Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8607 u jgħid kemm ingħataw trasferimenti ta' ħaddiema fil-Fondazzjoni Sapport f'dawn l-aħħar sentejn u jgħid minn fejn għal fejn ingħataw u l-grad tal-impjegat involut? In oltre jista' jgħid kemm-il persuna ingħatat trasferiment iktar minn darba, minn fejn għal fejn u l-grad ta' l-impjegat involut?
Response (DALLI, JOHN)
Informatli l-Aġenzija Sapport fil-mod kif topera tipprattika politika ta’ ċaqlieq ta’ mpjegati fil-livelli kollha skond l-esiġenza tas-servizz. Kultant l-Aġenzija takkomoda ukoll talbiet mingħand l-impjegati nfushom, u kull talba tiġi kkonsidrata fuq bażi ndividwali u dejjem jekk l-esiġenzi tas-servizz jippermettu. Tajjeb li ngħidu li dan iċ-ċaqliq isir fl-ambitu ta’ ristrutturazzjoni li qed issir sabiex jitjieb is-servizz. It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8440 u jgħid kemm hi l-wating list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7892 u jgħid meta ser jitħallas il-kumpens għall-porzjon raba' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ġie esproprjat mill-Gvern snin ilu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7892.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ta' respite joffri l-Gvern għall-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Aġenzija Sapport ma toffrix sevizz ta’ respite għall-persuni b’dizabilta’ izda is-servizz tal-Agenzija fil Komunita’ f’ċerti sitwazzjonijiet jista joffri dan lil carers tal-membru b’diżabilita’ tal-familja meta l-ħaddiema ta’ l-Aġenzija jkunu qed jaħdmu ma l-istess persuna.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tliet snin kemm saru talbiet lill-Awtorità tad-Djar minn persuni b'diżabilità biex jagħmlu modifikazzjoni fir-residenzi tagħhom, kull sena separatament u kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar tlett snin l-Awtorita’ tad-Djar kellha s-segwenti talbiet minn persuni b’diżabilita’ biex jagħmlu modifikazzjoni fir-residenzi tagħhom:-
Sena
Numru ta’ Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet Milqug]a
2006
106
81
2007
130
105
2008
137
101
2009
30*
2 #
* Sat-28 ta’ Mejju 2009
# 26 fil-proċess
Peress li issa in konsegwenza tat-talbiet li saru fuq ħlas tad-dazju fuq il-vetturi, il-persuni b'diżabilità ġew affetwati avversament, ma jaħsibx il-Ministru li ta' l-inqas dawn il-persuni għandhom jiġu eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa mill-Gvern biex Malta tkun tista' tirratifika l-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-Gvern Malti, wara li ffirma l-Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Dizabilita u l-Protokoll Mhux Obbligatorju, beda jahdem biex jara x'hemm bzonn isir biex Malta tkun f'posizzjoni li tirrattifika din il-Konvenzjoni. Ghal dan il-ghan, l-Ufficcju tal-Prim Ministeru hatar kumitat biex jaghmel dan l-istudju. Dan il-Kumitat li hu mmexxi mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, fih rapprezentanza ta' ufficjali gholja mill-Ufficcju tal-Prim Ministru, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ufficju tal-Avukat Generali tar-Repubblika, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita u l-Federazzjoni tal-Ghaqdiet Persuni b'Dizabilita. Il-Kumitat hejja l-abbozz tar-rapport finali u hu mistenni li jtemm il-hidma tieghu wara li jispiccaw l-ahhar konsultazzjoniet li qed jaghmel primarjament mal-Ufficcju tal-Avukat Generali.
Awtorità tad-Djar — persuni b'diżabilità - talbiet għall-modifikazzjoni fir-residenti tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha talbiet pendenti l-Awtorità tad-Djar għall-iskema ta' assistenza biex persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jagħmlu modifikazzjoni fir-residenzi tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 50 każ pendenti għall-iskema ta’ assistenza biex persuni b’diżabilita’ jkunu jistgħu jagħmlu modifikazzjoni fir-residenza tagħhom.
Dawn huma pendenti g]all-bosta raġunijiet bħal:-
· fil-proċess li nistennew l-assi sabiex isir il-
means testing
fuq l- applikanti
· fażijiet riċenti li qed nistennew il-bord tad-Diżabilita’
· applikazzjonijiet pendenti peress li qed nistennew dokumenti mingħand l-applikanti;
· applikazzjonijiet sabiex jintbgħatu l-assi.
Peress li f'pajjiżna qed jitwaħħlu diversi antenni tat-telekomunikazzjoni u b'hekk qed ikollna antenni qrib xulxin b'konċentrazzjoni ta' emissjonijiet elettro manjetiċi, jista' l-Ministru jgħid x'passi u x'miżuri qed tieħu l-Awtorità tal-Kommunikazzjoni biex jiġi moniterjat l-impatt ta' dan kollu fuq is-saħħa tar-residenti?
Adult Training Centre — kwestjoni fuq ħlas għat-trasport
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jintalab ħlas għat-trasport minn u għall-Adult Training Centre u dan il-ħlas qed jintalab lill-persuna waħda biss?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li kien sar ftehim bejn missier il-klijent u l-amministrazzjoni taċ-ċentri preċedenti (l-amministrazzjoni taċ-ċentri ġiet f’idejn il-Fondazzjoni f”April 2007). Il-missier kien aċċetta li jħallas dan it-trasport sabiex it-tifel tiegħu jkun jista’ jattendi ċentru partikolari tal-għażla tiegħu fejn ma kienx hemm transport disponibbli.
