Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16545 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Mediċina Ranfaxine XL al-75mg

Question

Tista' l-Ministru tara li l-mediċina Ranfaxine XL al-75mg tkun disponibbli fl-Ispiżerija tal-Gvern għaliex kien hemm lamenteli li din il-mediċina mhux dejjem qed tkun disponibbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-mediċina msemmija hija disponibbli.
Leg 11 PQ #16548 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq ta' Pinu u tal-Imġarr - Spezzjonijiet fuq xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba saru spezzjonijiet fuq xogħlijiet fit-toroq ta' Pinu u tal-Imġarr? Meta saru dawn l-ispezzjonijiet, minn min u x'kien l-eżitu tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li spezzjonijiet fuq xogħlijiet fit-Triq ta' Pinu jsiru regolarment mill-Project Management Team li ngħata l-kuntratt biex jissorvelja x-xogħlijiet u jara li huma skont il-kundizzjonijiet li hemm fil-kuntratt. Dwar it-Triq tal-Imġarr, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Onor. Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Leg 11 PQ #16550 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — persuni li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'għandna l-ebda uffiċċjal pubbliku li għalkemm laħaq l-età tal-irtirar, iġġeddidlu t-terminu tal-impjieg tiegħu, f'din l-aħħar sena.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — persuni li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — persuni li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm ħadd li laħaq l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhu f'din l-aħħar sena.
Leg 11 PQ #15997 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv, minn min sar il-ko-finanzjament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16039 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nutrazon disponibbli mill-Ispiżerija tal-Gvern

Question

Peress li qed isiru ilmenti dwar il-fatt li Nutrazon mhux qed ikun disponibbli mill-Ispiżerija tal-Gvern u dan qed joħloq ċertu inkonvenjent, tista' l-Ministru tieħu l-provvedimenti meħtieġa biex in-Nutrazon tkun disponibbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm stocks ta' Nutrazon li qed jitqassmu lill-pazjenti u li ma kien hemm l-ebda nuqqas ta' stock ta' Nutrazon f'dawn l-aħħar tliet xhur.
Leg 11 PQ #16351 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

tenders għat-toroq f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma il-membri tal-Evaluation Board Commitee responsabbli mit-tenders tat-toroq ta' Għawdex: a) CT 2633/2009 - Negotiated Procedure for the Reconstruction of Part of Xlendi Road. b) CT 2101/2009 - Works Tender for the Reconstruction of part of ta' Pinu Road, Għarb. c) CT 2730/2009 - Negotiated Works Tender for upgrading works at Villa Rundle Garden, Victoria, Gozo. d) CT 2202/2009 - Reconstruction and upgrading of Mġarr Road, Għajnsielem, Gozo. e) CT 2520/2009 - Works tender for the Civil Works and Embellishment of the Żewwieqa Waterfront, Għajnsielem,Gozo. X'inhu l-grad ta' dawn l-membri? Ma’ min huma impjegati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex dwar partijiet a), b), c) u e), tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16351 jagħmel il-mistoqsija lill-Onor. Ministru tal-Finanzi filwaqt li għal parti d) tal-istess mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Onor. Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15601 u ċioe: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14838 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15601.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar il-konferenzi, workshops u seminars li ġew organizzati f’dawn l-aħħar sitt xhur mid-dipartiment u dikasteri taħt dan il-Ministeru.
Leg 11 PQ #15996 Sitting 207 2010-04-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Bord tal-Evalwazzjoni — kuntratti tax-xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu, ta’ min jgħid li l-curriculum vitae ta’ dawn l-uffiċjali ma tistax tingħata għar-raġuni ta’ protezzjoni tad-data.

Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14838 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq nikkonferma li l-‘JPF Joint Venture’ u ‘Gaudos Joint Venture’ biss għaddew mill-evalwazzjoni teknika tat-toroq tax-Xlendi u ta’ Pinu rispettivament. Dwar il-kompożizzjoni tal-Joint Ventures, id-Direttur tal-Kuntratti huwa marbut bir-Regolamenti dwar Kuntratti Pubbliċi li jżomm din l-informazzjoni kunfidenzjali.

Pakketti finanzjarji mħallsa fil-Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tal-pakketti finanzjarji imħallsa fil-Bank Ċentrali lill-Gvernatur, Deputat Gvernatur, Diretturi, Senior Managers u gradi oħra maniġerjali tal-Bank?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3217 għal pakkett finanzjarju tal-Gvernatur u Deputat Gvernatur u nikkonferma li l-pożizzjoni ma nbidlitx mit-tweġiba mogħtija għal dik il-Mistoqsija. Id-Diretturi, li jagħmlu parti mill- Executive Management Committee tal-Bank Ċentrali ta' Malta, għandhom remunerazzjoni annwali fi skala ta' €44,556 (Minimu) sa € 51,595 (Massimu) biż-żidiet fl-iskala jsiru fuq bażi ta' performance pot annwali ta’ 4.50%, inkluża l-COLA. Is- Senior Managers tal-Bank Ċentrali ta' Malta għandhom remunerazzjoni annwali fi skala ta’ €36,864 (Minimu) sa €44,059 (Massimu) biż-żidiet fl-iskala jsiru fuq bażi ta’ performance pot annwali ta’ 4.50%, inkluża l-COLA. Rigward il-gradi l-oħra maniġerjali, is-salarji huma dettaljati fil-ftehim kollettiv iffirmat mal-MUBE. Kopja ta’ Appendix A tal-ftehim kollettiv, li ġiet sottomessa lid-Direttur responsabbli għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-Diretturi, is- Senior Managers u l-gradi l-oħra maniġerjali jgawdu mill-benefiċċji oħra miftiehma mal-unjon.