Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10794 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Parental Leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li kien hemm tletin talba għall-parental leave f'din l-aħħar sena mill-impjegati tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Dawn it-talbiet ġew milqugħa kollha.
Leg 11 PQ #10796 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — family friendly measures

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Family Friendly Measures

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iħaddan Family Friendly Measures kif stipulat mill-Public Service Management Code. Il-Ministeru m'għandux faċilità ta' childcare.
Leg 11 PQ #10798 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Ministeru għall-Politika Soċjali tħaddem il-family friendly measures kollha li huma previsti mill-Public Service Management Code. Informat ukoll li faċilitajiet ta' childcare s'issa jinsabu għall-ħaddiema ta' l-Isptar Mater Dei. Għaddej ukoll il-proċess għal twaqqif ta' Ċentru ta' Childcare fir-Residenza San Vinċenz.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li fil-Ministeru jitħaddmu diversi family-friendly measures fosthom il-maternity, parental u responsibility leave kif ukoll ir-reduced hours, il-flexi hours u t-teleworking. Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 10780 li turi n-numru ta’ impjegati li jibbenefikaw minn dawn il-miżuri. Barra minnhekk, il-ħaddiema jiġu mħeġġa biex jattendu korsijiet ( work-life balance training sessions ) imnedija apposta biex jinkoraġġixxu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja. Din is-sena, għall-ewwel darba, ser jittella’ Induction Course li għalih ser jiġu mistiedna wkoll dawk il-ħaddiema li matul is-sena rritornaw fuq il-post tax-xogħol wara perjodu ta’ parental jew responsibility leave . S’issa fil-Ministeru għad m’hemmx faċilità ta’ childcare .
Leg 11 PQ #10787 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li tagħrif dwar id-Dipartiment tas-Saħħa għadu qed jinġabar.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi saru 21 talba minn ġenitur mara għall-parental leave u ntlaqgħu il-21 li huma.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li f’din l-aħħar sena saru tmien(8) talbiet għall-Parental Leave li kollha ġew aċċettati.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kien hemm 3 talbiet għall-parental leave u dawn kollha intlaqgħu.
Leg 11 PQ #10792 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru kien hemm talba għal 13 għall-Parental Leave li dawn kollha ġew milqugħin.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Parental Leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — teleworking u reduced hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'din l-aħħar sena fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kien hemm 6 talbiet għal teleworking u li minnhom intlaqgħu 5. Imbagħad kien hemm 16- il talba għal reduced hours li intlaqgħu kollha.
Leg 11 PQ #10782 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — teleworking u reduced hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi din l-aħħar sena kien hemm 15- il talba għal teleworking u 29 talba għal reduced hours. Infurmat ukoll li dawn it-talbiet kollha intlaqgħu.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — teleworking u reduced hours

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba se tingħat mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10804 ta’ Seduta 151.
Leg 11 PQ #10784 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — teleworking u reduced hours

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10785 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — parental leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Parental Leave

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul din l-aħħar sena kien hemm tliet talbiet minn membri femminili tal-istaff għall-Parental Leave u dawn ġew milqugħa kollha.
Leg 11 PQ #10775 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Kumpless Downtown — rilokazzoni tal-arkivju notarili

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm f'dawn l-aħħar xhur rigward ir-rilokazzjoni tal-arkivju notarili fil-Kumpless Downtown?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-rilokazzjoni tar-Reġistru Pubbliku għall-Kumpless Downtown ser issir fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #10776 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — teleworking u reduced hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.