11 PQ #1245 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Overdoses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu każijiet ta' drug overdoses xahar b'xahar matul dawn l-aħħar 24 xahar fl-isptarijiet San Luqa u Mater Dei? X'kienu l-etajiet medji ta' dawn il-pazjenti? Kemm kien hemm overdoses minn drogi illeċiti u kemm kien hemm overdoses b'tehid ta' mediċini li jkunu qed jintużaw għall-kura?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li skond tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta’ każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-isptarijiet San Luqa u Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar tas-sena 2006 u Lulju ta’ din is-sena huwa kif jidher fit-tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1311 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Maintenance Personnel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-maintenance personnel li kienu jaħdmu fl-Isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-maġġoranza tal-ħaddiema li kienu jaħdmu fuq xogħol relatat mal-maintenance ta’ l-iSptar San Luqa ġew trasferiti lejn l-iSptar Mater Dei. Uħud ġew trasferiti qabel il-migrazzjoni u oħrajn mal-kumplament ta’ l-istaff. Dawn qed jagħmlu xogħol f’diversi oqsma, fosthom ta’ l-Inġinerija, Maniġġjar tal-Materjal u Loġistika, Apparat Mediku u bħala parti mir-Risponse Team f’kas ta’ ħruq u xogħol ieħor relatat mal-Fire Safety. Għadd żgħir ta’ ħaddiema li baqgħu jaħdmu fl-iSptar San Luqa qed jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni f’dan l-iSptar u Sptar Karen Grech f’dawk l-areas li għadhom joperaw.

Ġbir ta' NI contributions

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1310 li oriġinarjamet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġabar NI contributions il-gvern : i) Mis-settur privat ii)Mis-settur pubbliku sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1831 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Chronic Labyrintitis — Terapisti

Question

Peress li hawn ħafna pazjenti jbatu minn chronic labyrintitis, jista' l-Ministru jiżgura li jiddaħħal biżżejjed staff biex id-dipartiment ikun jista' jlaħħaq ma' din id-domanda? Kemm hemm terapisti joffru dan is-servizz u x'tul ta' żmien hemm f'din il-waiting list bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għad-Dizziness Clinic. Ninsab informat li ż-żmien ta’ stennija għal din il- clinic huwa ta’ bejn 2 u 3 xhur, sakemm ma jkunx każ urġenti. Fid- Dizziness Clinic ma hemmx terapista imma hija mmexxija minn Senior Reġistrar .

Santa LUċija — t-telgħa ta' Maria Addollorata

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu azzjonijiet konkreti biex ix-xufiera li filgħodu jkunu jridu joħorġu minn Santa Luċija għal madwar r-roundabout li hemm kif titla' t-telgħa ta' Maria Addolorata, jiġu ffaċilitati? Saru diversi interpellanzi fil-passat dwar din il-problema iżda s-sitwazzjoni mhux talli ma rranġatx, talli kompliet tiħżien

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT hija konxja tal-problema tat-traffiku msemmija tant u hekk li sar disinn ta’ aċċess ieħor fuq Triq Luqa biex jinqata' dak ta’ fuq ir-roundabout. L-għan tal-ADT huwa li timplimenta dan il-proġett matul is-sena d-dieħla.

Karozzi Hybrid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi ġodda tat-tip hybrid (jiġifieri dawk li jaħdmu kemm bil-fuel u kif ukoll bil-batterija) sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? X'inhuma l-inċentivi fiskali meta wieħed jixtri karozza ta' dan it-tip? Il-gvern qiegħed jikkonsidra li dawn l-inċentivi jitjiebu fid-dawl tal-problemi ambjentali u l-ispiża dejjem tiżdied taż-żejt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin ġew rreġistrati; Sena Numru ta’ vetturi hybrid rreġistrati 2003 1 2004 2 2005 6 2006 4 2007 17 L-inċentiv fiskali meta wieħed jixtri karozza ta' dan it-tip hu li t-taxxa tar-reġistrazzjoni hija ta’ 16.5% (minflok 50.5% sa 75%). Fir-rigward jekk hemmx ħsieb li jiġu kkonsidrati inċentivi differenti minn dawk preżenti, nitolbu lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

