Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm arbituri li jisimgħu arbitraġġi taċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u jgħid min huma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Fil-preżent hemm 134 persuna li huma arbitri fil-Gruppi ta’ Arbitri għall-Arbitraġġi maħtura miċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ai termini tal-artikolu 10 tal-Att dwar l-Arbitraġġ [Kap. 387 tal-Liġijiet ta’ Malta]. Qed inqieħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta’ dawn l-arbitri.
Persuna b'diżabilità — spejjeż jew għoti ta' għajnuna għal taħriġ u korsijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13429 u jgħid x'arranġament jew provedimenti saru mill-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin a tenur ta' l-artikolu 3 (1) tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta? X'ħallas il-Gvern għall-għoti ta' għajnuna għal taħriġ jew korsijiet lill-persuni b'diżabilità kif jipprovdi l-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fi ħdan l-ETC tiffunzjona struttura amministrattiva magħrufa bħala is-Supported Employment Section, fejn minn ħdanha permezz ta’ żewġ Employment Advisors, jiġu amministrati servizzi lill persuni b’diżabilita li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol. L-ispiża average marbuta mas-salarji ta’ żewġ Employment Advisors matul il-ħames snin li għaddew kienet hekk : 2005- €32085, 2006-€33669, 2007-€33823, 2008-€35591, 2009-€37360.
Wara li jsir eżami mediku, il-Klijenti jiġu assessjati minn Occupational Therapist (servizz li nbeda ftit taż-żmien ilhu) sabiex jiġu identifikati l-ħiliet tal-persuna u fejn ikun meħtieġ dan jiġi riferut għal taħriġ bil-għan li jitkattru l-ħiliet tal-individwu u għaldaqstant jikbru ċ-ċansijiet li jinstab xogħol addattat. Fejn ikun possibbli it-taħrig jingħata mill-ETC stess u l-persuni jkunu mainstreamed. Li spejjeż relatati ma’ tali taħriġ ma jistax jiġi ikkwantifikat peress li l-ispejjeż tat-taħriġ jinżammu fuq bażi globali u mhux skond il-klijenti varji.
Fejn dan it-taħrig mainstream ma’ jkunx possibbli l-persuna tiġi riferuta għal taħriġ aktar speċjalizzat ma’ xi NGO relatata. Sas-sena l-oħra l-ETC kienet tħaddem Ftehim ta’ Koperazzjoni li kienu jkopru taħriġ speċjalizzat u job placements, kemm mal-Fondazzjoni Eden kif ukoll mal-Fondazzjoni Richmond. Matul dawn l-aħħar ħames snin l-ETC għaddiet lill dawn iż-żewġ Fondazzjonijiet €483,228 għas-servizzi mogħtija taħt tali Ftehim.
L-ETC tħaddem ukoll skemi ta’ sapport finanzjarju sabiex Employers jiġu mħajjra jingaġġaw magħhom persuni b’diżabilità. Il-Bridging the Gap Scheme hija skema fejn persuna tingħata esperjenza ta’ xogħol fuq post tax-xogħol propju, fejn matul il-perjodu (normalment bejn 8 u 12 il-ġimgħa il-persuna tingħata allowance mingħand l-ETC, ekwivalenti għall-80% tal-paga minima nazzjonali. Li spejjes relatati ma’ din li-skema matul il-ħames snin li għaddew laħħqu €203,000. In-nefqa iżda kienet tkopri wkoll klijenti oħra żvantaġġati (dawk li kienu jabbuzaw minn xi sustanza, ex-habsin, etc).
Sas-sena 2007 kienet titħaddem skema magħrufa bħala Employment & Training Placement Scheme li kienet tipporovdi għall-sussidju dirett lill Employer fuq is-salarju mogħti, liema sussidju kien ta’ 50% tal-paga minima nazzjonali. Għas-snin 2005-2007 dan is-sussidju laħħaq €101,310. Din is-somma ukoll tinkorpora s-sussidju mogħti għall klijenti oħra żvantaġġati.
Bejn l-2004-2008 L-ETC ħaddmet proġett ko-finanzjat mill-UE is-Supported Employment Scheme u f’dawn l-aħħar ġimgħat ġie inizjalat l-Employment Aid Programme, li wkoll huwa proġett ko-finanzjat mill-UE, fejn fost gruppi ta’klijenti żvantaġġati hemm sussidju fuq is-salarju prolungat għall-tlett snin fir-rigward ta’persuni b’diżabilita’. L-ispiża għas-Supported Employment Scheme kienet ta €399,802, bil-finanzjament ikun ta’ 75% mill-UE u 25% minn fondi lokali.
