Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9868 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — Regolamenti tal-maternità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru lmenti lill-Awtorità dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol in konnesjoni ma' ksur ta ' regolamenti dwar il-protezzjoni tal-maternità fuq il-post tax-xogħol f'dawn l-aħħar disa snin minn meta gie promulgat l-avviż legali relattiv?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita irċeviet ilment wieħed biss, iżda irċeviet diversi talbiet għal informazzjoni minn diversi ‘pregnant women’ dwar id-drittijiet tagħhom. Dawn it-talbiet imorru lura mis-sena 2002 minn meta twaqfet l-istess Awtorita’.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Għawdxin maħtura f'bordijiet

Question

Jista` l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma hemmx membri Għawdxin.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Għawdxin maħtrua f'bordijiet

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Għawdxin maħtura f'bordijiet

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li hemm 9 Għawdxin, li mhux kollha huma residenti f’Għawdex, li huma maħtura f’bordijiet. Seba’ minnhom huma membri tal-Bord rispettiv filwaqt li persuna waħda hi Chairperson. Minn dawn, persuna waħda li hi membru tal-Bord, tirċievi rimunerazzjoni ta € 291,17 fix-xahar. L-oħrajn ma jirċievu l-ebda rimunerazzjoni. Id-dati tal-ħatra ta’ dawn il-persuni, li xi wħud minnhom huma maħtura fuq iktar minn Bord wieħed, hi skond kif ġej: Advisory Committee for the Promotion of Local Produce Dr Joe Grech, membru mit-13.10.08 Animal Welfare Council Betty Berry, membru md-29.01.08 Farm advisory Services Board Dr Marika Gatt, chairperson mit-22.05.09 Majjistral Nature and History Park Mr Chris Attard, Membru mit-28.09.07 Pesticides Control Board Dr Marika Gatt, Membru minn Ġunju 2009 Competent Authority – Paying Agency Dr Francelle Saliba, Membru mid-19.06.08 Plant Protection Board Mr Anthony Muscat, membru mill-01.08.08 Ms Nicole Zerafa, membru mill-01.08.08 Dr Marika Gatt, membru mill-01.08.08 Scientific Commission for the Control of the Red Palm Weevil Mr Anthony Muscat, membru minn Awissu 08 Mr Joseph Bonello, membru minn Awissu 08 Dr George Attard, membru minn Awissu 08 Dr Marika Gatt, membru minn Awissu 08

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Għawdxin maħtura f'bordijiet

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m'hemmx Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Naturalment hemm Għawdxin li jservu f'bordijiet t'entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Għawdxin maħtura f'bordijiet

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm Ghawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika min jikkwalifika bħala ‘Għawdxi’ għal fini ta’ din il-mistoqsija.
Leg 11 PQ #9716 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Għawdxin maħtura f'bordijiet

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Inċentivi fiskali — nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 9542, 9368, 8974 u 8603 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inċentivi fiskali ġew introdotti mill-Gvern fl-aħħar ħames snin għan-nisa biex jiġu inkoraġġuti jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti d-detallji ta' kull skema separatament? Jista' jgħid meta kull inċentiv/skema ġiet imħabbra u meta kull waħda daħlet fis-seħħ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9542.

Korp tal-Pulizija — Nuqqas ta' faċilitajiet

Question

Peress li ċertu pulizija anke f'din it-temperatura jridu jagħmlu eżerċizzju fiżiku u fosthom hemm ukoll Għawdxin li jridu jqumu fil-ħamsa ta' filgħodu biex jitilghu Malta mal-vapur tas-sitta, dawn imorru għal dan it-training u lanqas fejn jinħaslu m'għandhom u għandhom ġurnata maħsulin bl-għaraq, jista` l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni inumana tiġi ndirizzata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-Akkademja tal-Pulizija hemm biżżejjed showers biex jakkomodaw lil dawk il-membri tal-Korp, kemm nisa kif ukoll irġiel, li wara t-taħriġ tagħhom jixtiequ jinħaslu.

Torri ta' Xlendi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent min qed jieħu ħsieb it-Torri tax-Xlendi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern reġgħet ħadet lura f’idejha t-Torri tax-Xlendi wara li ġiet infurzata Ordni ta’ Żgumbrament.

Għawdex — torrijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-torrijiet kollha ta' Għawdex f'idejn min qiegħdin u b'liema titolu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed tinġabar l-informazzjoni kollha relatata ma’ dawn it-torrijiet, u f’ċerti każijiet trid tiġi kkonfermata ukoll bi spezzjoni fuq il-post.
Leg 11 PQ #9709 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Għawdxin maħtura f'bordijiet

Question

Jista` l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9710 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sant'Anna — residenti - attivitajiet soċjo-kulturali

Question

Tista' l-Ministru tgħid ir-residenti ta' Sant'Anna xi programm ta' attivitajiet soċjo-kulturali għandhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9291 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma dawk is-self employed li jaqilgħu sa €8,840 fis-sena ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2007 kien hawn total ta’ 11,855 taxpayers li ddikjaraw dħul sa € 8840 bħala self-employed.

Inċentivi fiskali — nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 9368, 8974 u 8603 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inċentivi fiskali ġew introdotti mill-Gvern fl-aħħar ħames snin għan-nisa biex jiġu inkoraġġuti jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti d-detallji ta' kull skema separatament? Jista' jgħid meta kull inċentiv/skema ġiet imħabbra u meta kull waħda daħlet fis-seħħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9629 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting list għall-mammogram

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9390, 9230, 8971 u 8440 u jgħid kemm hi l-waiting list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 9366.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9387 u 9291 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma dawk is-self employed li jaqilgħu sa €8,840 fis-sena ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9387.

Għawdex, Kerċem — Katusa mgħottija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9385 u cioè: Peress li waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet fit-Triq 10 ta' Marzu 1885 f'Kercem, Għawdex, giet mgħottija l-katusa tar-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li b'konsegwenza ta' dan inħoloq inkonvenjent kbir lil dawn ir-residenti minħabba l-isbokk ta' l-ilma u li minkejja li s-sidien ilhom jilmentaw ma' l-awtoritajiet konċernati dawn għadhom bil-problema, jista` l-Ministru jara kif tista' tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9637 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Triq l-Imgħallem - spazju magħluq

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fil-parti t'isfel ta' Triq l-Imgħallem, fir-Rabat Għawdex, tista' l-Ministru tgħid għalfejn ingħalaq spazju u tgħid x'utilità huwa maħsub li għandu dan l-istess spazju magħluq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ispazju msemmi fil-mistoqsija ngħalaq biex jagħti direzzjoni aħjar lit-traffiku li jkun qiegħed idur mar-roundabout.
Leg 11 PQ #9638 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sant' Anna — residenti - ħlas

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm iħallsu fis-sena r-residenti ta' Sant' Anna? In oltre tista' tgħid jekk il-pazjenti kollha li hemm fil-preżent iħallsux kollha l-istess ammont? Jekk le, tista' tgħid kemm huma dawn ir-residenti u kemm hi d-differenza fil-ħlas?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.