Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13137 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — materjal stampat

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11141 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13635.
Leg 11 PQ #13139 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — family friendly measures

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10796 u jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13633.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' tenders u direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Ministeru f'din l-aħħar sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant hu infurmat li d-dokumenti li qed jitlob jikkontjenu informazzjoni ta’ natura kummerċjali u għalhekk mhux indikat li ‘tender documents’ jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14482 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' tenders u direct orders

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Ministeru f'din l-aħħar sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14508 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Bord tal-Appell - sentenzi pendeti

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li dawk is-sentenzi li ilhom is-snin pendenti u li qed jistennew sentenza mill-Bord ta' l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jiġu maqtugħa kemm jista' jkun malajr tenut kont li b'konsegwenza ta' dan id-dewmien qed jinħoloq mhux biss inkonvenjent, imma wkoll dannu u preġudizzju lill-persuni konċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14541 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministu jwieġeb mistoqsija parlamentari 14435 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea u f'din l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

Din il-Mistoqsija tirrikjedi ħafna ħin u xogħol. Nitlob l-Onor. Interpellant ikun iktar preċiż fil-mistoqsija tiegħu.

Għawdex — Triq Kortoll u Triq Ta' Sruġ fix-Xagħra - żbroff tad-drenaġġ

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Kortoll u Triq Ta' Sruġ fix-Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minn inkonvenjent li ġej minn żbroff ta' drenaġġ fiż-żona u li qed jikkontamina l-ilma ġieri li jispiċċa ġo spieri fl-inħawi, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma jirriżultax li l-problema li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant ġejja mis-sistema tad-drenaġġ tal-Gvern iżda aktarx ġejja minn xi fossa privata li jista' jkun li qed tnixxi. Jien infurmat li l-Korporazzjoni ser tirreferi l-każ lid-Dipartimenti tas-Saħħa.
Leg 11 PQ #14474 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — lista ta' tenders u direct orders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Ministeru f'din l-aħħar sena?

Response (BORG, TONIO)

F'din l-aħħar sena ngħatat Tender waħda u ngħataw 54 Direct Orders, kif jidhru fil-lista annessa, wara li l-Ministeru irċeva l-approvazzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #14476 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — lista ta' tenders u direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Ministeru f'din l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14477 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — lista' ta' tenders u direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Ministeru f'din l-aħħar sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' tenders u direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Ministeru f'din l-aħħar sena?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — nisa tqal li jaħdmu

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġi trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Tista' tgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u tgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14469 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — nisa tqal li jaħdmu

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġi trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Tista' tgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u tgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nisa tqal li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġi trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fid-dekasteru tal-Ministru ma kien hemm l-ebda impjegata Għawdxija tqila li talbet biex matul it-tqala tagħha tiġi trasferita proviżorjament f’Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin.
Leg 11 PQ #14471 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Bord tal-Evalwazzjoni — kuntratti tax-xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14472 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Tista' inoltre tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Triq il-Merkanti l-Belt — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li ser jagħmel ix-xogħlijiet supplimentari fi Triq Merkanti, il-Belt u jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender jew b'direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.