Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jiffaċilita u jisfrutta l-potenzjal ta' kull kuntatt li qed ikollu mis-settur privat bi proposti f'dan ir-rigward. B'mod dirett, jiena nfurmata ukoll li għaddej ix-xogħol preparatorju biex ikun varat iċ-Ċentru ta' Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni fl-Agrikoltura f'Għawdex u qed jiġu evalwati opportunitajiet għal iktar riċerka f'Għawdex.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz tad-Direttorat ta’ l-Employee Relations, jinforma lill-Ministeri kollha rigward korsijiet ta’ taħriġ fuq diversi aspetti dwar is-saħħa u s-sigurtà fejn jiġu mħeġġa biex jinnominaw uffiċjali biex jattendu dawn il-korsijiet.
Barra minn hekk, Dipartimenti u Entitajiet f’dan l-Uffiċċju jieħdu inizjattivi fejn isiru laqgħat mall-ħaddiema biex jiġu indirizzati lmenti. Fejn meħtieġ makkinarju jsirlu tibdil neċessarju biex ma jkunx ta’ periklu jew ħsara għas-saħħa ta’ l-impjegati u fejn hemm il-bżonn jinxtara makkinarju biex jonqos ir-riskju għal xi inċident. Fejn qed isir xogħol strutturali dan isir bi skop biex l-uffiċjali jaħdmu f’ambjent sikur u skond
standards
mitluba mill-liġi.
Ma jonqosx l-anqas l-impenn biex kontinwament issir il-provvista għall-ilbies protettiv għall-ħaddiema, servizz ta’ l-ewwel għajnuna u fejn meħtieġ kamra biex jingħata dan is-servizz.
Apparti minn dan, ta’ min isemmi li fil-MEPA tabib imħallas mill-Awtorità jkun qiegħed għad-dispożizzjoni ta’ kull impjegat darba fil-ġimgħa biex jiġi kkonsultat dwar il-mard jew xi problema oħra. Darba fix-xahar tabib jagħmel diskussjoni fuq suġġetti varji li jolqtu s-saħħa u l-
well being
ta’ l-impjegati.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — saħħa u siġurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Ministeru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm in-natura tax-xogħol tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin m'għandhiex issues ta' Health and Safety ipparagunat ma dipartimenti oħra, xorta għandna Kumitat Ad Hoc fuq Health and Safety Standards, b'rappreżentant minn kull sezzjoni fil-Ministeru sabiex jitressqu quddiemu l-ilmenti u s-suġġerimenti kollha meħtieġa.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Ministeru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fost diversi miżuri li qed jittieħdu fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment biex tiġi promossa s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, wieħed jista’ jsemmi:
· Manutenzjoni regolari tal-bini u l-apparat ta’ ġo fih bħal
lift
,
airconditioners
,
generators
u
fire extinguishers
.
· Xugamani u
handriers
ġew mibdula b’
dispensers
tas-sapun u
disposable towels
f’kull kċina,
toilet
u ħdejn il-
palm reader
.
· L-uffiċjali inkarigat kontinwament idur il-bini u jilqa’ s-suġġerimenti ta’ l-istaff biex jinżamm livell għoli ta’ saħħa u sigurtà.
· Il-bini huwa mgħammar b’diversi
first aid boxes
.
L-istess, id-dipartimenti tal-Ministeru jsegwu regolamenti tas-saħħa u sigurtà u jimplimentaw diversi miżuri biex dawn jinżammu.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjanu u l-Kura fil-Komunità — saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Ministeru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tieħu diversi inizjattivi biex tippromwovi u tħares is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif jiġi spjegat ta’ kull sena fir-rapport annwali li l-istess Awtorità tħejji u tippreżenta lill-Ministru biex jiġi mqiegħed u diskuss fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
L-aħħar rapport annwali diskuss fil-Parlament kien għall-perjodu li jkopri sa l-aħħar tal-2008. Biex wieħed ma joqgħodx jirrepeti x’intqal fil-Kamra tar-Rappreżentanti, wieħed jista' jara kopja ta’ dan ir-rapport billi jżur il
-website
tal-Awtorità:
http://www.ohsa.org.mt/docs/activity_report_2009.pdf
Dak għas-sena li għaddiet għad irid ikun finaliżżat.
