Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tnaqqis mill-ammont ta' sussidju għat-tadam

Question

Peress li bdiewa qed jilmentaw li qed isir tnaqqis ta' 25% mill-ammont ta' sussidju għat-tadam, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isir dan it-tnaqqis?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tnaqqis mill-ammont ta' sussidju għat-tadam

Question

Peress li bdiewa qed jilmentaw li qed isir tnaqqis ta' 25% mill-ammont ta' sussidju għat-tadam, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isir dan it-tnaqqis?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Kommunikazzjoni — miżuri dwar antenni qrib xulxin

Question

Peress li f'pajjiżna qed jitwaħħlu diversi antenni tat-telekomunikazzjoni u b'hekk qed ikollna antenni qrib xulxin b'konċentrazzjoni ta' emissjonijiet elettro manjetiċi, jista' l-Ministru jgħid x'passi u x'miżuri qed tieħu l-Awtorità tal-Kommunikazzjoni biex jiġi moniterjat l-impatt ta' dan kollu fuq is-saħħa tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) tagħmel kejl fuq antenni tat-telekomunikazzjoni, biex tikkonferma li r-radjazzjonijiet elettromagnetici huma konformi mal-livelli stabbiliti fil-Liġi u l-liċenzji ta’ l-operaturi. Din it-tip t’attivita ila ssir mill-MCA għall-diversi snin u l-medja tar-riżultati tal-kejl hi ta’ 5% tal-livell massimu tal-ICNIRP (International Commission on Non-Ionising Radiation Protection) relevanti għall-pubbliku;. Sintezi tar-riżultati tal-kejl tigi ppublikata fil-website ta’ l- Awtorità. Id-Departiment responsabbli mis-saħħa pubblika jiġi ukoll magħrraf bir-riżultati.

kumpens għal porzjon raba'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7892 u jgħid meta ser jitħallas il-kumpens għall-porzjon raba' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ġie esproprjat mill-Gvern snin ilu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Learning Support Assistants

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8096 u peress li hemm ħafna learning support assistantsGħawdxin li ma jafux f'liema sitwazzjoni qegħdin a rigward il-lista ta' seniority biex eventwalment jigu trasferiti Għawdex meta jkun imisshom, tista' l-Ministru tgħid jekk dawk l-learning support assistants li għadhom kemm spiċċaw il-kors ta' l-Università hux ser jaqbżu lil dawk l-Għawdxin l-oħra li għadhom m'għamlux il-kors imma li ilhom impjegati iktar mad-dipartiment u li allura kien imisshom jigu trasferiti Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors tal-Universita’ msemmi mill-Onor. Interpellant kien miftuħ għall-Learning Support Assistants kollha. Kien fl-interess tal-LSAs infushom li japplikaw għal dan il-kors. Min spiċċa dan il-kors seta’ japplika għall-applikazzjoni li ħarġet għal LSA II. Min jgħaddi mill-intervista jilħaq LSA II u b’hekk ikollhom anzjanita’ fuq dawk li huma Supply LSA u LSA I u jitilgħu ‘il fuq fil-lista tal-Għawdxin li jmisshom jiġu trasferiti għal Għawdex.
Leg 11 PQ #8344 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Fattiga

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser tiġi l-fattiga fil-Qorti ta' Għawdex li ilha tiġi mwiegħda żmien?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi għalkemm għad ma hemmx replacement tal-fattiga li telqet, ix-xogħol ta’ tindif fil-Qorti ta’ Għawdex xorta qed isir b’arranġamenti oħra.
Leg 11 PQ #8345 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Apparat tal-video

