Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9529 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — nuqqas ta' ċilindri tal-ossiġnu

Question

Peress li f'dawn l-aħħar ġranet kien hemm ilmenti minħabba n-nuqqas ta' ċilindri tal-ossiġnu għall-pazjenti tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid għaliex dan l-isptar spiċċa mingħajr fornitura ta' ossiġnu u tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata lill-ebda ħin u taħt l-ebda ċirkustanza ma kien hemm nuqqas ta' osiġnu b'detriment tal-pazjenti tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex

Torri tax-Xlendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9365 u 8949 u jgħid kif saret l-għażla tal-għaqda għall-konċessjoni tat-Torri tax-Xlendi mill-Kummissarju tal-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9228.
Leg 11 PQ #9541 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — sentenza ta' appell

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9367 u 9023 u jgħid għal liema raġuni s-sentenza tal-appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha biex tingħata sa mit-13 ta' Frar 2008? Dan qed joħloq preġudizzju kbir għall-persuna konċernata, peress li sakemm ikollha d-deċizjoni ma tistax tapplika għall-fondi in konnessjoni ma' żvilupp mertu ta' dan l-istess appell.

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'referenza ghall mistoqsija parlamentari 9541, 9367 u 9023, ninfurmak li wara li każ ta' appell jiġi diferit għad-deċiżjoni, hija l-prorogattiva tal-Bord li jiddeċiedi meta tingħata d-deċiżjoni.

Inċentivi fiskali — nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 9368, 8974 u 8603 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inċentivi fiskali ġew introdotti mill-Gvern fl-aħħar ħames snin għan-nisa biex jiġu inkoraġġuti jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti d-detallji ta' kull skema separatament? Jista' jgħid meta kull inċentiv/skema ġiet imħabbra u meta kull waħda daħlet fis-seħħ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex- Xagħra — Triq Ġnien Xibla - Pressa tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9323 u cioè: Peress li r-residenti fit-tarf ta' Triq Ġnien Xibla, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw għaliex m'hemmx pressa ta' l-ilma u qed ikollom inkonvenjent minħabba dan? Jista' jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax illi fl-imsemmija triq kien jew hemm xi rapporti ta’ pressa baxxa tal-ilma. Sadanittant, saret investigazzjoni f’din it-triq u nstab li l-pressa hija tajba ħafna.
Leg 11 PQ #9398 Sitting 128 2009-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Pjazza Savina - kumulu ta' ilma

Question

Peress li residenti u sidien tal-ħwienet fi Pjazza Savina qed jilmentaw minħabba problemi ta' kumulu ta' ilma meta tkun ix-xita in partikolari l-parti tal-pjazza inklinata 'l isfel, tista' l-Ministru tara li tiġi ndirizzata din il-problema peress li meta dawn in-nies ilmenaw mal-Kunsill Lokali tar-Rabat, ġew infurmati li dan l-inkonvenjent jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-livelli fi Pjazza Savina huma tali li mhux la kemm tiġi evitata l-problema msemmija mill-Onorevoli Nterpellant sakemm ma jsirx xogħol ta' kostruzzjoni fl-imsemmija area b'mod partikulari bil-bini ta' water culvert. Dan isir aktar 'l quddiem meta jkun possibbli.

Warrants ta' nutara u avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar 15-il sena kemm saru eżamijiet tal- warrants ta' nutara u ta' avukati u jgħid meta saru u meta ttieħed il-ġurament? Jista' jgħid kemm qagħdu għall-eżamijiet rispettivi u kemm għaddew u ħadu l-ġurament tal-ħatra? Kemm minnhom irrinunzjaw għall-warrant u meta? Kemm minnhom kienu Għawdxin u kemm minnhom Maltin? Meta dehru l-avviżi relattivi fil-Gazzetta tal-Gvern, kemm rigward il-ħatra kif ukoll rigward ir-rinunzji?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Rigward l-aħħar parti tad-domanda, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika dwar l-avviżi relattivi fil-Gazzetta tal-Gvern u lanqas dwar in-numru ta' avukati li jirrinunzjaw għall-warrant. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija rigward in-nutara lill-Ministru kkonċernat.

