Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14462 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nisa tqal li jaħdmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien hemm talba waħda biss ta’ nisa Għawdxin tqal li talbu biex jiġu trasferiti proviżorjament f’Għawdex matul it-tqala tagħhom f’dawn l-aħħar ħames snin. Din it-talba saret fil-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. It-talba ġiet milqugħa f’Ottubru ta’ 2009 u ġiet awtorizzata f’dan l-istess xahar.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nisa tqal li jaħdmu

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda talba matul dawn l-aħħar ħames snin fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, sabiex nisa Għawdxin jiġu ttrasferiti proviżorjament għal Għawdex, matul it-tqala tagħhom.
Leg 11 PQ #14464 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — nisa tqal li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nista tqal li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14466 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — nisa tqal li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar ħames snin ma saret l-ebda talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali — nisa tqal li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda talba biex nisa Għawdxin tqal jiġu trasferiti proviżorjament lejn Għawdex.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministu u Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ma ħareġ l-ebda tender rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea matul din l-aħħar sena.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onor. Interpellant hu infurmat li d-dokumenti li qed jitlob jikkontjenu informazzjoni ta’ natura kummerċjali u għalhekk mhux possibli li ‘tender documents’ jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministu tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant hi infurmata li d-dokumenti li qed titlob jikkontjenu informazzjoni ta’ natura kummerċjali u għalhekk mhux indikat li ‘tender documents’ jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14443 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministu tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Onor. Interpellant hu nfurmat li d-dokumenti li qed jitlob jikkontjenu informazzjoni ta' natura kummerċjali u għalhekk mhux indikat li 'tender documents' jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sir Mikelang Refalo — għalliema tal-ingliz A' Level

Question

Peress li l-istudenti tal-Ingliż "A" level tal-Iskola Sir Mikelang Refalo, Għawdex qed jilmentaw għaliex wara li kien hemm għalliema li ħarġet u kien hemm replacement tagħha, ġew mnaqqsa xi lezzjonijiet tal-lingwistika u qed jgħidu li qabel kienu aħjar, tista' l-Ministru tara li dawn l-ilmenti jiġu indirizzati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għalliema li ġiet imsejħa bħala replacement fil-mistoqsija parlamentari, ma ġietx l-iskola biex tieħu post għalliema li ħarġet bil-maternity leave. L-għalliema li daħlet fil-kwistjoni hija għalliema fuq transfer permanenti minn Settembru 2009. Il-klassijiet kollha għandhom il- full complement tal-lezzjonijiet. Dan jgħodd kemm għall-istudenti tal-ewwel sena kif ukoll tat-tieni sena u dan wara arranġament intern bejn l-għalliema. Dan ifisser li l-istudenti għandhom ħames siegħat tagħlim kif ukoll iż-żewġ tutorials li għandhom dritt għalihom, b’total ta’ seba’ lezzjonijiet. Fil-każ tal-istudenti tat-tieni sena dawn għandhom tmien lezzjonijiet flok sebgħa. Dan ifisser waħda aktar minn dak li huma intitolati għalihom. Fl-ewwel sena, l-element lingwistiku li għalih għamlet aċċenn l-Onor Justyne Caruana fil-mistoqsija parlamentari huwa biss komponent żgħir mill-lezzjonijiet kollha u jieħu madwar xahar. Dan jitkompla b’mod estensiv fit-tieni sena u huwa fid-diskrezzjoni tal-għalliem meta dan isir matul il-kors. Dan jgħodd kemm għall-ewwel sena kif ukoll fit-tieni sena. Però żgur li l-lezzjonijiet tal-lingwistika qegħdin isiru.

Tender documents

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents kollha sottomessi mit-tenderers fir-rigward ta' CT 2115/2009 li hu Service Tender for a Structural Survey at Ggantija Temples, Gozo?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proċedura titlob li wara li jinkiteb ir-rapport finali tal-kumitat li jkun qed jaġġudika t-tender, id-dokumenti kollha jintbagħtu lura lid-Dipartiment tal-Kuntratti. Għalhekk it-tender documents li ġew sottomessi mit-tenderers għal CT 2115/09 jinsabu għand id-Dipartiment tal-Kuntratti fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u mhux għand Heritage Malta.
Leg 11 PQ #14435 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea u f'din l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14436 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-Onorevoli Interpellant hu nfurmat li d-dokumenti li qed jitlob jikkontjenu informazzjoni ta' natura kummerċjali u għalhekk mhux indikat li tender documents jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14437 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant hu nfurmat li d-dokumenti li qed jitlob jikkontjenu nformazzjoni ta’ natura kummerċjali u għalhekk mhux indikat li ‘tender documents’ jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor Interpellant hu infurmat li d-dokumenti li qed jitlob jikkontjenu informazzjoni ta' natura kummerċjali u għalhekk mhux indikat li 'tender documents' jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra

Reserved Parking — Blue sticker

Question

Irċevejt ilmenti mingħand persuni b'diżabilità li għandhom reserved parking u li qed jilmentaw minħabba l-fatt li llum il-ġurnata dan ir-reserved parking m'għadux ikun bin-numru tal-vettura ta' min ikun applika, u allura kulmin għandu l-blue sticker jista' jipparkja f'dan il-parkeġġ, u b'dan allura min ikun applika u ottjena l-parkeġġ riservat ma jkollux fejn jipparkja għaliex ikun okkupat minn vettura oħra bil-blue sticker. Peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir lil dawk il-persuni b'diżabilità li wara tant taħbit ikunu ottjenew dan il-parkeġġ, jista' l-Ministru jara jekk dan l-inkonvenjent jistax jiġi ndirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4856.
Leg 11 PQ #14126 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Tibdil fl-ispeċifikazzjonijiet ta' Triq l-Imġarr, Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk inbidlux l-ispeċifikazzjonijiet ta' Triq l-Imġarr, Għawdex? Tista' tgħid fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil u tagħti r-raġunijiet għal dan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14144 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

investigazzjonijiet dwar reati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13642 u 13431 u jgħid kemm saru investigazzjonijiet dwar reati kontra l-Kap 210? Kemm tressqu l-Qorti u kemm instabu ħatja?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant sabiex tkun aktar speċifika għal-liema Artiklu qiegħda tirreferi meta qed tikkwota għal Kap 210.
Leg 11 PQ #14145 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosijiet parlamentari 13640 u 13433 u jgħid x'ordnijiet ingħataw mill-Gvern dwar speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg a tenur ta' l-Artiklu 19 tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.