studenti f'livell terzjarju li applikaw għal scribe
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fil-livell terzjarju li applikaw għal scribe f'din is-sena skolastika? Tista' tgħid kemm intlaqgħu u x'ġara fil-każ ta' dawk l-istudenti li t-talba tagħhom ma ġietx milqugħa? X'sapport qed jingħataw dawn l-istess studenti biex ikompli għaddejin bl-istudji tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-Universita’ ta’ Malta għas-sena akkademika 2009-2010, żewġ studenti talbu għal scribe.
Iż-żewġ studenti ngħataw
scribe.
L-ewwel student nieqes mid-dawl (
blind)
ingħata
scribe
għall-eżami jew parti mill-eżami li hija
multiple choice.
Fil-kumplament hu juża
laptop
mhux
scribe
. It-tieni student għandu
cerebral palsy
u għalhekk ma jistax juża idejh biex iħaddem il-laptop
.
Dan jiġi mitlub jispelli l-kliem tekniċi (t-terminoloġija).
It-talba għal
scribe
ssir f’każijiet ta’ studenti b’diżabilità fiżika li ma jistgħux jużaw idejhom biex iħaddmu
laptop
. L-istudenti l-oħra jużaw
laptop
.
L-MCAST għandu student wieħed li qed isegwi programm ta’ Diploma Nazzjonali Ogħla (HND) u li waqt l-eżamijiet/assessjar jitlob l-għajnuna tal-
Learning Support
Assistant
biex tiktiblu (
scribe
).
studenti dyslexic jiġu allokati scribe waqt l-eżamijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji li qed jiġu segwiti biex studenti dyslexic jiġu allokati scribe waqt l-eżamijiet f'korsijiet l-Università għal kull kors separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord tal-ADSC (Access – Disability Support Committee) isegwi l-linji gwida li għaddew mis-Senat tal-Università ta’ Malta. Dawn jinstabu fid-dokument University of Malta Disability Support Services and Access Arrangements 2009 li jinstab ukoll fuq il-website tal-Università kif ukoll tal-KNPD. Ir-risposta tinstab f’1.4 fuq paġna 13, 5.2 fuq paġna 19, 5.8 f’paġna 21-22, 8.4.2.3 (dwar reader) paġna 42, tad-dokument.
Ma jingħatax
scribe
għal ebda kors l-Università għal studenti bid-
dyslexia
. L-istudent bid-
dyslexia
jingħata iktar ħin. Kull student b’diżabilità li ma tippermettilux aċċess għal kitba jingħata permess li juża’ l-kompjuter mingħajr l-i
spellcheck
u
grammar check
. Jużaw in-
Notepad.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' l-inġustizzja li ġew deċiżi u qed jistennew rimedju fil-Kummissjoni tal-Inġustizzja u Tribunal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13589 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attawalment hemm 23 każ pendenti. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li l-Oppożizzjoni għandha kopja tal-lista ta’ każi pendenti fid-dawl li bejn l-aħħar Mistoqsija Parlamentari li saret (PQ 1639) fl-2008 u illum kien hemm żviluppi.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal stampat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13135 u 11149 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13033, 12805 u 11885 u jgħid kemm kien hemm talbiet għall-għoti tal-Herceptin u kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13032, 12804 u 11886 u jagħti l-etajiet ta' dawk il-persuni li għamlu talba għall-għoti tal-Herceptin u jgħid jekk kienx hemm iktar minn talba waħda mill-istess persuna?
Persuna b'diżabilità — spejjeż jew għoti ta' għajnuna għal taħriġ u korsijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġament jew provedimenti saru mill-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin a tenur ta' l-artikolu 3 (1) tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta? X'ħallas il-Gvern għall-għoti ta' għajnuna għal taħriġ jew korsijiet lill-persuni b'diżabilità kif jipprovdi l-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin biex persuni mniżżla fir-Reġistru tal-Persuni b'Diżabilità msemmi fil-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta jiġu mħassra?
Jista' l-Ministru jgħid x'ordnijiet ingħataw mill-Gvern dwar speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg a tenur ta' l-Artikolu 19 tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
provedimenti dwar faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità serja
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi provedimenti ħa u għamel il-Gvern dwar faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità serja a tenur ta' l-Artikolu 21 tal-Kap 210 tal-Ligijiet ta' Malta?