Kummissarju ta' l-Artijiet — Torri tax-Xlendi - għażla ta' l-għaqda għall-konċessjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif saret l-għażla ta' l-għaqda għall-konċessjoni tat-Torri tax-Xlendi mill-Kummissarju ta' l-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Torri tax-Xlendi preżentament mhu mikri lil ħadd.
Leg 11 PQ #9384 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — Parking bay

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi ndirizzat il-każ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għax ilu jistenna risposta għall-ilment tiegħu mir-review panel tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità dwar estensjoni ta' parking bay?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jipprovdi iktar informazzjoni fuq il-persuna konċernata biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba.

Għawdex, Kerċem — Katusa mgħottija

Question

Peress li waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet fit-Triq 10 ta' Marzu 1885 f'Kercem, Għawdex, giet mgħottija l-katusa tar-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li b'konsegwenza ta' dan inħoloq inkonvenjent kbir lil dawn ir-residenti minħabba l-isbokk ta' l-ilma u li minkejja li s-sidien ilhom jilmentaw ma' l-Awtoritajiet konċernati dawn għadhom bil-problema, jista` l-Ministru jara kif tista' tigi rimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9291 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma dawk is-self employed li jaqilgħu sa €8,840 fis-sena ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissarju ta' l-Artijiet — Torri tax-Xlendi - għażla ta' l-għaqda għall-konċessjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9228 u jgħid kif saret l-għażla ta' l-għaqda għall-konċessjoni tat-Torri tax-Xlendi mill-Kummissarju ta' l-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9228.
Leg 11 PQ #9390 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting list għall-mammogram

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9230, 8971 u 8440 u jgħid kemm hi l-waiting list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qorti tal-Familja — Medjaturi

Question

B'referenza ghall-mistoqsija parlamentari 8574, jista' l-Ministru jgħid kull wieħed u waħda mill-medjaturi xi kwalifiki għandhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Persuni b'diżabilità — eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9226 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li issa in konsegwenza tat-talbiet li saru fuq ħlas tad-dazju fuq il-vetturi, il-persuni b'diżabilità ġew affetwati avversament, jaħseb il-Ministru li ta' l-inqas dawn il-persuni għandhom jiġu eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, f’ċirkuztanzi li jirrigwardjaw eżenzjonijiet, il-Gvern dejjem jaħdem abbażi ta’ policies u guidelines u dak li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant jifforma parti minn dawn il-policies u guidelines. Għalhekk, jekk hemmx ħlas dovut ta’ dazju fuq vetturi, hu immaterjali f’tali ċirkustanzi.

Torri tax-Xlendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8949 u jgħid kif saret l-għażla tal-għaqda għall-konċessjoni tat-Torri tax-Xlendi mill-Kummissarju tal-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9366 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting list għall-mammogram

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8971 u 8440 u jgħid kemm hi l-waiting list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li ż-żmien ta' stennija għall-mammogram jiddependi mill-kundizzjoni klinika tal-pazjent. Kull talba għal mammogramm tiġi ivvetjata u l-appuntament jingħata skond il-bżonn ta' kull każ. Każijiet ġodda isirilhom it-test malajr. Follow-up mammograms għal każ magħrufin ta' kanċer tas-sider isiru f'intervalli regolari. Ta' min jinnota li minn Ottubru 2008 id-Dipartiment tal-Medical Imaging tal-Isptar Mater Dei beda joffri biss servizz tal-mammogram għal dawk li diġa għandhom xi sintomi, u mhux servizz ta' screening. Bħalissa l-waiting list għall-mammograms hija 2,000 ruħ. L-itwal żmien ta' stennija, għall-każi l-inqas urġenti, huwa ta' għaxar xhur. Ħafna minn dawn huma screening mammograms li kienu talbu appuntament qabel Ottubru 2008.
Leg 11 PQ #9367 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — sentenza ta' appell

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9023 u jgħid għal liema raġuni s-sentenza tal-appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għaliex ilha biex tingħata sa mit-13 ta' Frar 2008, u dan qed joħloq preġudizzju kbir għall-persuna konċernata, peress li sakemm ikollha d-deċizjoni ma tistax tapplika għall-fondi in konnessjoni ma' żvilupp mertu ta' dan l-istess appell?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9368 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Inċentivi fiskali — nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 8974 u 8603 u jgħid x'inċentivi fiskali ġew introdotti mill-Gvern fl-aħħar ħames snin għan-nisa biex jiġu nkoraġġuti jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti d-detallji ta' kull skema separatament, jgħid meta kull inċentiv/skema ġiet imħabbra u meta kull waħda daħlet fis-seħħ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma toffri ebda nċentivi fiskali u lanqas hu kompitu tagħha li toffri dawn l-inċentivi.