Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — teleworking u reduced hours
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'din l-aħħar sena, kien hemm għaxar talbiet għal teleworking. Tnejn minnhom ma ġewx milqugħa. Kien hemm ukoll tliet talbiet għal reduced hours li kollha ġew milqugħa.
Ministeru għall-Politika Socjali — teleworking u reduced hours
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — teleworking u reduced hours
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — teleworking u reduced hours
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-aħħar sena saru disa’ u għoxrin (29) talba għall-teleworking li minnhom ġew aċċettati għoxrin (20), tmienja (8) qed jiġu pproċessati filwaqt li waħda (1) ġiet rifjutata. Fir-rigward tar-reduced hours, jien infurmat, li kien hemm sbatax-il talba li kollha ġew aċċettati.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni u upgrading sar fil-korsa taż-żwiemel f'Ta' Xħajma matul din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni u upgrading li saru matul l-2009 fil-faċilità tal-korsa taż-żwiemel f'Ta Xħajma jinkludu bdil tal-faċilitajiet sanitarji bi twaħħil ta' madum tal-art u tal-ħajt ġdid u stallazzjoni ġdida tad-dawl u l-ilma fl-istess post. Barra minn hekk, sar ukoll xogħol ta' żebgħa fejn kien meħtieġ fl-istess lokalità.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni u upgrading sar fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex matul din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni u upgrading li saru matul din is-sena fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex jinkludu:-
Bdil ta' l-art ta'
vinyl sheeting
fid-Dipartiment tal-Fisjoterapija.
Refurbishment
tas-CCU. Ix-xogħlijiet jinkludu tneħħija tas-suffitt tal-
asbestos
, moderniżżar ta' u estensjoni fis-sistema ta' l-elettriku, bdil ta'
pipes
tal-ilma, installazzjoni ta'
nurse call
u
fire alarm systems
, xogħolijiet ta' żebgħa, bdil ta' aperturi, installazzjoni ta' suffitt ġdid, bdil tal-art tal-
vinyl sheeting
u nstallazzjoni ta' sistema tal-arja kundizzjonata.
Tneħħija tas-suffitt tal-
asbestos
f'diversi partijiet ta' l-isptar u nstallazzjoni ta' suffitt ġdid.
Inbeda x-xogħol fuq l-ewwel fażi tar-
refurbishment
tad-Dipartiment tar-Radjoloġija.
Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm f'dawn l-aħħar xhur rigward it-trasport bl-ajru bejn iż-żewġ gżejjer?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li filwaqt li s-servizz tas-seaplane bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex kompla matul is-sajf, dawn l-aħħar ġimgħat beda jopera servizz (mhux bi skeda) ta' helicopter bejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-Heliport ta' Għawdex. Dan is-servizz jinkludi kemm transfers bejn l-Ajruport u l-Heliport, kif ukoll mawriet panoramiċi madwar Għawdex u Kemmuna.
Għawdex — Taċ-Ċawla Housing Estate - xogħlijiet ta' manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni saru f'dawn l-aħħar ħames snin fil-blokok ta' appartamenti tal-housing estate taċ-Ċawla fir-Rabat, Għawdex li huma proprjetà tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
It-Taqsima Proprjetà tal-Gvern mhiex l-awtorità kompetenti li tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fi blokok ta’ appartamenti li huma proprjetà tal-Gvern, għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex — proprjetajiet tal-Gvern allokati għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet tal-Gvern f'Għawdex li huma allokati għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ kirjiet residenzjali ta’ proprjetajiet tal-Gvern f’Għawdex huwa ta’ 438. Dan l-ammont ma jinkludiex proprjetajiet li huma amministrati mill-Awtorità tad-Djar.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-canteen tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex ilu xhur twal magħluq? Tista' inoltre tgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-canteen?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-canteen tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ingħalaq mid-Dipartiment tal-Artijiet. Jiena nfurmata wkoll li l-istess Dipartiment qed jaħdem biex joħroġ sejħa ġdida għall-offerti għall-kiri tal-canteen.
Tista' l-Ministru tirrapporta x'progress sar fix-xogħlijiet fil-Biċċerija t'Għawdex f'dawn l-aħħar xhur?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fl-aħħar xhur ġiet mogħtija l-offerta għall-provvista, nstallazzjoni, ttestjar u, kummisjonar ta' apparat u servizzi anċillari u qegħdin isiru wkoll xogħolijiet ta' kostruzzjoni u xogħolijiet anċillari mill-ħaddiema tal-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.
Applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet u kemm minnhom ġew milqugħa għall-akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul dawn l-aħħar tlett snin daħlu 50 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali u ġew milqugħa (aċċettati) 46 applikazzjonijiet minn Għawdex.
Awtorità tad-Djar — Applikazzjonijiet għal units f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet lill-Awtorità tad-Djar minn Għawdxin għal units f'Għawdex għal kull skema disponibbli f'dawn l-aħħar tliet snin u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Sena Ħarġa Applikazzjonijiet Validi minn Applikanti Għawdxin
2007 LN3SO 12
2008 - -
2009 LN 74 1