Fejn tinħass il-ħtieġa, kemm waqt it-taħriġ kif ukoll waqt il-Bridging the Gap jiġi ipprovdut is-servizz ta’ Learning Support Assistant u Job Coach rispettivament. Matul il-ħames snin li għaddew ġew utilizzati €9,000 għal tali servizzi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13630, 13033, 12805 u 11885 u jgħid kemm kien hemm talbiet għall-għoti tal-Herceptin u kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13631, 13032, 12804 u 11886 u jagħti l-etajiet ta' dawk il-persuni li għamlu talba għall-għoti tal-Herceptin u jgħid jekk kienx hemm iktar minn talba waħda mill-istess persuna?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal stampat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13629, 13135 u 11149 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid liema dokument jew policy għandu d-Dipartiment tal-Edukazzjoni bħala linji gwida għat-tgħalim tal-Malti għall-years 1 u 2 ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għat-tagħlim tal-Malti għall-ewwel u għat-tieni sena tal-Primarja, hemm is-Sillabu tal-Malti (2006) u n-National Policy and Strategy for the Attainment of Core Competences in Primary Education (2009).
Dipartiment tal-Edukazzjoni — kotba bil-malti pubblikati
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-kotba bil-Malti pubblikati jew maħruġa mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li l-għalliema huma mistennija li jużaw fl-iskejjel tagħna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13362 u ċioe: Peress li qed isiru ilmenti minn persuni b'diżabilità għaliex fiċ-Ċirkewwa hemm parking bay wieħed biss għall-persuni b'diżabilità li ovvjament mhuwiex biżżejjed, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
provedimenti dwar faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità serja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13434 u jgħid xi provedimenti ħa u għamel il-Gvern dwar faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità serja a tenur ta' l-Artikolu 21 tal-Kap 210 tal-Ligijiet ta' Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 13644.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 13433 u jgħid x'ordnijiet ingħataw mill-Gvern dwar speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg a tenur ta' l-Artikolu 19 tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13432 u jgħid kemm ingħataw permessi biex persuna b'diżabilità gravi li mhux reġistrata kif jipprovdi l-Kap 210 tiġi impjegata?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ETC m’għandhiex informazzjoni li l-Ministru qatt ta xi permessi taht l-Artiklu 18 ta’ Kap 210.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13431 u jgħid kemm saru investigazzjonijiet dwar reati kontra l-Kap 210? Kemm tressqu l-Qorti u kemm instabu ħatja?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 13430 u jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin biex persuni mniżżla fir-Reġistru tal-Persuni b'Diżabilità msemmi fil-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta jiġu mħassra?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' klijenti li isimhom tnehha minn fuq ir-reġistru ta’ persuni b’diżabilità tal-ETC fl-aħħar ħames snin kien hekk:
2005 -11,
2006 -36,
2007 -19,
2008 -10,
2009 - 3.
Informat ukoll li l-figuri mogħtija jinkludu kemm persuni li talbu huma sabiex isimhom jitneħħa minn fuq ir-reġistru kif ukoll dawk li mietu.
Policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13031, 12801 u 11884 u jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin b'xejn mingħand il-Gvern?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — family friendly measures
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10796 u 13139 u jgħid x'family friendly measures qed jitħaddmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tal-mistoqsija.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward it-tieni parti tal-mistoqsija fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru m’hemmx faċilitajiet ta’
childcare
għat-tfal tal-ħaddiema.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13138 u 10806 u jgħid kemm saru riċevimenti f'dawn l-aħħar ħames xhur organizzati jew kordinati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kienet l-okkazjoni? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal kull riċeviment? Kemm attendew? Kemm swiet l-okkażjoni?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13137 u 11141 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni tal-materjal stampat li ntbagħat ġod-djar bieb bieb u l-edizzjonijiet ta’ PAJJIJŻNA.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13428 u jagħti rendikont tal-ħidma ta' l-uffiċjal għar-ristabbiliment tal-persuni b'diżabilità skond l-Kap 210 f'dawn l-aħħar ħames snin?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13427 u jgħid kemm hemm dipartimenti, ażjendi, persuni eċċ. li għandhom l-obbligu li jimpjegaw persuni b'diżabilità reġistrati skond l-artikolu 15 tal-Att dwar l-Impjieg ta' Persuni b'Diżabilità, Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta? Jista' jgħid x'inhi l-kwota u l-persentaġġ stabbiliti għal kull wieħed minnhom? Kemm kienet il-kwota għal kull wieħed minnhom f'dawn l-aħħar ħames snin separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-liġi riferuta tobbliga lill kull Employer sabiex jiġu osservati l-Artikli kollha tal-liġi. Fejn allura b’mod speċifiku Artikli 15-16-17 ta’ li stess liġi jindikaw dettalji marbuta mal-kwota. Legal Notice 56 tal- 1969 ukoll tittrata dan is-suġġett.
Ministeru għall-infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — materjal stampat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11146 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.