Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti tal-Familja — Medjaturi

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm medjaturi jaħdmu fil-Qorti tal-Familja u jgħid meta sar l-ingaġġ relattiv?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm 10 medjaturi jaħdmu fil-Qorti tal-Familja. Ninsab infurmat illi l-ingaġġ tagħhom sar kif ġej:- Numru ta' Medjaturi Data ta` Ingaġġ 4 fit-3 ta' Mejju 2004 1 fit-22 ta' Novembru 2004 1 fit-13 ta' Frar 2006 2 fis-16 ta' Novembru 2007 1 fil-11 ta' Marzu 2009 1 fit-12 ta' Mejju 2009

Kwalifiki meħtieġa għal medjaturi

Question

Jista` l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki meħtieġa biex persuna tinħatar medjatur fil-Qorti tal-Familja u x'taħriġ jingħata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kwalifiki neċessarji sabiex persuna tinħatar Medjatur fil-Qorti tal-Familja taħt l-Att Dwar il-Medjazzjoni, 2004 (Kap. 474), huma: · ikollha degree rikonoxxut mill-Universita’ ta’ Malta jew minn Universita’ rikonoxxuta jew kwalifiki oħra komparabbli u rikonoxxuti mill-Kunsill Malti tal-Kwalifiki; · ikollha mhux anqas minn 5 snin esperjenza fil-kapaċita` professjonali li fiha tkun iggradwat; · tkun attendiet għal programm ta’ taħriġ fil-Medjazzjoni tal-Familja li jiġi organizzat miċ-Ċentru Tal-Medjazzjoni għal-Malta; · tkun għamlet prattika taħt supervizjoni fil-Medjazzjoni tal-Familja; · tkun obbligata tkompli tiżviluppa ruħha f’din il-professjoni u tattendi għat-taħriġ li jiġi organizzat miċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal-Malta minn żmien għal żmien · tkun familjari mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
Leg 11 PQ #8603 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Inċentivi fiskali — nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inċentivi fiskali ġew introdotti mill-Gvern fl-aħħar ħames snin għan-nisa biex jiġu nkoraġġuti jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti d-detallji ta' kull skema separatament, jgħid meta kull inċentiv/skema ġiet imħabbra u meta kull waħda daħlet fis-seħħ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8604 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondazzjoni Sapport — uffiċjali - kwalifiki u esperjenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u esperjenza fil-qasam soċjali u fil-qasam tal-persuni b'diżabiltà għandhom l-uffiċjali għolja tal-Fondazzjoni Sapport u l-uffiċjali li għandhom it-tmexxija tal-Adult Training Centres kollha, kull ċentru separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8605 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondazzjoni Sapport — taħriġ lil ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax taħriġ lil ħaddiema tal-Fondazzjoni Sapport minn meta bdew l-impjieg tagħhom u jekk fl-affermattiv x'taħriġ ingħata?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Aġenzija Sapport toffri in-service training lill-impjegati kollha tagħha, inkluż lill-impjegati ġodda. L-impjegati ġodda tal-Aġenzija Sapport jingħataw 40 siegħa ta’ taħriġ fir-residenza li jkunu ser jaħdmu fiha. F’dawn l-40 siegħa l-impjegati jiġu mgħotija attenzjoni kemm mill-professjonisti kif ukoll minn impjegati li jkollhom bosta esperjenza. Fil-bidu ta’kull sena jiġi mfassal pjan ta’taħriġ li jiffoka fuq il-bżonnijiet tal-impjegati, u kull meta jkun hemm taħriġ organizzat minn entitajiet barra l-aġenzija li jkun relatat max-xogħol tal-impjegati tal-aġenzija, dan it-taħriġ jiġi sponsorizzat mill-Fondazzjoni sabiex l-impjegati ikunu jistaw jattendu. Informat ukoll li l-lista ta’ taħriġ li jingħata fuq bażi annwali lill-istaff tal-Aġenzija huwa kif jidher hawn taħt: CPI – Crises Prevention Intervention CPI Refresher Course Sign Language Training SDO Basic Computer Course Food Preparation Training (Food Handling Courses) Team building sessions for centres Familiarization of FSWS Policies First Aid Courses Minute taking and letter writing (office) Health and safety talks /seminars ETC Course for Care Workers Data Protection Training EU Bursaries (for personnel to gain experience in aiming to achieve for independent living and employment abroad) Dysphagia Courses Alternative and Augmentative means of communication Seminars and Conferences Out sourced courses regarding Mental Health issues and autism Nutritional Talks Enhancing Care workers Skills Staff Development Day Supporting Individuals with Autism Spectrum Disorder Information Session about the Bosted System Mental Health Association Annual Psycho-educational Course for Relatives.
Leg 11 PQ #8402 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnuna lill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u lill-Kamra tan-Negozju għal Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna qed jagħti l-Ministeru lill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u lill-Kamra tan-Negozju għal Għawdex rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minbarra li l-Ministeru jħallas is-salarji tas-CEO's ta' l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex, dawn l-għaqdiet jibbenefikaw ukoll minn għajnuniet oħra meta jintalbu, bħalma huma pereżempju assistenza għall-preżenza tal-membri f'fieri internazzjonali u lokali u anke f'dik li hija pubbliċita.
Leg 11 PQ #8403 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Eko Għawdex — Taħdidiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'involviment għandhom jew kellhom s'issa l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u l-Kamra tan-Negozju għal Għawdex fil-kors tat-taħditiet dwar Eko Għawdex? Tista' tgħid ukoll jekk sarux laqgħat ma' dawn l-organizzazzjonijiet, kemm saru u meta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li dawn l-organizzazzjonijiet ġew mistiedna jagħtu l-viżjoni tagħhom u jiena stess iltqajt magħhom f'dan il-kuntest bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni pubblika. Il-laqgħat ma' dawn l-organizzazzjonijiet saru f' Settembru 2008. Bħalissa qed isiru kuntatti oħra ma' dawn l-organizzazzjonijiet biex jiġi diskuss il-kontribut tagħhom f'aktar dettal.

