Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8972 u 8439 u jgħid kemm hija l-waiting list fil-preżent għat-test tal-iSleep Apnea u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li bħalissa hemm 650 pazjent li qegħdin jistennew għal dan it-test.
Informat ukoll li minħabba n-nuqqas ta' technicians speċjalizzati biex jagħmlu dawn it-testijiet tas-sleep studies, bħalissa qegħdin isiru medja ta' 7 fix-xahar. Sadanittant qed jiġu mħarrġa żewġ technicians oħra li meta jispiċċaw mit-taħriġ tagħhom ikunu jistgħu isiru madwar 20 overnight sleep studies fix-xahar.
Hemm il-ħsieb ukoll li jiġi ntrodott servizz ta' sleep studies fid-dar tal-pazjenti (Domiciliary Diagnostic procedure) biex b'hekk titnaqqas il-lista ta' stennija għal dan it-test.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8952, tista' l-Ministru tgħid għaliex mhux qed jingħata s-servizz lil dawn it-tfal fl-Isptar Ġeneral ta' Ġħawdex minkejja li ilhom jiġu mwiegħda dan għal ħafna u ħafna snin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandi xejn xi nżid aktar mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8952.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8971 u 8440 u jgħid kemm hi l-waiting list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?
Qorti ta' Għawdex — Spejjeż ta' vjaġġar ta' xhieda
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallas l-uffiċċju tiegħu għar-rigward spejjeż ta' vjaġġar u akkomodazzjoni biex setgħu jiġu jixhdu tliet rangers Ingliżi f'kawża tal-kriminal li nstemgħet quddiem il-Maġistrat Edwina Grima fil-Qorti ta' Għawdex fis-seduta tat-2 ta' Ġunju 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ħallas xejn fir-rigward tal-ispejjeż relatati max-xhieda barranin fil-każ imsemmi.
Jista l-Ministru jgħid kemm kienu s-salary scales u żidiet fil-pagi fl-aħħar tliet snin tal-ħaddiema kollha kull grad separatament ta' l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ġew ikkancellati l-interviews għall-assistant care workers fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi li kellhom isiru din il-ġimgħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-call ta’ Assistant Care Worker fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi setgħu japplikaw għaliha uffiċjali pubbliċi fi grad bi skala mhux ogħla minn skala 16.
Kien hemm numru ta’ applikanti li nħarġilhom il-GP 47, u l-Bord tal-Għażla nduna li xi wħud mill-applikanti kienu jaħdmu fuq bażi
part
-
time
.
Il-Bord talab kjarifika fuq l-eleġibilita’ ta’ dawn l-applikanti mingħand il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
L-intervisti ġew posposti sakemm il-kummissjoni tagħmel il-kjarifiki tagħha.
Peress li residenti li joqogħdu qrib l-Isptar Ġenerali t'Ghawdex qed jilmentaw minn irwejjaħ u dħaħen li ħergin miċ-ċumnija, tista` l-Ministru tagħti spjegazzjoni plawsibbli għal dan u tgħid x'inhu l-kaġun ta' dan l-inkonvenjent?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li reazzjoni ta’ kombustjoni tiġġenera emissjonijiet ta’ gass. L-użu taċ-ċumnija huwa proprju li jnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti ta’ l-inħawi minħabba l-għoli tagħha. Il-boilers ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex joperaw b’tip ta’ zejt magħruf bħala thin fuel oil. Il-burners huma pressure jet burners u ż-żejt jiġi mħallat ma’ l-arja f’proporzjoni korretta waqt il-proċess ta’ kombustjoni. Meta il-burner jinxtgħel jew jaqleb minn low għall- high flame jista’ jkun hemm emissjoni momentarja ta’ duħħan iswed. L-amministrazzjoni ta’ l-Isptar qed tikkonsidra l-installazzjoni ta’ smoke monitoring device sabiex jassisti biex jitjieb il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ duħħan riżultat tal-proċess ta’ kombustjoni.
Tista l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għal Għawdex ta' live saving/life rescue f'inċidenti tal-baħar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-servizzi ta’ live saving/life rescue hu provdut mill-AFM flimkien mas-Civil Protection is-sena kollha kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex
Peress li issa in konsegwenza tat-talbiet li saru fuq ħlas tad-dazju fuq il-vetturi, il-persuni b'diżabilità ġew affetwati avversament, jaħseb il-Ministru li ta' l-inqas dawn il-persuni għandhom jiġu eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8439 u jgħid kemm hija l-waiting list fil-preżent għat-test tal-iSleep Apnea u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari 8603 u jgħid x'inċentivi fiskali ġew introdotti mill-Gvern fl-aħħar ħames snin għan-nisa biex jiġu nkoraġġuti jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti d-detallji ta' kull skema separatament, jgħid meta kull inċentiv/skema ġiet imħabbra u meta kull waħda daħlet fis-seħħ?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — sentenza ta' appell
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni s-sentenza tal-appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għaliex ilha biex tingħata sa mit-13 ta' Frar 2008, u dan qed joħloq preġudizzju kbir għall-persuna konċernata, peress li sakemm ikollha d-deċizjoni ma tistax tapplika għall-fondi in konnessjoni ma' żvilupp mertu ta' dan l-istess appell?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8403, tista' l-Ministru telenka l-organizzazzjonijiet li attendew għal-laqghat imsemmija u tgħid kemm saru laqgħat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li saru laqgħat ma l-organizzazjonijiet murija fit-tabella annessa:
LISTA TA’ ORGANIŻŻAZJONIJIET LI ATTENDEW GĦAL LAQGĦAT TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-VIŻJONI EKO-GĦAWDEX
L-Assocjazjoni tat-Turiżmu Għawdxija (GTA)
L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA)
Gozo Business Chamber (GBC)
L-Universita’ ta’ Malta
ETC (Għawdex)
Malta Organic Agriculture Movement (MOAM)
Centru ta’ Għawdex tal-Universita’ ta’ Malta
Grupp Universitarji Għawdxin (GUG)
MCAST (Għawdex)
Kulleġġ ta’ Għawdex
Istitut għall-Istudji Turistici ta’ Għawdex
Wasteserv Malta
Laqgħat mal-Kunsilli Lokali Għawdxin
Enemalta
WSC
Kunsill tal-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin
Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar
Partit Nazzjonalista
Nature trust / Eko-Skola
Heritage Malta
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-għajnuna tal-Gvern lill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u l-Gozo Business Chamber f'reklamar f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Ministeru għall-Għawdex li kien strumentali biex jitwaqqfu dawn iż-żewġ assoċċjazjonijiet kontinwament jikkontribwixxi kemm finanzjarjament kif ukoll b'modi oħra sabiex jintlaħaq l-għan li għalih ġew mwaqqfa. Għaldaqstant f'dak li hi għajnuma għall-riklamar kemm direttament kif ukoll inderettament, hi murija fit-tabella annessa.
Peress li ġenituri tat-tfal bid-diabete qed jilmentaw persistentement minħabba n-nuqqas ta' speċjalista tat-tfal bid-diabete, u peress li dan l-ispeċjalista ilu jigi mwiegħed imma minn dan għadu ma seħħ xejn, tista' l-Ministru tindirizza din il-ħteġa immedjatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li bħalissa f'Għawdex hawn erbat itfal dijabetiċi. Dawn qed jingħataw servizz mill-ispeċjalisti pedjatriċi fl-Isptar ta' Għawdex. Meta u fejn ikun hemm bżonn, dawn it-tfal jintbagħtu għand l-ispeċjalista ta' l-edokrinoloġija tat-tfal fl-Isptar Mater Dei.