Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta' xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur. Dawn ammontaw għal somma ta' € 4,556. Id-dettalji mitluba jinsabu fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex — Triq ta' Pinu u tal-Imġarr - Spezzjonijiet fuq xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija parlamentari 16548 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il darba saru spezzjonijiet fuq xogħlijiet fit-Triq tal-Imġarr? Meta saru dawn l-ispezzjonijiet, minn min u x'kien l-eżitu tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm safar ta' sindki u kunsilliera ta' kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar tliet xhur? Jista' jgħid x'kien l-iskop tas-safra, fejn kienet u kemm damu? Xi klassi kienu l-biljetti tal-ajru? X'kienet in-nefqa tal-biljetti tal-ajru, lukandi, trasport ieħor u allowances oħrajn għal kull safra?
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy jew pożizzjoni tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex dwar it-trasport tal-pazjenti li jkunu rikoverati fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex biex imorru għall-testijiet f'Malta fis-sens jekk il-pazjenti jistgħux jagħżlu huma jekk imorrux l-Isptar Mater Dei bl-ambulanza jew b'xi mezz ta' trasport ta' l-għażla tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li pazjent li jkun rikoverat fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex jibqa' taħt ir-responsabilità medika tal-istess sptar anke waqt il-vjaġġ għall-Mater Dei. Għalhekk fl-aħjar interess tal-pazjent u tal-Isptar dan jingħata l-parir li tintuża ambulanza u staff tal-Isptar. F'każ rari li l-pazjent jagħżel li juża trasport mhux tal-Isptar, dan jintalab biex l-ewwel jiffirma li sejjer jitlaq mill-Isptar kontra l-parir mediku għaliex l-Isptar ma jkunx f'pożizzjoni li jerfa' r-responsabilità tal-pazjent waqt il-vjaġġ.
Tinda tar-Rampa fl-iskola speċjali ta' Sannat Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex minkejja diversi wegħdi għadha ma saritx it-tinda tar-rampa ta' l-iskola speċjali ta' Sannat u tgħid għaliex dan id-dewmien kollu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tender inħareġ u qiegħed fi stadju ta' aġġudikazzjoni. Ix-xogħol huwa ppjanat jibda kif tispiċċa l-iskola.
Għawdex tal-Ibraġġ — nuqqas ta' misħun fix-short stay ward
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fix-short stay ward tal-Ibraġġ Għawdex hemm problema persistenti ta' nuqqas ta' misħun u tara li dan l-inkonvenjent jiġi riżolt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-provvista tal-misħun ġiet interrotta għal jumejn nhar it-Tnejn 3 ta' Mejju 2010 u t-Tlieta 4 ta' Mejju 2010 wara li żviluppaw żewġ ħsarat suċċessivi. It-tiswijiet ħadu dan iż-żmien peress li xi fittings partikolari kellhom jiġu akkwistati minn Malta fiż-żewġ okkażjonijiet.
Però jien infurmata ukoll illi minkejja din il-ħsara, l-pazjenti xorta ma ġewx affetwati b'nuqqas ta' misħun, peress illi min hu nkarigat sab mezzi alternattivi.
Rikorsi għall-eżenzjoni minn ġurati residenti f'Għawdex
Question
Peress li qed jinqala' inkonvenjent sabiex jiġu preżentati rikorsi għall-eżenzjoni minn ġurati ta' persuni residenti f'Għawdex għaliex dawn ir-rikorsi jridu jiġi preżentati Malta bilfors, jista' l-Ministru jara li jsir xi arranġament li permezz tiegħu dawn it-tip ta' rikorsi jkunu jistgħu jiġu preżentati l-Qorti Għawdex biex nevitaw dan l-inkonvenjent kollu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Fil-present, a tenur tal-artikolu 4 (2) tal-Avviż Legali 138 tal-2004, ir-Registru tal-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali Għawdex huwa kompetenti biss sabiex jirievi atti ġudizzjari u dokumenti oħra relatati ma’ proċeduri illi jinstemgħu fi Qrati illi għandhom is-sede tagħhom f’Ghawdex. Atti li għandhom jiġu ppresentati fi Qrati li għandhom sede Malta, fosthom il-Qorti Kriminali, għandhom jiġu ppresentati biss fir-Reġistru tal-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali ta’ Malta.
Madanakollu, qiegħdin jiġu diskussi possibbiltajiet amministrattivi bil-għan illi tinstab soluzzjonni fejn atti jistgħu ikunu ppresentati f’Għawdex u eventwalment trasmessi Malta u, la darba dawna jiġu solvuti, tinbidel l-Avviż Legali fuq imsemmija sabiex tirrifletti l-arranġamenti fuq imsemmija.