Għawdex — Housing Estates - kumpens

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8219 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma dawk il-housing estates f'Għawdex li għadu ma tħallasx il-kumpens lis-sidien oriġinali meta ttieħdet l-art u jgħid kemm huwa l-ammont dovut għal kull żona separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji dwar l-art fejn hemm il-housing estates f’Għawdex fejn uħud mis-sidien oriġinali għadhom ma tħallsux, kif ukoll il-book value ta’ l-art li għada m’hiex imħallsa. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-figuri m’humiex l-ammonti reali dovuti peress li qabel ma jsir il-ħlas tal-kumpens, fejn ma ħariġx Avviz ta’ Ftehim, tkun trid issir stima riveduta skont it-termini ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88). Barra minn hekk ma’ dan l-ammont ikun jrid jiġi miżjud ukoll l-imgħax dovut lis-sidien ta’ l-art.
Leg 11 PQ #8438 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ dwar persuna b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ilment li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar diffikultà ta' aċċess ta' persuna b'diżbilità jiġi indirizzat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-persuna konċernata qajment żewg problemi. Waħda minnhom kienet dwar ipparkjar ħażin li allegatament qed isir f'post privat. Il-KNPD ilha taħdem fuq dan l-ilment anke mal-pulizija u l-wardens. Il-KNPD tħoss li jista' jkun hemm infurzar aħjar tal-liġi anke bil-kooperazzjoni tal-kumpaniji privati konċernati minħabba li l-probabilita' hi n-nuqqas ta' prudenza ġejja mill-pubbliku aktar milli mis-sidien konċernati. Il-Kummissjoni se tkompi taħdem biex din il-problema tissolva. Informat ukoll li rigward il-fatt li hemm zebra crossing mingħajr rampi, il-KNPD diġa resqet dan l-ilment lil ADT responsabbli mit-toroq arterjarji biex din il-problema tissolva.
Leg 11 PQ #8439 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

test tal-iSleep Apnea — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list fil-preżent għat-test tal-iSleep Apnea u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8440 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting list għall-mammogram

