Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13137 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — materjal stampat

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11141 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13138 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — riċevimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10806 u jgħid kemm saru riċevimenti f'dawn l-aħħar ħames xhur organizzati jew kordinati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kienet l-okkazjoni? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal kull riċeviment? Kemm attendew? Kemm swiet l-okkazjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13139 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — family friendly measures

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10796 u jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13140 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenti li jagħmlu ħsara lill-mara tqila

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10009 u 9869 u jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex jiġu aġġornati l-iskedi tal-Avviż Legali 92 tal-2002 dwar l-aġenti li jagħmlu ħsara lill-mara tqila , lit-tarbija fil-ġuf u lill-mara li treddgħa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li -Avviz Legali 92/2000 idaħħal fis-seħħ id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 92/85. L-Annessi li hemm kemm fir-Regolamenti kif ukoll fid-Direttiva jinkludu: fil-każ ta’ Anness 1 - lista mhux kompluta ta’ Aġenti fiżiċi, kimiċi u bioloġiċi li dwarhom irid isir eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju; fil-każ ta’ Anness 2 – lista ta’ aġenti, proċessi jew attivitajiet li għalihom mara tqila jew li tkun qed treddgħa ma tistax tkun esposta. Il-Kummissjoni Ewropea ippubblikat gwidi ta’ natura prattika ta’ kif għandu jsir l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju, li jinkludu wkoll tagħrif ta’ kif għandu jiġi evalwat ir-riskju f’sitwazzjonijiet mhux imsemmija fl-Annessi. M’hemm l-ebda ħsieb, la fuq livell Ewropew, u l-anqas hawn Malta li jitbiddlu l-Annessi msemmija.
Leg 11 PQ #13141 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Għawdxin maħtura f'bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9716 u jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella mehmuża ma’ dan id-dokument li ser inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista tinkludi lil dawk li għandhom il-Karta ta’ l-Identità (G), (M), jew (A) u li joqgħodu f’Għawdex, kif ukoll lil dawk li għandhom il-Karta ta’ l-Identità (G) iżda joqgħodu fil-Gżira ta’ Malta. Iktar tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13031 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12801 u 11884 u jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin b'xejn mingħand il-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13032 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Età tal-persuni li jagħmlu talba għall-Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12804 u 11886 u jagħti l-etajiet ta' dawk il-persuni li għamlu talba għall-għoti tal-Herceptin u jgħid jekk kienx hemm iktar minn talba waħda mill-istess persuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13033 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

talba għall-għoti tal-herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12805 u 11885 u jgħid kemm kien hemm talbiet għall-għoti tal-Herceptin u kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13034 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gender equality units fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12808 u jgħid f'liema dipartimenti tas-settur pubbliku hemm gender equality units?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal Gender Equality Committees. L-informazzjoni mitluba tinsab f’Tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Childcare Subsidy Scheme

Question

Jista' l-Ministru jtwieġeb mistoqsija parlamentari 12803 u 12463 li saru lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u lill-Ministru għall-Politika Soċjali rispettivament u li issa ġew riferuti lilu u jagħti update dwar iċ-Childcare Subsidy Scheme?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12462.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal stampat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11149 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12801 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11884 u jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin b'xejn mingħand il-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12802 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — impjegati bit-teleworking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11642 u jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Iktar informazzjoni għada qed tinġabar.

Childcare Subsidy Scheme

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 12463 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u tagħti update dwar iċ-Childcare Subsidy Scheme?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitloba lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #12804 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Età tal-persuni li jagħmlu talba għall-Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11886 u jagħti l-etajiet ta' dawk il-persuni li għamlu talba għall-għoti tal-Herceptin u jgħid jekk kienx hemm iktar minn talba waħda mill-istess persuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12805 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

talba għall-għoti tal-herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11885 u jgħid kemm kien hemm talbiet għall-għoti tal-Herceptin u kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12808 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gender equality units fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema dipartimenti tas-settur pubbliku hemm gender equality units?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11886 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Eta' tal-persuni li jagħmlu talba għall-Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-etajiet ta' dawk il-persuni li għamlu talba għall-għoti tal-Herceptin u jgħid jekk kienx hemm iktar minn talba waħda mill-istess persuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11887 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Breast Screening Programm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imsejjħa persuni għall-Breast Screening Programm s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bejn it-12 ta' Ottubru u t-2 ta' Novembru 2009 issejħu 719 mara għall-Breast Screening Programme.