Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #18551 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18193, 17949 u 17359 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18559 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti ta' Għawdex — każijiet ta' kaċċa u nsib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet ta' kaċċa u nsib fil-Qorti ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin 2008 u 2009 il-Pulizija ressqet 26 u 35 persuna rispettivament quddiem il-Qorti fuq ksur tar-regolamenti tal-kaċċa u nsib f'Għawdex.
Leg 11 PQ #18560 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għawdex — vetturi tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-vetturi kollha tal-pulizija f'Għawdex u jgħid kemm-il sena għandhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' vetturi li għandha l-Pulizija f'Għawdex huwa ta' 21, bl-eqdem waħda ilha mill-1980. Qed inqiegħed lista tal-għamla ta' vetturi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #18561 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għawdex — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2008 u l-2009 il-Pulizija kellha 284 u 255 rapport ta' serq f'Għawdex.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17945 u 17364 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #18190 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sindki u Kunsillieri — safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17946, 17391 u 17059 u jgħid kemm kien hemm safar ta' sindki u kunsilliera ta' kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar tliet xhur? Jista' jgħid x'kien l-iskop tas-safra, fejn kienet u kemm damu? Xi klassi kienu l-biljetti tal-ajru? X'kienet in-nefqa tal-biljetti tal-ajru, lukandi, trasport ieħor u allowances oħrajn għal kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17947 u 17363 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17948, 17361 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18193 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17949 u 17359 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17364 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Leg 11 PQ #17946 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sindki u Kunsillieri — safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17391 u 17059 u jgħid kemm kien hemm safar ta' sindki u kunsilliera ta' kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar tliet xhur? Jista' jgħid x'kien l-iskop tas-safra, fejn kienet u kemm damu? Xi klassi kienu l-biljetti tal-ajru? X'kienet in-nefqa tal-biljetti tal-ajru, lukandi, trasport ieħor u allowances oħrajn għal kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-dipartiment tal-Kunsilli Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali permezz ta’ memo numru 64/2010 li ntbgħat lill-Kunsilli Lokali fil-11 ta’ Mejju 2010.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17363 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17361 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17949 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17359 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

dewmien għal sussidju tat-tadam

Question

Peress li ħafna bdiewa Għawdxin qed jilmentaw għaliex għadhom ma tħallsux is-sussidju tat-tadam, jista' l-Ministru jgħid għalfejn u meta se jsir il-ħlas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor Interpellant tispeċifika għal-liema sussidju tat-tadam qed tirreferi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Adoption Board — ħatra

Question

Tista' l-Ministru tgħid kull meta jiġi maħtur l-Adoption Board?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont sub-artiklu (4) ta’ Artiklu 3 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Adozzjoni, “Il-membri tal-Bord għall-Adozzjoni għandhom jinħatru mill-Ministru għal perjodu minimu ta’ sentejn”

Adoption Board — membri attwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri attwali tal-Adoption Board, xi kwalifiki għandhom u x'kienu l-kriterji biex intgħażlu dawn in-nies?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuqil-Mejda tal-Kamra

Adoption Board — study reports

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa' l-Adoption Board f'dawn l-aħħar tliet snin u meta? Kemm ġew ikkunsidrati u finallizzati study reports f'kull laqgħa/seduta tal-Bord?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

talbiet għall-adozzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru talbiet għall-adozzjoni f'dawn l-aħħar tliet snin? Tista' tgħid kemm saru talbiet għall-adozzjoni kull sena separatament, minn persuni waħedhom u tindika s-sess, u minn koppji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: 2007 - 10 nisa waħedhom u minn 38 koppja 2008 - 9 nisa waħedhom u minn 56 koppja 2009 - 11 –il persuna (10 nisa waħedhom u minn (1) raġel waħdu) u 75 koppja 2010 - 2 minn nisa waħedhom u 12-il koppja.