Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14838 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Irċevejt ilmenti mingħand persuni b'diżabilità li għandhom reserved parking u li qed jilmentaw minħabba l-fatt li llum il-ġurnata dan ir-reserved parking m'għadux ikun bin-numru tal-vettura ta' min ikun applika, u allura kulmin għandu l-blue sticker jista' jipparkja f'dan il-parkeġġ, u b'dan allura min ikun applika u ottjena l-parkeġġ riservat ma jkollux fejn jipparkja għaliex ikun okkupat minn vettura oħra bil-blue sticker. Peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir lil dawk il-persuni b'diżabilità li wara tant taħbit ikunu ottjenew dan il-parkeġġ, jista' l-Ministru jara jekk dan l-inkonvenjent jistax jiġi ndirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li diġà sar ftehim bejn Transport Malta u l-Kummissjoni Persuni b’Diżabbilità li permezz tiegħu il-policy tal-Awtorità inbidlet fis-sens illi f’ċirkostanzi bħal dawk li qed tirreferi għalihom l-Onor Interpellant, meta jingħata reserved parking dan ikun jgħodd biss għall-persuni li jkun inħarrġilhom il-permess.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13638 u 13362 u ċioe: Peress li qed isiru ilmenti minn persuni b'diżabilità għaliex fiċ-Ċirkewwa hemm parking bay wieħed biss għall-persuni b'diżabilità li ovvjament mhuwiex biżżejjed, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt s-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Peress li fl-ispiżerija ta' l-isptar m'hemmx Pensordil u din il-mediċina ilha nieqsa diversi ġimgħat, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi riżolt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-preżent m'hemmx nuqqas tal-mediċina Pensordil fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Peress li l-impjegati taċ-ċentru għal matul il-jum Santa Marta qed jilmentaw għaliex m'għandhomx toilet għalihom imma qed jiġi mġiegħla jużaw toilets tal-klijenti li ħafna drabi qed jkollhom problemi minħabba mard u mikrobi oħrajn li faċilment allura jistgħu jiġi trasmessi lill-ħaddiema u dan kontra kull regola ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, tista' l-Ministru tindirizza din il-problema mmedjatament billi l-ħaddiema jingħataw id-drittijiet tagħhom skond il-Liġi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fiċ-Ċentru Santa Marta qed tiġi segwita l-policy tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, u għaldaqstant l-ebda regola ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol m'hi qed tiġi miksura.
Peress li fil-long stay ward għadha kemm saret smoking area però ma ġiex stallat extractor u allura hemm inkonvenjent minħabba l-irwejjaħ tas-sigaretti anke għall-pazjenti u l-istaff, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol konness mal-istallazzjoni tal-extractor sar u l-ismoking area tista' tintuża.
Peress li fil-long stay ward hemm ħafna ġrieden li qed jarawhom saħansitra fil-kxaxen tal-pazjenti, peress li din hija sitwazzjoni intollerabbli u inaċċettabli tista' l-Ministru tara li dan kollu jiġi indirizzat immedjatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fuq bażi regolari jsiru trattamenti f'diversi postijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, inkluż il-Long Stay Ward, mill-ħaddiema fi ħdan il-Pest Control għall-kontroll u l-ħarsien kontra l-ġrieden.
Għawdex — problema ta' ilma tax-xita fi Triq il-Gruwa f'Sannat
Question
Peress li qed jinqala inkonvenjent fi Triq il-Gruwa, Sannat, Għawdex fis-sens li meta tagħmel ix-xita qed jakkumula l-ilma fejn il-kalkara tal-ġir għaliex hemm kanal li tant huwa żgħir li mhux biżżejjed biex jirċievi l-ilma kollu li jinġema hemmhekk, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalità, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
pazjenti tal-oftalmoloġija trattati f'Malta minflok f'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex qed jintbagħtu pazjenti tal-oftalmoloġija fl-Isptar Mater Dei biex sempliċiment jagħmlulhom xi taqtir u tgħid għaliex dan mhux qed isir fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda pazjent taħt il-kura tal-Konsulent tal-Oftalmoloġija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex li ntbaghat l-Isptar Mater Dei biex isirlu xi trattament f'forma ta' taqtir f'għajnejh.
Peress li dan l-aħħar qed tiżdied l-inċidenza ta' theddid ta' bomba fil-Qorti t'Għawdex li qed joħloq ċertu paniku u bir-raġun; peress li f'Għawdex m'hemmx skwadra jew nies speċjalizzati fuq il-bomb disposal, tista' l-Minsitru tgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex f'Għawdex ukoll ikollna dan is-servizz li kulma jmur iktar qed jinħass il-ħtieġa għalih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14838 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nisa tqal li jaħdmu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14846 u 14465 u jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li min nisa Għawdxin li jaħdmu fid-dekasteru tiegħi ma kien hemm ħadd li fl-aħħar ħames snin għamel talba biex iqattgħa t-tqala ġewwa Għawdex.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14850 u 14474 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rikorsi ta' adozzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament f'Għawdex u f'Malta separatament u jindika n-numru ta' adottati skont il-pajjiż ta' fejn tkun saret l-adozzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tabella li tidher hawn taħt tindika n-numru ta’ adozzjonijiet li saru mis-sena 2005 sa 2009. L-informazzjoni dwar rikorsi tista’ tinstab mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex peress li huma l-entitajiet responsabbli.
PAJJIŻ
2005
2006
2007
2008
2009
Malta
23
17
12
-
5
Albanija
-
1
-
1
1
Bulgarija
-
2
1
2
-
Kamboġja
-
-
2
2
1
Eritrea
1
-
-
-
-
Ethiopja
24
21
15
9
5
Indja
-
1
-
-
-
Malawi
-
1
-
-
-
Pakistan
1
2
3
3
3
Romanija
1
-
-
-
-
Russja
10
29
40
26
23
Tajlandja
2
1
3
-
-
Renju Unit
-
1
-
-
-
Użbekistan
-
1
-
-
-
Filippini
-
-
-
-
1
TOTAL
62
77
76
43
39
ratifikar tal-konvenzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'progress sar a rigward ir-ratifikar tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wara li l-Gvern Malti ffirma l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ flimkien mall-Protokoll Mhux Obbligatorju f'Marzu 2007, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru waqqaf il-Kumitat Inter-Ministerjali maħtur biex jistudja liema liġijiet jridu jsiru emendi fihom biex jiġu konformi ma' din il-Konvenzjoni u hekk din tkun tista' tiġi ratifikata. Dan ir-rapport tlesta u ġie preżentat rapport lil, fost oħrajn, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Dan l-Uffiċċju bagħat il-proposti tiegħu li ġew aċċetatti mill-Kumitat. Minn informazzjoni li għandi, ir-rapport qiegħed għand ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta fi Brussell għall-approvazzjoni, minn fejn għandu jgħaddi għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
maternity u paternity leave — pożizzjoni tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'pożizzjoni se jieħu l-Gvern a rigward il-proposti ta' l-estensjoni tal-maternity leave għall-20 ġimgħa u tal-paternity leave?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-utilità u l-iskop tal-gandott li qed jitħaffer bħalissa fiċ-Ċirkewwa fil-parti fejn jinżlu n-nies mill-vapur biex imorru għall-karozzi tal-linja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa mhux qed jitħaffer gandott fiċ-Ċirkewwa fil-parti fejn jinżlu n-nies mill-vapur biex imorru għall-karozzi tal-linja.