Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11488 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali għall-Famlija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja minn meta reġgħet twaqqfet sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul il-perjodu ta’ ħatra 2008-09 il-Kummissjoni Nazzjonali Familja wettqet din il-ħidma: - tnedija uffiċjali tal-ewwel Monografu ta’ riċerka tal-Kummissjoni, dwar l-effett tal-faqar fuq il-Familja b’mod speċjali t-tfal. Din it-tnedija kienet marbuta ma’ seminar pubbliku li ddiskuta din it-tema; - tnedija uffiċjali tat-tieni Monografu ta’ riċerka tal-Kummissjoni, dwar l-effett tal-leġislazzjoni ewropeja fuq il-politika Maltija dwar il-familja. Din it-tnedija kienet marbuta ma’ seminar pubbliku li ddiskuta din it-tema; - evalwazzjoni tal-proġett bi sħubija mal-Fondazzjoni Santa Jean Antide b’risk żoni vulnerabbli partikolari, u tkomplija tiegħu; - parteċipazzjoni f’Seminar organizzat mill-UE dwar il-politiki tal-familja madwar l-Ewropa, bħala parti mill-proċess ta’ ħidma fuq il-Politika Nazzjonali tal-Familja; - ħidma sfiqa fuq, u tkomplija ta’, it-tielet abbozz tal-Politika Nazzjonali tal-Familja, li sal-aħħar tal-mandat tal-Kummissjoni tressaq għall-konsiderazzjoni tal-Kabinett. Wara r-reazzjoni tal-Kabinett il-mandat ta’ din il-Kummissjoni ttawwall sa Diċembru tal-2009 biex jilħaq jitlesta r-raba’ u l-aħħar abbozz tal-Politika.
Leg 11 PQ #11637 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati bit-teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #11639 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — impjegati bit-teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:- Entita' Numru ta' Haddiema bit-teleworking Sistema li qed tithaddem Facilita li jinghataw Ministeru/Dipartiment 2 Standard Office Automation Software Internet-email-VPN-pen-drives Civil Protection 2 Compjuter personali CCF 2 Compjuter personali Email only Law Courts 7 Software ezistenti Jigu pprovduti wkoll bil-karti, pen-drives u cartridges AWAS 2 Compjuter personali

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — materjal stampat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tagħha ġod-djar tan-nies? Tista' tgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11151 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — materjal stampat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tagħha ġod-djar tan-nies? Tista' tgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Parapathetic teacher — skejjel primarji u sekondarji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm parapathetic teachers f'Għawdex fl-iskejjel primarji u sekondarji separatament, għal kull suġġett għal kull skola u kemm hemm load għal kull għalliem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — materjal stampat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ntbagħat l' ebda materjal stampat f' din l-aħħar sena, ġod-djar tan-nies.
Leg 11 PQ #11143 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — materjal Stampat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ materjali stampat mibgħut ġod-djar tan-nies f’din l-aħħar sena kien ta’ 881,000. Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard bagħat ġod-djar tan-nies madwar 161,000 fuljett. Is-suġġett tal-fuljett kien dwar ‘L-influwenza Virus A (H1N1). Kif tipproteġi lilek innifsek’. Il-materjal ma kienx fuq karta riċiklata iżda dawn setgħu jiġu riċiklati. Minn żmien għal żmien intbagħtu wkoll fuljetti oħra fi djar dwar edukazzjoni b’risq il-promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni ta’ mard fuq talba tal-pubbliku ġenerali. Ma tinżammx statistika dwar l-ammont f’każi bħal dawn. Informat li n-numru ta’ ittri mibgħuta mill-iSptar Mater Dei kien jammonta għal madwar 720,000. Il-maġġoranza tagħhom kienu ittri mibgħuta lil pazjenti għall-appuntamenti tal-Outpatients, Medical Imaging u proċeduri kirurġiċi. Il-materjal ma kienx fuq karta riċiklata iżda dawn setgħu jiġu riċiklati. Iktar informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — materjal stampat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — materjal stampat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11147 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — materjal stampat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li tul din is-sena ġew stampati s-segwenti,White Paper dwar il-Ġustizzja Riparatriċi; Miżuri Legali ta' Ġid għan-Negozji Żgħar u Medji; Rapport tal-ewwel Sena ta' Ħidma u; l-Medjazzjoni - Mistoqsijiet dwar il-proċess. Infurmat ukoll li dawn id-dokumenti ntbgħatu lil kategoriji ta' persuni nteressati, bħal Sindki, Periti, Tobba, Accountants, nies fin-negozju u fl-industrija, Kappillani eċċ. Dawn id-dokumenti ġew kollha stampati jew fuq karta reċikabbli jew reċiklata.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal stampat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema ireddgħu t-trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi jeżistu faċilitajiet ta' dan it-tip fil- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Għalkemm ma hemmx faċilitajiet f'postijiet oħra ta' xogħol, dan ma jfissirx li f'każ li ssir talba f'dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa`.
Leg 11 PQ #11136 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jeżistux faċilitajiet li staqsiet dwarhom l-Onorevoli Membru. Dan ma jfissirx li f'każ li ssir it-talba f'dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa'.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ma jeżistux faċilitajiet apposta biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi tagħhom. Dan ma jfissirx li f’każ li ssir xi talba f’dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa’.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi

Question

Tista' l-Ministru tgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tagħha, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi jeżistu faċilitiajiet ta' dan it-tip fil-Kunsill Malti għall-iSport u fis-Segretarjat tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport. Għalkemm ma hemmx faċilitajiet f'postijiet oħra ta' xogħol, dan ma jfissirx li f'każ li ssir talba f'dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa`.
Leg 11 PQ #11140 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi

Question

Tista' l-Ministru tgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tagħha, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jeżistux faċilitajiet apposta biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi tagħhom. Dan ma jfissirx li f'każ li ssir xi talba f'dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa'.