Peress li fl-awli tal-Qorti ta' Għawdex hemm problemi minħabba nuqqas ta' apparat ta' recording u anke hemm ħsarat fil-mikrofoni li qed ixekkel u jtellef ħafna x-xogħol li jsir fl-awli u liema sitwazzjoni ilha tippersisti għal diversi xhur, tista' l-Ministru tindirizza din is-sitwazzjoni minnufih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li għalkemm fil-Qorti ta' Għawdex għandna xi apparat tar-recording li hu bil-ħsara u li għalih qed jistennew il-parts rikjesti biex jissewwa, jekk kien hemm xi xkiel u/jew telf fix-xogħol li jsir fl-Awla, żgur li ma kienx minħabba dan, peress illi għandna sistema ta' back-up bil-manual recording. Din is-sistema tal-manual recording hi ppreferita minn wieħed mill-Maġistrati li, anke meta s-sistemi kollha jkunu jaħdmu sew, jagħżel li jutilizza s-sistema manwali.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li laħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16554 u jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li laħqu l-età tal-irtirar fl-aħħar sena u li l-impjieg tagħhom ġie mġedded kien ta' tlieta. Dawn huma, wieħed fil-grad ta' Assistant Principal fi Transport Malta, wieħed bħala Assistant Private Secretary fil-Ministeru u l-ieħor bħala Assistant Principal fir-Reġistru Pubbliku.
Ħlas ta' allowance lill-ħaddiema — tindif tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid filwaqt li qed issir riferenza għar-rakkmandazzjoni magħmula mill-Ombudsman għal ħlas ta' allowance lill-ħaddiema li jagħmlu xogħol ta' tindif fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex liema rakkmandazzjoni kienet mertu tal-każ H0034, tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu biex tiġi implimentata r-rakkmandazzjoni magħmula?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li r-rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman, li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, m'hijiex rakkomandazzjoni biex isir il-ħlas ta' l-allowance iżda "rakkomandazzjoni lill-Ministeru għal Għawdex u b'mod partikolari lill-amministrazzjoni ta' l-Isptar Ġenerali illi jqisu dik it-talba fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li appena għamilt".
Dawn il-kunsiderazzjonijiet jinsabu f'paragrafi 8 u 9 tad-Deċiżjoni ta' l-Ombudsman li kopja tagħhom se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra. (Ara dokument numru 5254 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 256 nhar id-29 ta' Settembru 2010)
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li laħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — persuni li laħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’din l-aħħar sena, fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kien hemm impjegat wieħed biss li laħaq l-età ta’ rtirar u kellu l-imjieg tiegħu mġedded meta dan laħaq l-età ta' irtirar
L-impjegat huwa fil-grad ta’ Direttur Ġenerali fi ħdan id-Diviżjoni tas-Servizzi.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — persuni li laħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f'din l-aħħar sena kien hemm 9 persuni li laħqu l-età ta' rtirar fejn reġa ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom, impjegat fid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja li għandu l-grad ta' Marixall u 8 impjegati li huma membri fil-Korp tal-Pulizija li għażlu li jibqgħu jservu sal-età ta' 61 sena, li għandhom il-grad ta' 2 Supretendenti, 2 Spetturi, 1 Surġent Maġġur u 3 Kuntistabbli.
Ministeru għal Għawdex — persuni li laħqu l-età tal-irtirar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Tista' tindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — persuni li laħqu l-età ta' rtirar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Tista' tindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja f’din l-aħħar sena ma kien hemm ebda persuna li laħqet l-età tal-irtirar u reġa’ ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħha.
Tista' l-Ministru kemm kien l-introjtu tal-gvern mir-residenti li kien hemm ġo Sant'Anna f'dawn l-aħħar sentejn u kemm kien hemm persuni residenti kull tliet xhur separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li skond il-kalkoli li għamel l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex permezz tas-sistema kompjuterizzata ECDS, mir-residenti ta' Sant'Anna, l-Gvern kellu jdaħħal dawn l-ammonti:
2008 - €313,160
2009 - €340,690
Jannar-Marzu 2010 - €94,110.
Ta' min jiġbed l-attenzjoni li r-responsabilità għall-ġbir ta' dawn il-fondi hija tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, tat-Teżor u tal-Kumitat tal-Welfare, u għalhekk jekk tinħtieġ aktar informazzjoni għandha tiġi mitluba lill-Ministru konċernat.
Il-persuni residenti fir-Residenza Sant'Anna kienu
31-03-2008 - 73 resident
30-06-2008 - 73 resident
30-09-2008 - 74 resident
31-12-2008 - 72 resident
31-03-2009 - 79 resident
30-06-2009 - 77 resident
30-09-2009 - 77 resident
31-12-2009 - 81 resident
31-03-2010 - 81 resident.