Question

Peress li fil-ġranet li għaddew kien hemm każ il-Qorti ta' Għawdex li fih kien jinħtieg li jintuża l-apparat tal-video u dan ma ħadimx, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jigi rimedjat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kellna ebda każ fil-Qorti ta' Għawdex fil-ġranet li għaddew fejn l-apparat tal-video kellu bżonn jintuża u dan ma ħadimx.
Leg 11 PQ #8346 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sports Complex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fl-isports complex ta' Għawdex biex tigi indirizzata l-problema tad-dħul ta' l-ilma fl-istess kumpless?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qed tittieħed azzjoni biex is-sitwazzjoni tad-dħul ta' l-ilma tax-xita mis-saqaf tas-sala prinċipali tal-Kumpless Sportiv tiġi ndirizzata b'mod tekniku w professjonali kif indikat fit-tabella annessa. 1. Fis-7 ta` Novembru 2008, saret sejħa għall-offerti għall-Xogħol ta` Waterproofing fuq is-saqaf tal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex (DCS 32/2006). Għalkemm intefgħu żewġ offerti, l-offerta ma ġietx mogħtija peress li ma ntlaħqux ir-rikjesti tekniċi neċessarji. 2. Fit-22 ta` Diċembru 2008, saret sejħa għall-offerti għal Xogħol preparatorju fuq is-saqaf tal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex (DCS 52/2006). Ma ntefgħet ebda offerta. 3. Fl-1 ta` Frar 2008, saret sejħa għall-offerti għal Xogħolijiet ta` Manutenzjoni u kisi kontra l-ilma fuq is-saqaf tal-Kumpless Sportiv t’Għawdex (DCS 01/2008). Ma ntefgħet l-ebda offerta. 4. Sejħa għall-offerti (CT 2151/09) għal Xogħol Estensiv fuq is-saqaf tal-Kumpless Sportiv intbagħtet għal publikazzjoni lid-Direttur tal-Kuntratti u qiegħda fil-proċess li tiġi ppubblikata.
Leg 11 PQ #8347 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Proġett eko-Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' dak li sar a rigward il-progett eko-Għawdex kull xahar separatament f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7567. Jiena nfurmata li minħabba n-natura tax-xogħol in kwestjoni, mhux possibbli li jingħata rendikont ta' kif sar ix-xogħol xahar b'xahar.
Leg 11 PQ #8348 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru ta' Għawdex — Numru ta' telefon bi ħlas

Question

Peress li f'dawn l-aħħar ġranet f'ġurnal lokali deher artiklu dwar numru tat-telefon tal-Ministeru bi ħlas li fuqu jista' jċempel il-pubbliku u mill-liema artiklu rrizulta li t-telefonati li bdew isiru bdew jigu risposti minn answering machine u t-telefonata tigi terminata mingħajr ma tigi mgħoddija u allura l-pubbliku ma jinqediex, tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni għal dan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-telefonati minn linji fissi għal numru reġistrat bħala freephone huma b'xejn meta joriġinaw minn linji fissi rreġistrati mas-sistema tat-telefonija tal-kumpanija Go. Mill-banda l-oħra japplikaw it-tariffi normali fil-każ ta' telefonati li joriġinaw minn telefons ċellulari, bħalma fil-fatt hu avżat min iċempel fuq il-freephone tal-Ministeru għal Għawdex. L-arranġamenti biex ma japplikawx it-tariffi lil kull min iċempel fuq freephone jridu jsiru mill-Operaturi, kemm dawk ta' telefonija fissa kif ukoll dik ċellulari. Dan it-tip ta' servizz ilu fis-seħħ mill-1 t'Ottubru 2002. Nikkonferma li l-pubbliku qiegħed jinqeda kif suppost.
Leg 11 PQ #8205 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għaqdiet — Persuni b'diżabilità - għajnuna finanzjarja u materjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna kemm finanzjarja u anke materjali lill-għaqdiet li joperaw fil-qasam tal-persuni b'diżabilità u lil liema għaqda ingħatat din l-għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8206 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Adult training Centres