Huwa ċar li din il-ħidma tal-Awtorità qed ikollha suċċess, skond kif rappurtat fil- Pan European Opinion Poll on Occupational Health and Safety li kien ikkummissjonat mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurta fuq ix-Xogħol u li analizza l-veduti ta’ madwar 1000 ċittadin f’kull pajjiż Membru. Fil-każ ta’ Malta, ġie rappurtat illi madwar 60% tal-Maltin huma infurmati tajjeb ħafna dwar is-suġġett.
Jirriżulta ukoll li 72% tal-Maltin irrappurtaw li l-livelli ta’ saħħa u sigurtà fil-pajjiż ġew 'ilquddiem tul dawn l-aħħar 5 snin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, apparti li jimplimenta u jħeġġeġ miżuri favur l-ambjent, intrabat li jagħti s-somma ta' 75,000 ewro fuq perjodu ta' tliet snin lid-DiploFoundation biex taghti taħriġ fuq it-tibdil tal-klima lid-Diplomatiċi li ġejjin minn ġzejjer żgħar, inkluża Malta. Saru żewġ paġamenti ta' 25,000 ewro l-wieħed f'Marzu 2008 u 2009.
Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — green jobs
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellent illi l-Gvern ilu li poġġa l-ambjent bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tal-politika tiegħu. Matul iż-zmien, ittieħdu numru sostanzjali ta’ miżuri li mhux biss għinu fit-tħaris tal-ambjent iżda inċentivaw il-ħolqien ta’ mpjiegi ġodda wkoll. Fost il-miżuri li ttieħdu nsemmi:
1. It-tfassil ta’ strateġiji għall-enerġija alternattiva, għall-immaniġġjar tal-iskart u għal kontra t-tibdil fil-klima;
2. Ir-riforma estensiva fl-immaniġġjar tal-iskart u t-twettieq ta’ diversi proġetti fl-istess qasam flimkien mal-introduzzjoni ta’ skemi li jirkupraw l-iskart isseparat għall-iskop ta’ riciklaġġ;
3. L-introduzzjoni ta’ diversi nċentivi għall-istallazzjoni ta’ apparat li juża jew jiġġenera l-enerġija nadifa u rinnovabbli;
4. L-introduzzjoni ta’ diversi nċentivi sabiex tiddaħħal aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija u interventi sabiex dan iseħħ;
5. Inċentivi għax-xiri ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku;
6. Id-dħul ta’ regolamentazzjoni ambjentali għall-bini ġdid;
7. Id-dhul b’mod gradwali ta’ prodotti u servizzi li m’għandhom impatti negattivi fuq l-ambjent;
8. Programm estensiv ta’ nvestiment sabiex jagħmel minn Għawdex Gżira ekoloġika.
Minkejja dan ix-xogħol u l-inizjattivi kollha l-Gvern iħoss ukoll illi wasal iż-żmien li niffokow iżjed fuq l-iżvilupp tal-industrija ambjentali f’pajjiżna. Kif ħabbart fl-aħħar budġet, il-Gvern se jħejji studji u strateġiji apposta sabiex jintlaħaq dan il-għan.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — green jobs
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Ministeru qed jieħu mizuri sabiex jinħolqu u jigu promossi l-green jobs. Dan, billi minn żmien għal min jieħu inizjattivi favur it-tisbiħ u t-tisħiħ tal-ambjent fuq il-post tax-xogħol u l-bini tal-madwar, bħall-introduzzjoni tas-separazzjoni tal-iskart, użu ta’ dwal u apparat energy efficient u installazzjoni ta’ panelli fotovoltaiċi f’wieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa (Mosta). Barraminhekk, qed jittieħdu kunsiderazzjonijiet u miżuri ambjentali fil-bini ta’ binji ġodda.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — green jobs
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-kwadru usa’ tal-politika tal- Gvern lejn użu ta’ mekkaniżmi li jipproteġu u jsaħħu l-ambjent il-Ministeru tiegħi ħa diversi miżuri li fil-waqt li jgħinu l-ambjent b’mod dirett, b’mod indirett ukoll jgħinu sabiex jinħolqu l-green jobs jew inkella jgħinu biex jissaħħu dawk li jeżistu. Dawn il-mizuri jinkludu l-introduzzjoni ta’ karozza li taħdem bl-elettriku, is-separazzjoni tal-iskart, l-użu ta’ dwal energy savers, u prattiċi favur l-ambjent fix-xiri pubbliku billi per eżempju tintuża karta riċiklabbli kemm fil-Ministeru u kemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — green jobs