L-Għoli tal-Prezz taż-Żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux policy biex l-ekonomija Maltija u l-familji jilqgħu għal għoli fil-prezz tal-petrol, diesel u fuels oħra? Għalkemm l-għoli fil-prezz taż-żejt ġej mis-swieq internazzjonali, ħafna pajjiżi qed jilqgħu għal dawn l-isfidi ġodda billi jikkonservaw u jaħlu anqas u jsibu sorsi ta' enerġija alternattiva. X'qed jagħmel il-gvern f'dan ir-rigward?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Rigward l-ewwel parti tad-Domanda nitlob lill-Onor Membru biex jagħmilha lill-ministru kkonċernat. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninfurmaħ li l-Gvern hu konxju mill-isfidi li qegħdin niffaċċjaw biż-żieda fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali. Tant hu hekk li l-Gvern nieda diversi inizjattivi sabiex tiżdied l-konservazzjoni u l-effiċjenza ta’ l-enerġija waqt li jiżdied ukoll l-użu ta’ enerġija alternattiva. Dawn jinkludu: (i) skemi finanzjarji sabiex jippromovu l-użu ta’ enerġija alternattiva fis-settur domestiku bħal solar water heaters , sistemi fotovoltajċi u sistemi ta’ microwind . (ii) skemi finanzjarji fejn l-element perċentwali ta’ biodiesel huwa eżentat mid-dazju; (iii) skemi finanzjarji li jippromovu x-xiri ta’ appliances ċertifikati li huma effiċjenti fil-konsum ta l-enerġija; (iv) diversi proġetti mid-dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi li jużaw enerġija alternattiva sabiex ukoll titkabbar awareness mill-pubbliku; (v) xogħol li qiegħed isir fil-qasam ta’ enerġja mill-iskart inkluż ix-xogħol fl-impjant ta’ Sant Antnin sabiex waqt li jiġi trattat l-iskart jiġi ukoll ġenerat l-eletreriku mill-biogas; (vi) kampanji edukattivi li jippromwovu l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija u enerġija alternattiva; (vii) użu aktar effiċjenti ta’ l-enerġija fil-bini bl-introduzzjoni ta’ numru ta’ regolamenti f’dan il-qasam, kif ukoll skemi finanzjarji sabiex jippromovu l-użu u x-xiri ta’ materjal ta’ insulazzjoni termika għall-bjut ta’ djar residenzjali. Il-Gvern bi ħsiebu ukoll jintroduċi skemi finanzjarji sabiex jippromwovi teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija nadifa kemm fuq skala domestika u kummerċjali. Hemm il-ħsieb li jiġu allokati madwar €33 miljun minn fondi nazzjonali u mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea għal dawn l-iskemi domestiċi u kummerċjali. Il-Gvern huwa kommess ukoll li jkompli jesplora l-possibilitajiet kollha sabiex jinstabu mezzi alternattivi ta’ kif jiġi ġġenerat l-elettriku f’pajjiżna fosthom l-użu ta’ aktar pannelli solari kif ukoll il- wind farms. Ta’ min ifakkar ukoll li skond il-proposta għal direttiva ġdida favur l-użu ta’ enerġija minn sorsi li jiġġeddu ( renewable energy ), il-mira għall-Malta ta’ konsum ta’ enerġija minn sorsi li jiġġeddu sas-sena 2020 hija ta' 10% tal-konsum totali.
Leg 11 PQ #1872 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Blue Sticker

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-kategorija differenti ta' blue stickers jeżistu? Veru li hemm 19 minnhom li jiskadu u jridu jiggeddu kull sena u hemm oħrajn li huma fuq bażi permanenti? Jekk dan hu minnu , fuq liema kriterji intagħżlu? Għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma jinħarġiliex blue sticker permanenti meta din il-persuna tbagħti minn kundizzjoni permanenti? Ma jaħsibx li persuna b'diżabilita' permanenti inkunu qed nikkaġunawlha ħafna tbatijiet żejda u skariġġ biex toqgħod iġġedded din il-blue sticker apparti l-fatt li nkunu qed indaħħluha fi spejjeż żejda?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li teżisti kategorija waħda ta' Blue Sticker li tinħareġ fuq il-mudell ta' l-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta' Malta din tinħareg għal 5 snin, pero jekk il-professjonist tal-Kummissjoni li jeżamina l-applikant iħoss mod ieħor jista' jirrakkomanda li din tinħareg għal żmien iqsar pero mhux anqas minn sena. F'dawn l-aħħar tlett snin, l-applikazzjoniet għal Blue Sticker splodew. Għax-xahrejn Mejju u Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet aktar minn 300 applikazzjoni. Jidher ċar li dan ma kienx sostenibbli u għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li l-applikazzjoniet u t-tiġdid tal-Blue Sticker isiru wara li l-applikant jigi eżaminat minn professjonist tal-Kummissjoni. Fil-każ fejn id-diżabililita' tkun permanenti, l-applikant jiġi eżaminat darba biss. Fil-każ ta' l-applikant imsemmi, kellu Blue Sticker li skadiet imma li qatt ma ġie eżaminat minn professjonista tal-Kummissjoni. Għalhekk meta applika biex tiġedidlu l-Blue Sticker, intalab li jarah il-professjonista tal-Kummissjoni. Jekk il-professjonista tal-Kummissjoni jiddikjara li d-diżabilita ta' l-applikant hi waħda permanenti, l-applikant ma jkollux għalfejn jerġa' jattendi għal dan l-eżami meta jiġi biex jerġa' jġedded il-Blue Sticker tiegħu ħames snin oħra.
Leg 11 PQ #1875 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ETC — Service Providers