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tax-xogħol kollu li sar fl-Adult Training Center tar-Rabat, Għawdex f'dawn l-aħħar ħames xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4851 li ngħatat fit-13 ta' Jannar u ninfurmaha illi x-xogħol kollu li hemm imsemmi huwa lest ħlief għax-xogħol ta' l-għamara li jinsab fl-aħħar stadju ta' tkomplija.
Leg 11 PQ #8207 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħarsien tal-Familja — każijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu każijiet għand id-dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja f'din l-aħħar sena, xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-Taqsima Ħidma Soċjali fil-Ministeru għal Għawdex, irċeviet 164 każ ġdid matul is-sena 2008. Dawn ġew riferuti xahar b'xahar kif jidher hawn taħt: 2008 Jannar 11 Frar 18 Marzu 13 April 8 Mejju 13 Ġunju 10 Lulju 18 Awissu 10 Settembru 10 Ottubru 24 Novembru 12 Diċembru 17 Total 164
Leg 11 PQ #8208 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Home Help — anzjani fil waiting list

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hi l-waiting list għall-għoti tal-home help għall-anzjani u għall-persuni b'diżabilità separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi fil-preżent hemm persuna waħda bi bżonnijiet speċjali u tnejn u sittin anzjan illi qed jistennew is-servizz ta’ homehelp.

Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħol ta' asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jsir xogħol ta' asfaltar f'kull lokalità f'Għawdex separatament f'dawn l-aħħar ħames snin in konsegwenza ta' xogħlijiet li saru mill-Korporazzjonijiet Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma separatament u jindika t-toroq involuti u kemm metru kwadru ta' asfalt u/jew tarmac ingħata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8219 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Housing Estates - kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-housing estates f'Għawdex li għadu ma tħallasx il-kumpens lis-sidien oriġinali meta ttieħdet l-art u jgħid kemm huwa l-ammont dovut għal kull żona separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi s’issa din l-informazzjoni tinsab f’idejn id-Dipartiment ta’ l-Artijiet.

Għawdex — Rabat - Parking spaces

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm parking spaces għall-persuni b'diżabilità fir-Rabat, Għawdex, jgħid fejn huma u meta ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.7549.

Kontijiet tad-dawl u ilma — ulied addottivi mhux imniżżla

Question

Peress li qed nirċievi ilmenti mingħand persuni li addottaw tfal minn barra għaliex dawn it-tfal qed jitneħħew minn fuq il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma f'dik il-parti fejn ikun hemm indikati n-numru ta' persuni f'residenza; peress li meta qed isiru l-protesti mal-korporazzjoni qed jingħad lil dawn il-ġenituri li dawn l-ulied addottivi tagħhom mhux meqjusa bħala ċittadini ta' Malta minkejja li jkunu għaddew mill-proċess kollu inkluż l-approvazzjoni tal-Qrati Maltin u jkun ukoll ħareġ iċ-ċertifikat tat-twelid mir-reġistru pubbliku; peress li dan kollu huwa diskriminatorju għaliex skond il-liġi wlied addottivi huma meqjusa għal kull fini u effetti tal-liġi bħala l-ulied naturali, jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ u jara li din l-anomalija tiġi ndirizzata minnufih?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tindika l-każ li qed tirreferi għalieħ, ovviament wara li ġġib il-permess tal-persuni konċernati.
Leg 11 PQ #8200 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Child care subsidy scheme — Kwestjoni dwar tweġiba ta' mistoqsija parlamentari

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7887 u għar-risposta mogħtija, li l-mistoqsija trid tiġi riferuta lill-ministru kkonċernat, peress li preċedentement saret mistoqsija parlamentari 3643 lill-istess Ministru dwar l-istess suġġett u ngħatat risposta, jista' allura l-Ministru jgħid min hu l-ministu kkonċerant li għalih saret referenza fil-mistoqsija parlamentari 7887?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8201 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

liġi dwar l-adozzjoni — diskriminazzjoni

Question

Fid-dawl tas-sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali fejn il-liġi dwar l-adozzjoni ġiet dikjarata diskriminatorja fil-konfront tal-koppji miżżewġa, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex tiġi rimedjata din id-diskriminazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.