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellent illi l-Gvern ilu li poġġa l-ambjent bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tal-politika tiegħu. Matul iż-zmien, ittieħdu numru sostanzjali ta’ miżuri li mhux biss għinu fit-tħaris tal-ambjent iżda inċentivaw il-ħolqien ta’ mpjiegi ġodda wkoll. Fost il-miżuri li ttieħdu nsemmi:
1. It-tfassil u implimentazzjoni ta’ strateġiji għall-enerġija, pjan ta’ azzjoni dwar l-użu effiċenti tal-enerġija, għall-immaniġġjar tal-iskart solidu, għal kontra t-tibdil fil-klima u għall-iżvilupp rurali;
2. Ir-riforma estensiva fl-immaniġġjar tal-iskart u t-twettieq ta’ diversi proġetti fl-istess qasam flimkien mal-introduzzjoni ta’ skemi li jirkupraw l-iskart isseparat għall-iskop ta’ riċiklaġġ. Iddaħħlu teknoloġiji f’pajjiżna fejn mill-iskart nagħmlu riżorsa sew fl-irkuprar ta’ materjal għar-riciklaġġ u sew fl-irkuprar ta’ enerġija mill-iskart;
3. L-introduzzjoni ta’ diversi inċentivi għall-istallazzjoni ta’ apparat li ma jaħlix u/jew li juża/jiġġenera enerġija nadifa;
4. L-introduzzjoni ta’ diversi inċentivi sabiex tiddaħħal aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija anki fuq livell domestiku;
5. Inċentivi għax-xiri ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku;
6. Id-dħul ta’ regolamentazzjoni ambjentali għall-bini ġdid jew li qed jiġi rinovat;
7. Id-dħul b’mod gradwali ta’ prodotti u servizzi li m’għandhomx impatti negattivi fuq l-ambjent;
8. Programm estensiv ta’ investiment sabiex jagħmel minn Għawdex Gżira ekoloġika
9. Finanzjament ta’ teknoloġiji aktar nodfa u effiċenti għall-industria taħt l-iskemi mħaddma mill-Malta Enterprise;
10. Finanzjament ta’ proġetti li jissalvagwardaw l-ambjent taht fondi tal-Unjoni Ewropea inkluz fondi ghall-iżvilupp rurali ħalli l-biedja u l-irziezet tagħna jinkwinaw anqas u anqas l-ambjent;
11. Finanzjament ħalli s-sajjieda Maltin jimmodernizza l-flotta tas-sajd ħalli tinkwina anqas fuq l-ambjent;
12. Kif tħabbar fl-aħħar baġit, kien hemm żieda sostanzjali għar-riċerka u din għandha tgħin ħalli industriji u teknoloġiji ġodda jiġu riċerkati aktar u addattati għal pajjiżna;
13. Finanzjament ħalli jiġu restawrati 6km ta’ swar bil-għan li jiġi prestinat l-ambjent u ssalvagwardjat il-wirt storiku;
14. Finanzjament ħalli jiġi kkontrollat l-għarar ħalli titnaqqs il-ħsara ambjentali u jiġu ssalvagwardjati l-familji Maltin.
Dawn l-inizjattivi u għajnuniet ħolqu firxa wiesgħa ta’ ‘
green jobs
’ sew fi ħdan il-Gvern u sew fil-privat. Minkejja dan ix-xogħol u l-inizjattivi kollha l-Gvern iħoss ukoll illi wasal iż-żmien li niffukow iżjed fuq l-iżvilupp tal-industrija ambjentali f’pajjiżna. Kif ħabbart fl-aħħar
budget
, il-Gvern se jħejji studji u strateġiji apposta sabiex jintlaħaq dan il-għan.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm membri fl-Isports Complex ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament u tgħid minn liema dixxiplina sportiva ġejjin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min hu responsabbli mill-Gender Equality Committee fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li minkejja l-fatt li m'hemmx Gender Equality Committee fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru għandu uffiċċjal li jservi ta' focal point fuq din il-materja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta riċiklabbli jew riċiklata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13635.