Ninsab informat ukoll li barra minn hekk, minn din s-sena, il-Fondazzjoni qed tħallas nofs l-ispejjeż tat-trasport ta’dan il-klijent, u malli l-Aġenzija tkun f’pożizzjoni li l-klijent jingħata servizz kollu b’xejn, dan isir.
Peress li issa ġej is-sajf u teżisti problema ta' aċċessibiltà għall-persuni b'diżabilità f'żoni ta' l-għawm fejn ikun hemm ir-ramel, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern qatt ikkunsidrax li fil-bajjiet ikun hemm provduti wheelchairs apposta li jkunu jistgħu jimxu fuq ir-ramel u li jkunu a disposizzjoni tal-persuni b'diżabilità biex anke huma jkunu jistgħu igawdu l-bajjiet ukoll?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li preżentament qed ikun hemm diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', l-Malta Tourism Authority u l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali dwar l-aċċessibilita' fil-bajjiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mal-Fondazzjoni Sapport f'din l-aħħar sena u f'liema grad u/jew uffiċċju sar l-ingaġġ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Aġenzija Sapport tinkorpora fi ħdanha s-Servizzi ta’ Matul il-Jum (qabel magħrufa bħala l-Adult Training Centres), Servizzi Residenzjali, Servizzi fil-Komunita’ u Servizzi ta’ Social Work. L-Aġenzija Sapport tagħmel parti mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjail li tinkorpora ukoll l-Aġenzija Appoġġ u l-Aġenzija Sedqa. Informazzjoni dwar in-nies ingaġġati fl-aħħar sena u nofs, ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fondazzjoni Sapport — Adult Training Centres - co-ordinators
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm co-ordinators ta' Adult Training Centres mal-Fondazzjoni Sapport, kemm ilhom maħtura u jista' jgħid kemm minnhom kienu diġà impjegati tal-Fondazzjoni Sapport u x'kien l-impjieg preċedenti tagħhom mal-fondazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bħalissa hemm 10 coordinators tas-Sapport Day Centres. Dawn ġew maħtura ben Ġunju 2008 u Settembru 2008.
Ninsab informat ukoll li kollha kemm huma kienu diġa mpjegati mad-Day Centres, u r-rwolijiet tagħhom kienu jvarjaw minn
Support Workers
,
Transport Officer
u
Programmes Co-ordinator
,
Senior Care Workers, Care Workers
, u
Assistant Heads
. Dan sar wara avviż intern ta’ reklutaġġ u wara għażla minn
interview board
. Dan il-proċess kien u huwa parti mir-ristrutturazzjoni li qed isseħħ f’dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid x'job vacancies għandha l-Fondazzjoni Sapport u x'sejħiet bi ħsiebhom isiru biex jimtlew dawn il-vakanzi?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-postijiet vakanti li għandha l-Aġenzija Sapport huma:
- Manager : saret sejħa publika li tagħlaq fil-25 ta' Mejju, 2009,
- Social Worker: saret sejħa publika li tagħlaq fil-25 ta Mejju 2009,
- Numru ta’ Support Workers: saru l-interviews wara sejħa pubblika u qegħdin jiġu ingaġġati dawk magħżula.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex it-trasport ta' l-Adult Training Centres isir iktar effiċjenti u cost effective?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li s-sistema tat-trasport qegħda tiġi studjata biex jiġu aċċertati x’miżuri jistaw jittieħdu biex titjieb is-sitwazzjoni fid-dawl tar-riżorsi fi ħdan iċ-ċentri għal-Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport.
Adult Training Centres — informazzjoni fuq ix-xuffiera
Question
Jista' l-Minitru jgħid kemm hemm xuffiera fl-Adult Training Centres, x' tip ta' liċenzja għandhom, u jekk hemmx persuni oħra li jagħmlu servizz ta' xuffiera u l-grad attwali tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li hemm 4 ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ xufiera. Il-grad attwali tagħhom u t-tipi ta’ liċenzji li għandhom huma hekk :-
Grade
License
Driver
B, B+E, C1, C1+E, D, D+E
Skilled Labourer
B, B+E, C1, C1+E, D1, D1+E, f
Gardener
B, B+E, C1, C1+E, D1, D1+E, f
Health Att., Public Cleaner II
B, B+E, C1, C1+E
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallas il-kumpens għall-porzjon raba' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ġie esproprjat mill-Gvern snin ilu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpens għall-porzjon raba li d-dettalji tagħha intbgħatu separatament u li ġie esproprijat mill-Gvern jitħallas meta d-Dipartiment ta’ l-Artijiet jiġi allokat il-fondi neċessarji għal dan il-għan.
Għawdex — Promozzjonijiet fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni
Question
Tista` l-Ministru tgħid xi promozzjonijiet ingħataw fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-aħħar sitt xhur kien hemm żewġ impjegati fis-settur edukattiv f’Għawdex li ħadu promozzjoni. It-tnejn li huma nħattru Assistent Kap ta’ Skola minn għalliema, wieħed fis-settur sekondarju u l-ieħor f’dak primarju. Il-ħatriet kienu b’seħħ mit-3 ta’ Marzu u t-30 ta’ Marzu 2009 rispettivament.
Hemm ukoll persuna oħra fi grad-tas-servizz ġenerali li minn Assistent Prinċipal laħqet Prinċipal b’seħħ mid-9 ta’ Frar 2009.