Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-ammonti ta' flus mogħtija lill-bdiewa taħt l-iskema Żona Żvantaġġjati għas-sena 2006 ġew mnaqqsa? Jista' jgħid għaliex ma ngħatatx spjegazzjoni dettaljata diretta fl-ittra mibgħuta lill-bdiewa għal xiex kien it-tnaqqis tal-flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Wara eżerċizzju ta’ verifika li sar mill-Kummissjoni Ewropea fuq l-iskema żona żvantaġġjati għas-sena 2006, il-Kummissjoni infurmat lill-Awtoritajiet Maltin li minħabba li l-interpretazzjoni tal-kriterji applikabbli ma kinitx eżattament korretta, il-bdiewa tħallsu aktar milli suppost. Konsegwenza ta’ dan, Malta kellha tirrepeti il-kontrolli skond interpretazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fuq l-iskema ta’ żoni żvantaġġjati għas-sena 2006, terġa taħdem il-pagamenti u tirkupra id-differenza ta’ flejjes li tħalsu żejda.
Fl-ittra li ntbagħtet lill-bdiewa ma ngħatax id-dettal neċessarju, minħabba li kien diffiċli li wieħed jagħti r-raġuni individwali għalfejn tnaqqas il-pagament mingħajr ma jkun hemm dewmien sostanzjali sabiex ssir din il-korrezzjoni. Però fl-istess waqt il-bdiewa ngħataw il-possibiltà li jitolbu informazzjoni dettaljata dwar kif l-Aġenzjia għall-Pagamenti waslet għal konklużjoni li rriżultat fi tnaqqis mill-pagament f’din l-iskema. Diġà qed isiru preparamenti biex fil-ġimgħat li ġejjin il-bdiewa jingħatawlhom fuq bażi ndividwali aktar dettalji dwar ir-raġuni tat-tnaqqis u informazzjoni dwar l-għelieqi li fuqhom saret applikazzjoni skorretta.
Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nisa tqal li jaħdmu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14465 u jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjieg u l-Familja — nisa tqal li jaħdmu
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14464 u tgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Tista' tgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda talba kif mitlub lill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14473 u jgħid min hu l-kuntrattur li ser jagħmel ix-xogħlijiet supplimentari fi Triq Merkanti, il-Belt u jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender jew b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda xogħlijiet supplimentari fi Triq il-Merkanti, il-Belt.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14474 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?
MInisteru tal-Ġustizzja u l-Intern — saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Ministeru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol fost id-dekasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ssir fuq bażi regolari. Il-miżuri li ttieħdu s’issa, fuq bażi kollettiva, jinkludu:-
a) L-installazzjoni ta’ apparat għat-tifi tan-nar, emergency lights, hand dryers u
extractor fans;
b) il-provvista ta’ kaxxi tal-first aid, ilbies protettiv u tagħmir protettiv
personali;
ċ) servizz ta’ tilqim kontra l-influwenza mogħti fuq il-postijiet tax-xogħol;
d) in-nominazzjoni ta’ persuni mħarrġa f’din il-materja;
e) il-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ impjegati f’korsijiet marbuta ma’ din it-tema
fuq bażi kontinwa;
Ninsab informat ukoll illi l-Qrati jqabbdu espert kull sentejn biex jispezjona kull uffiċċju fil-bini bil-għan li jiġu identifikati xi riskji strutturali. Wara dan l-eżerċizzju, l-espert iħejji rapport u jittieħdu l-passi neċessarji min-naħa tal-Qrati sabiex jiġu ndirizzati dawn in-nuqqasijiet.
Ministeru għar-Riżorsi u Arrarijiet Rurali — saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Ministeru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Unit tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (Occupational Health & Safety Unit) li jagħmel parti mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali matul is-sena li għaddiet għamel 188 ispezzjoni u investiga 95 fil-mija ta’ ilmenti li tressqulu. Barra minhekk kienu organizzati 10 korsijiet ta’ taħriġ li kienu jkopru temi ġenerali bħal First Aid kif wkoll temi partikolari fit-tħaddim ta’ impjant bħal krejnijiet, Elevated Platforms, Grass cutters u oħrajn. Ta’ min jgħid ukoll li il-kumitat tar-rappreżentanti tas-Saħħa u Sigurtà pejodikament kull tlett xhur żamm laqgħat biex ikunu diskussi problemi u lmenti minn kull parti filwaqt li jittieħdu d-deċiżżjonjiet mehtieġa.
Wara taħriġ fuq Risk Assessment, il-Unit tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol nieda proġett għal evalutazzjoni ta’ riskju (Risk Assessment) fi tliet areas: Il-Lift Section MSD (Marsa), l-Għammieri, u l-Biċċerija.
Regolarment il-ħaddiema jinħarġu bl-ilbies/apparat ta’ safety skont il-ħtieġa u natura tax-xogħol.
Ministeru għal Għawdex — saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Ministeru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fil-Ministeru għal Għawdex saru risk assessments skond kif titlob il-liġi tal-Health & Safety taħt kull dipartiment kif ukoll ġew appuntati Workers’ Health & Safety Representatives u Departmental Health & Safety Representatives. Ġew organizzati courses għal dawn ir-rappreżentanti sabiex jiġu mħarġa sew fix-xogħol tagħhom.
Sa fejn hu possibbli, d-dipartimenti u s-sezzjonijiet li jaqgħu taħthom qegħdin jimxu ma’ dawn ir-rakkomandazzjonijet. F’ħafna postijiet inxtraw
fire extinguishers,
saru
showers non-slip
, twaħħlu
railings
fit-turġien, kif ukoll ingħata lbies protettiv,
safety boots, safety helmets
, ingwanti,
harnesses
u affarijiet oħra simili għall-ħaddiema industrijali.
Ħaddiema tas-Saħħa Pubblika qed isirulhom eżamijiet mediċi perjodikament sabiex jiġi stabilit jekk ikunx hemm xi periklu għas-saħħa tagħhom meta dawn jiġu f’kuntatt ma’ sustanzi tossiċi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.