Question

Jista' l-Ministru jgħid hekk ir-rebus li jeżisti bħalissa fis-service providers u fil-korsijiet ta' l-apprentistat tal-ETC jagħmilx parti mill-politika tal-Gvern u jiffurmax xi parti mill-pakkett pre-elettorali tal-wegħdi tal-PN? Jaf li ftit xhur ilu dawn is- service providers ( instructors fil- workshops u lecturers ) ġew imġiegħla jirreġistraw bħala self employed , bir-riżultat li ħafna minnhom irriżenjaw għax ma qablilhomx jaħdmu u jħallsu l-bolla kollha huma? Jaf li bħalissa l-korsijiet ta' l-apprendistat huma weqfin għax qalulhom li bħalissa l-flus spiċċaw? Jaqbel li jekk dan kollu huwa minnu, jsir xi ħaġa b'mod urġenti peress li l-ETC hija l-unika lok fejn ħaddiema/studenti li ma jidħlux l-MCAST, jistgħu jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom speċjalment minħabba l-kunċett ta' lifetime learning u on-going education ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ toħroġ regolarment sejħiet pubbliċi għax-xiri ta' servizzi ta' taħrig skond il-ħtieġa. Dawn is-sejħiet, regolati mill-Public Procurement Regulations, jagħmluha ċara li l-Korporazzjoni tixtri dawn s-servizzi fuq bażi ta’ ‘kuntratt għal servizz’ (self employed) għal żmien speċifiku skond il-programm ta’ taħriġ relattiv. Għal kuntrarju ta’ dak li qed jagħti x’jifhem l-Onor. Interpellant, ninsab infurmat ukoll li x-xiri ta’ dawn is-servizzi ma jaffettwa bl-ebda mod l-iskema ta l-apprendistat tal-Korporazzjoni, fejn it-taħrig jingħata mill-MCAST u l-ITS.
Leg 11 PQ #1831 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Chronic Labyrintitis — Terapisti

Question

Peress li hawn ħafna pazjenti jbatu minn chronic labyrintitis, jista' l-Ministru jiżgura li jiddaħħal biżżejjed staff biex id-dipartiment jkun jista' jlaħħaq ma' din id-domanda? Kemm hemm terapisti joffru dan is-servizz u x'tul ta' żmien hemm f'din il-waiting list bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #1832 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Alzheimer's Disease

Question

Jista' l-Ministru jiżgura li jiddaħħlu l-mediċini li jaqgħu fil-klassi ta' Acetyl Co-A inhibitors fl-iskema tax-Schedule Five, biex pazjenti li jbatu minn Alzheimer's Disease ikunu jistgħu jgawdu/jibbenefikaw minn din il-kura? Jaf li minn fost il-pajjiżi membri fl-UE ċ-ċittadini li jgħixu Malta, Bulgaria u Latvia biss m'għandhomx dritt għal dan l-aċċess? Ta' min jinnota li dawn iċ-ċittadini anzjani huma fost l-aktar nies batuti u dipendenti fuq ħaddieħor.

Response (DALLI, JOHN)

Alzheimer's Disease m'hijiex inkluża fil-lista ta' kundizzjonijiet kroniċi li jaqgħu taħt l-iskeda V tal-Att tas-Sigurta' Soċjali jew kif inhi aħjar magħrufa bħala l-kartuna s-safra u għalhekk acetylcholinesterase inhibitors m'humiex inklużi fil-formularju tal-gvern. Bħalissa qed isir studju biex naraw kif jista’ jiġi rivedut il-formularju ħalli jirrifletti s-sitwazzjoni tal-lum, ikun aktar ekwu u jelimina d-diskrepanzi u l-ħela.
Leg 11 PQ #1833 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-attenzjoni meħtieġa għal post alternattiv, peress li hija marida u fl-istess waqt il-fond li bħalissa qed tabita fih huwa substandard?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li mill-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant la jirriżulta li l-persuna hi marida u lanqas li tgħix f’post substandard. Madankollu, l-applikazzjoni qed tingħata l-attenzjoni li tixirqilha.

