Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal tax refund minn nisa li rritornaw għax-xogħol? Kemm ġew milqugħa u kemm ġew imħallsa?
Response (FENECH, TONIO)
In-numru ta’ talbiet għal tax refund minn nisa li rritornaw għax-xogħol hu ippreżentat fit-tabella hawn taħt:
Sena ta’ Stima
Numru ta’ Talbiet
Ammont Imħallas (€)
2006
301
188,167
2007
528
415,590
2008
735
436,625
2009
2,097
2,191,889
Total
3,661
3,232,271
Kif indikat f’din it-tabella, l-ammont totali li ġie imħallas hu ta’ €3,232,271. Minn 3,661 talba li saret lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, intlaqgħu 3,652.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal tax refund għall-ispejjeż ta' child care u kemm effettivament ġew milqugħa u mħallsa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ talbiet li saru għal tax refund għall-ispejjeż ta’ child care, kif ukoll in-numru ta’ talbiet li ġew milqugħa u l-ammont li tħallas hu ppreżentat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — materjal stampat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — impjegati bit-teleworking
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skejjel primarji f'Għawdex — tfal li qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm tfal qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum fl-aħħar tliet snin f'kull skola primarja f'Għawdex separatament u kemm għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm intake ta' studenti fl-MCAST ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn għal kull kors separatament u tgħid kemm kien hemm drop outs f'kull kors separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fiċ-ċentru għal matul il-jum Santa Marta mid-data tal-ftuħ tiegħu sal-lum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li, mil-lat ta' xogħlijiet, mid-data tal-ftuħ taċ-Ċentru għal matul il-Jum 'Santa Marta', sar tqegħid ta' cable tad-dawl ġdid biex tissaħħaħ il-qawwa tad-dawl ta' dan iċ-Ċentru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm sitt (6) impjegati li qed jaħdmu bit-teleworking. Tnejn (2) jinsabu fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u erbgħa (4) oħra fid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza.
Fil-preżent hemm ħames (5) talbiet oħra minn impjegati fid-deksateru tiegħi - erbgħa (4) fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, u oħra fid-Dipartiment taċ-Ċittandinanza - li qed jistennew li jingħtaw il-faċilitajiet neċessarji biex ikunu jistgħu jaħdmu fuq bazi ta' teleworking.
L-impjegati fuq teleworking jingħataw laptop kull wieħed u software ta' office automation u token software (li jassigura sigurta fit-teleworking) u fil-każ tal-erbgħa (4) fid-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi software li jissejjaħ Embassy Cash Management System.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Politika Soċjali — impjegati bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lin-numru ta’ impjegati bit-teleworking fi ħdan il-Ministeru huwa 21. Il-faċilitajiet li ngħataw lil dawn il-ħaddiema huwa skont kif ġej:
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ impjegati bit-teleworking fid-dekasteru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport huwa hekk:
Il-Malta College for Arts, Science and Technology għandu tliet impjegati bit-
teleworking
, tnejn minnhom ingħataw
laptop
u
internet
filwaqt li l-impjegat l-ieħor ingħata
laptop
biss.
L-Istitut għall-Istudji Turistiċi għandu impjegat wieħed li jaħdem bit-
teleworking
u ma ingħatalu ebda faċilitajiet oħra.
Fid-Direttorati tal-Edukazzjoni hemm disa’ impjegati bit-
teleworking
, fejn erba’ minnhom ingħatawlom
laptop
u/jew aċċess għal
software
.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpelllant li fis-Segretarjat tal-Prim Ministru jeżistu faċilitjiet fejn il-ħaddiema fil-privatezza jistgħu irgħeddu lit-trabi tagħhom jew jiġbdu l-ħalib tas-sider. Hemm ukoll il-faċilitajiet neċessarji biex jerfgħu l-ħalib imkessaħ b’mod adegwat sakemm jintemm il-ħin tax-xogħol. Fis-Segretarjat hawn żewġ ħaddiema li għamlu użu min din il-faċilità matul l-aħħar sentejn. L-ommijiet li jagħmlu użu min din il-faċilità m’ghandhomx restrizzjonijiet fil-ħin f’dan ir-rigward.
Hemm ukoll faċilitjiet fid-Dipartiment ta’ l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet li għalkemm fil-preżent m’hemmx ommijiet li qedgħin ireddgħu t-trabi tagħhom, id-Diviżjoni għandha l-faċilitajiet kollha għal dan il-għan.
Għalkemm ma hemmx faċilitajiet f’postijiet oħra ta’ xogħol, dan ma jfissirx li f’każ li ssir talba f’dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa’.
Università ta' Malta — Twaqqif tad-Dipartiment dwar il-Familja
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-ħidma li saret rigward it-twaqqif tad-Dipartiment dwar il-Familja fl-Università ta' Malta u tagħti d-dettalji relattivi kollha dwar il-korsijiet, l-intake ta' studenti, staff u riżorsi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.