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-wating list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8395 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qorti kostituzzjonali — Liġi dwar l-adozzjoni

Question

Fid-dawl tas-sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali fejn il-Liġi dwar l-Adozzjoni ġiet dikjarata diskriminatorja fil-konfront tal-koppji miżżewġa, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex tiġi rimedjata din id-diskriminazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali jixtieq jispeċifika illi ġew ppreżentati emendi għall-artikoli tal-kodiċi ċivili fil-Parlament.
Leg 11 PQ #8396 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Implimentazzjoni tal-emendi fil-Liġi dwar l-Adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'ġie implimentat wara l-emendi li saru fil-Liġi dwar l-Adozzjoni fl-2008? Jista' jgħid hemmx aġenziji akkreditati u fil-każ liema huma?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali jixtieq jispeċifika illi permezz tal-Liġi tal-Amministrazzjoni tal-Adozzjoni tal-2008 ġew imwaqqfa Bord tal-Adozzjoni kif ukoll Bord tal-Appell skond il-liġi u ġiet stabbilita l-Awtorità Ċentrali għall-adozzjonijiet minn barra minn Malta. Ġie effettwat ukoll tibdil fl-etajiet ta’ min qed jadotta u min qed jiġi adottat. M’ hemmx aġenziji akkreditati skond il-liġi.

Reserved Parking — Blue sticker

Question

Irċevejt ilmenti mingħand persuni b'diżabilità li għandhom reserved parking u li qed jilmentaw minħabba l-fatt li llum il-ġurnata dan ir-reserved parking m'għadux ikun bin-numru tal-vettura ta' min ikun applika, u allura kul min għandu l-blue sticker jista' jipparkja f'dan il-parkeġġ, u b'dan allura min ikun applika u ottjena l-parkeġġ riservat ma jkollux fejn jipparkja għaliex ikun okkupat minn vettura oħra bil-blue sticker. Peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir lil dawk il-persuni b'diżabilità li wara tant taħbit ikunu ottjenew dan il-parkeġġ, jista' l-Ministru jara jekk dan l-inkonvenjent jistax jiġi ndirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8400 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Enerġija alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti għandu l-Gvern għall-ġenerazzjoni ta' enerġija alternattiva f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bħalissa qed jiġu evalwati numru ta' possibiltajiet f'dan ir-rigward. Jiena nfurmata wkoll li l-istrateġija Eko-Għawdex għandha tagħti direzzjoni f'dan ir-rigward.
Leg 11 PQ #8401 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Green jobs

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiġu maħluqa green jobs f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sena l-oħra, l-Ministeru flimkien mal-Malta Enterprise ħadu sehem fil-Fiera Ekomodo - fiera speċjalizzata fl-industrija ambjentali - f'Rimini l-Italja. Il-parteċipazzjoni mill-ġdid f'din il-fiera iktar tard din is-sena qed tiġi evalwata. Jiena nfurmata wkoll li fil-frattemp, qed isir scouting għal kuntratti f'dan is-settur, anke permezz tal-preżenza elettronika ta' Eko-Għawdex.

Għawdex — Avukati u nutara

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4854 li ormai għaddew diversi xhur li fihom il-verifiki li kellhom isiru suppost saru, jista' l-Ministru jgħid xi progress sar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tal-Kummissarju gћall-Protezzjoni tad-Data gћadu ma ghalaqx l-investigazzjonijiet tiegħu.
Leg 11 PQ #8388 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm konsulenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u tgħid ta' xiex inhuma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa: Konsulent Ortopedija 1 Konsulent Ġinekologu 2 Konsulent Oftalmologu 1 Konsulent tal-Operazzjonijiet 2 Konsulent Pedjatriku 1 Konsulent Mediku 3* * Wieħed irreżenja b'effett mill-15 ta' Mejju 2009.
Leg 11 PQ #8390 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — operazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fl-iSptar Ġenerali t'Għawdex minn kull kirurgu separatament fl-aħħar tliet xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.