Central Public Library — Fondi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienu l-fondi tas-Central Public Library għal din is-sena? Jidhrilha li l-fondi huma biżżejjed? Huwa minnu li l-fondi diġa' spiċċaw, u fil-każ kemm ilhom li spiċċaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-fondi allokati għal din is-sena kurrenti lil-Librerija Pubblika jammontaw għal 612,160 Ewro. S’issa ntefqu 336,583.83 Ewro biex baqa’ bilanċ ta’ 275,576.17 Ewro.L-allokazzjoni għal din is-sena tidher li hija sodisfaċenti għall-operat preżenti.
Leg 11 PQ #1586 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — 900 Bieb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1312 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar id-900 bieb mixtrija extra għall-iSptar Mater Dei ? Jekk din ġiet konkluża, x'kien l-eżitu tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li qatt ma saret inkjesta dwar id-900 bieb mixtrija għall-iSptar Mater Dei. Spjegazzjoni dwar dan il-każ kienet ingħatat permezz ta’ Press Release maħruġa fil-5 ta’ Ottubru 2004.
Leg 11 PQ #1587 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Fabbriki tan-Nar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1351 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe: Fi studju li kien ippublikat fl-2005 kien intqal li kiem hemm tliet fabbriki tan-nar li kienu qed jiksru l-kodiċi tas-saħħa u sigurta skond regolamenti ta' l-1937. Fid-dawl tat-traġedja li seħħet fin-Naxxar, jista' jgħid jekk il-gvern hux se jieħu passi biex dawn il-fabbriki jew jingħalqu jew jirrimedjaw is-sitwazzjoni tagħhom? Meta se jiġu mplimentati r-rakkmandazzjonijiet tal-Pyrotechnics Commission li ħareġ f'Diċembru li għadda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill Onor Interpellant li ai termini tar-rapport l-iktar recenti tal-Kummissjoni tal-Piroteknika li gie ppublikat f’Dicembru 2007 kienet saret r-rakkomandazzjoni li jitwaqqaf ispettorat sabiex jdur kull kamra tan-nhar u jistabilixxi nuqqasijiet u direzzjoni li ghandhom jiehdu ghal kull wahda minnhom. Din r-rakkomandazzjoni qedha tigi prezentement implimentata. Kull rakkomandazzjoni li inghatat qed tigi ukoll ndirizzata bil-involviment tas-socjeta civili u l-persuni direttament koncernati.Ghalhekk konkretament diga gie pprezentat u diskuss abbozz ta ligi li jindirizza zieda fil-pieni, kif ukoll twaqqaf kumitat intern sabiex jezamina kif qed jinbnew presentement l-kmamar tan-nhar u kif jistghu jinbnew b’mod ahjar sabiex titnaqas l-perikolu ghal min jahdem fihom u ghall-publiku.

Ġbir ta' NI contributions

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1310 li oriġinarjamet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġabar NI contributions il-gvern : i) Mis-settur Privat ii)Mis-settur Pubbliku sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1312 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Mater Dei — 900 Bieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar id-900 bieb mixtrija extra għall-iSptar Mater Dei ? Jekk din ġiet konkluża, x'kien l-eżitu tagħha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #1314 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mater Dei — Helicopter

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-landing helicopter pad tħalliet barra mill-istruttura ta' l-Isptar Mater Dei oriġinali? Huwa minnu li issa biex ikun jista' jinżel helicopter fil-landing area provduta ser ikollu jitwaqqaf it-traffiku inkluż id-dħul ta' l-ambulanzi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-helicopter landing pad fl-istruttura oriġinali ta’ l-Isptar Mater Dei kienet ippjanata li ssir fuq il-bejt ta’ swali ta’ l-isptar. Iżda din id-deciżjoni tbiddlet għal raġunijiet ta’ sigurta ta’ l-istess pazjenti. Fil-fatt kienu l-istess bdoti tal-helicopter li taw pariri li inċident waqt l-inżul tal-helicopter kien ikollu konsegwenzi serji kemm fuq il-pazjenti kif ukoll fuq l-istess bdoti. Il-kostruzzjoni tal- helicopter landing pad fuq sit alternattiv wassal għal tnaqqis fl-ispiża ta’ dan il-proġett. Hija proċedura normali illi waqt l-inżul tal- helicopter, jitwaqqaf it-traffiku li jgħaddi minn taħt ir-rotta tal- helicopter għal raġunijet ta’ sigurta'. L-Ambulanza tuża rotta alternattiva minn naħa ta’ l-Università.