Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15600 u 15328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15600.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni tneħħew is-social workers li kien hemm fiċ-ċentri għal matul il-jum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-social workers ma tneħħewx miċ-ċentri ta’ matul il-jum. Se tinbidel BISS il-bażi minn fejn jaħdmu. Fejn qabel dawn kienu bbażati ġoċ-ċentri, issa se jkunu bbażati ġol-uffiċċju tas-social work flimkien mas-social workers l-oħra tal-Aġenzija SAPPORT, u xorta jkomplu jagħtu servizz lill-klijenti tal-istess ċentri. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Fondazzjoni peress li s-social worker jigwadanja professjonalment mill-fatt li jkun f’tim ta’ social workers fejn wieħed ikollu aktar libertà u spazju biex jiddiskutu s-sitwazzjonijiet li jkun qed jiltaqa’ magħhom, u ukoll ikunu fil-preżenza ta’ min imexxi t-tim għal konsultazzjoni immedjata meta jkun hemm il-bżonn. Apparti minn hekk, meta dawn ikunu bbażati f’tim ta’ social workers, hemm aktar possibilità li x-xogħol tagħhom ikun speċifikament ta’ ħidma soċjali, liema xogħol hemm tant bżonnu mal-persuni b’diżabilità li l-Aġenzija taħdem magħhom.
Il-Fondazzjoni temmen li għandha responsabbiltà għall-iżvilupp professjonali tas-social workers fi ħdanha, u li b’dan it-tibdil, il-ħaddiema jistgħu jikbru aktar professjonalment. Dan kollu ġie spjegat kemm lis-social workers kif ukoll lil-Leaders taċ-ċentri f’laqgħat separati li saru mill-maniġers tal-Aġenzija nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Marzu 2010.
Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15803 u 15601 u ċioe jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14838 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15601.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15804, 15571, 15331, 14850 u 14474 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15811, 15600 u 15328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15600.
bays quddiem ħwienet bil-kliem loading u unloading
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15822 u jgħid jekk bays quddiem ħwienet bil-kliem loading/unloading humiex regolari u legali jekk ma jkunx hemm ukoll tabella li tgħid loading/unloading?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13634, 13138 u 10806 u jgħid kemm saru riċevimenti f'dawn l-aħħar ħames xhur organizzati jew kordinati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kienet l-okkazjoni? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal kull riċeviment? Kemm attendew? Kemm swiet l-okkażjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni għal-perjodu minn April sa Settembru 2009, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jara li dawk is-sentenzi li ilhom is-snin pendenti u li qed jistennew sentenza mill-Bord ta' l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jiġu maqtugħa kemm jista' jkun malajr tenut kont li b'konsegwenza ta' dan id-dewmien qed jinħoloq mhux biss inkonvenjent, imma wkoll dannu u preġudizzju lill-persuni konċernati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ż-żewġ Bordijiet ta’ Appell qed jaħdmu sabiex numru sostanzjali ta’ każijiet jiġu deċiżi bejn Marzu u Ġunju. B’hekk in-numru ta’ każijiet pendenti ser jonqos sew.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15598 u 15202 u ċioe: Peress li dan l-aħħar qed tiżdied l-inċidenza ta' theddid ta' bomba fil-Qorti t'Għawdex li qed joħloq ċertu paniku u bir-raġun; peress li f'Għawdex m'hemmx skwadra jew nies speċjalizzati fuq il-bomb disposal, jista' jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex f'Għawdex ukoll ikollna dan is-servizz li kulma jmur iktar qed jinħass il-ħtieġa għalih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Bomb Disposal Unit tal-Forzi Armati ta’ Malta hija entità speċjalizzata li tirrikjedi investiment sostanzjali kemm f’terminu ta’ riżorsi umani kif ukoll f’apparat sofistikat. Għaldaqstant ikun aktar għaqli li kull investiment ġdid imur sabiex tissaħħaħ l-iskwadra eżistenti flok isir duplikazzjoni ta’ din is-sezzjonali.
F’Malta u Għawdex għandna l-vantaġġ taċ-ċokon li jwassal sabiex ir-
Response Time
dejjem kien wieħed raġonevoli.
Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15601 u ċioe jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14838 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15571, 15331, 14850 u 14474 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15600 u 15328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
bays quddiem ħwienet bil-kliem loading u unloading
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bays quddiem ħwienet bil-kliem loading/unloading humiex regolari u legali jekk ma jkunx hemm ukoll tabella li tgħid loading/unloading?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tal-pakketti finanzjarji imħallsa fil-Bank Ċentrali lill-Gvernatur, Deputat Gvernatur, Diretturi, Senior Managers u gradi oħra maniġerjali tal-Bank?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'ċaqliq ta' ħaddiema kien hemm fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex minn kategorija għall-oħra minn kemm ilha li bdiet din is-sistema tal-kategoriji u tindika mil-liema ward għall-oħra jew parti jew oħra tal-isptar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li kien hemm Nursing Aide (mara) waħda, li ġiet imċaqalqa minn Category B (Cat. B) għall-Cat. A, wara li għaddiet minn intervista li saritilha wara sejħa mid-Dipartiment tas-Saħħa; u Nursing Aide (raġel) li minħabba raġunijiet ta' saħħa għamel talba sabiex minn Cat. A mar jaħdem f'sezzjoni ta' Cat. B.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15331, 14850 u 14474 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15202 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Peress li dan l-aħħar qed tiżdied l-inċidenza ta' theddid ta' bomba fil-Qorti t'Għawdex li qed joħloq ċertu paniku u bir-raġun; peress li f'Għawdex m'hemmx skwadra jew nies speċjalizzati fuq il-bomb disposal, jista' jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex f'Għawdex ukoll ikollna dan is-servizz li kulma jmur iktar qed jinħass il-ħtieġa għalih?
maternity u paternity leave — pożizzjoni tal-Gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15197 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'pożizzjoni se jieħu l-Gvern a rigward il-proposti ta' l-estensjoni tal-maternity leave għall-20 ġimgħa u tal-paternity leave?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern qed jistudja l-implikazzjonijiet ta’ dawn il-proposti u għadha ma ttieħditx deċiżjoni.