Nuqqas ta' teachers fl-iskejjel primarji f'Għawdex
Question
Peress li ħafna ġenituri ta' tfal li jattendu l-iskejjel primarji f'Għawdex qed juru tħassib minħabba nuqqas ta' teachers tal-PSD u fis-suġġett tax-xjenza u fil-fatt lezzjonijiet qed isiru ftit li xejn minħabba nuqqas ta' għalliema, tista' l-Ministru tindirizza din il-problema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-lezzjonijiet tal-PSD f’Għawdex qed isiru b’mod regolari għax m’hemmx nuqqas t’għalliema. Fil-fatt hemm seba’ għalliema li jlaħħqu ma’ l-iskejjel kollha t’Għawdex.
Dwar ix-Xjenza, huwa minnu li hemm għalliema nieqsa għax qegħda bil-
parental leave
. Din għandha tidħol lura għax-xogħol fi Frar li ġej. Fl-iskejjel iż-żgħar il-lezzjonijiet mill-għalliema
Peripatetic
qed isiru b’mod regolari kull ġimgħatejn bħalma jsiru f’Malta. Il-lezzjonijiet fl-iskejjel il-kbar qed isiru darba kull tlett ġimgħat. Ikun hemm ukoll għalliema tal-klassi li jagħtu lezzjonijiet tax-Xjenza minbarra s-servizz mgħoti mill-għalliema tal-
Peripatetic
.
Peress li saru ilmenti minn persuni b'diżabilità għaliex il-bibien tat-toilets fuq il-vapuri tal-Gozo Channel huma tqal wisq biex jinfetħu u jingħalqu mill-persuni b'diżabilità, partikolarment dawk li għandhom diżabilità fil-parti ta' fuq ta' ġisimhom, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dawn il-bibien huma ddisinjati biex jintużaw minn nies b’diżabilità; huma bibien sliding fuq rails. Il-bibien huma tal-metall minħabba raġunijiet ta’ sigurta f’każ ta’ nar, u wesgħin biex ikun jista’ jgħaddi wheel chair. Minħabba l-kobor dawn huma tqal. Gozo Channel tinforma illi ssir manutenzjoni regolari fuq l-istess bibien u dan sabiex jiġi assigurat li ma joħolqux inkonvenjent.
Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ jingħata lill-istaff u l-crew tal-Gozo Channel rigward il-mod ta' kif għandhom jiġu trattati l-persuni b'diżabilità u l-faċilitajiet li jeżistu għall-persuni b'diżabilità fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gozo Channel ħadet ħsieb li tagħmel taħrig għall-istaff tal-art u crew kollu apposta u intensiv fuq “disability equality and awarness training”. Dan it-taħriġ ġie nagħtat mill-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita (KNPD).
Il-faċilitajiet ta’ fuq il-vapur (kafeterija, ħwienet u toilets) jistgħu jintużaw faċilment minn nies li jkollhom bżonn
wheelchair
, kif ukoll hemm faċilta’ ta’
lift, wheelchair service
u ġew installati rampi f’deck 4 (
main deck
) biex kulħadd jkollu aċċess għad-
decks
ta’ barra. Madankollu l-
crew
huwa dejjem disponibbli għal kull għajnuna meħtieġa. B’kolaborazzjoni mall- KNPD il-kumpanija ħadet ħsieb ukoll li tipubblika leaflets kemm bil-Malti kif ukoll bl-ingliż dwar informazzjoni u tagħrif rigward għajnuna għal persuni b’diżabilta’ jew b’difficulta’ ta’ moviment.
Peress li qed isiru ilmenti minn persuni b'diżabilità għaliex fiċ-Ċirkewwa hemm parking bay wieħed biss għall-persuni b'diżabilità li ovvjament mhuwiex biżżejjed, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm dipartimenti, ażjendi, persuni eċċ. li għandhom l-obbligu li jimpjegaw persuni b'diżabilità reġistrati skond l-artikolu 15 tal-Att dwar l-Impjieg ta' Persuni b'Diżabilità, Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta? Jista' jgħid x'inhi l-kwota u l-persentaġġ stabbiliti għal kull wieħed minnhom? Kemm kienet il-kwota għal kull wieħed minnhom f'dawn l-aħħar ħames snin separatament?
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ix-shooting range fiż-Żebbuġ hi bħalissa magħluqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fit-13 t'Ottubru 2009, irriżenja l-Kumitat responsabbli mit-tmexxija tax-Shooting Range fiż-Żebbuġ Għawdex. Fil-preżent għaddej il-proċess sabiex jiġi ffurmat Kumitat ġdid.
Ministeru għall-infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — materjal stampat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11146 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.