Jista' l-Minsitru jgħid kemm saru annotazzjonijiet ta' annullamenti fir-reġistru pubbliku f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament? Kemm minnhom kienu ċivili u kemm minnhom kienu tat-Tribunal Ekkleżjastiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ annullamenti li ġew reġistrati matul dawn l-aħħar ħames snin fir-Reġistru Pubbliku huwa kif ġej:
fl-2005, 156 każ 130 (Ċivili) u 26 (Ekkleżjastiku)
fl-2006, 194 każ 168 (Ċivili) u 26 (Ekkleżjastiku)
fl-2007, 163 każ 133 (Ċivili) u 30 (Ekkleżjastiku)
fl-2008, 183 każ 147 (Ċivili) u 36 (Ekkleżjastiku)
fl-2009, 158 każ 112 (Ċivili) u 46 (Ekkleżjastiku)
Tista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji minn barra fir-reġistru pubbliku ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament u mimm liema pajjiż? Jista' jgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx barrani u jekk iva, minn liema pajjiż?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru annotazzjonijiet ta' annullamenti fir-reġistru pubbliku ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament? Kemm minnhom kienu ċivili u kemm minnhom kienu tat-Tribunal Ekkleżjastiku?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18775, 18549, 18192, 17948, 17361 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18774, 18551, 18193, 17949 u 17359 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar xogħol ta’ natura legali minn Novembru 2009 sa Mejju 2010 fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-ħaddiema tal-Gozo Channel li qegħdin iċ-Ċirkewwa m'għandhomx faċilitajiet sanitarji, jista' l-Ministru jara li jiġu provduti b'dawn il-faċilitajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Istruttura tal-portijiet taqa' taħt r-responsabilità ta’ Transport Malta li qed jieħu ħsieb sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji li jkun hemm il-facilitajiet sanitarji kollha anke fiċ-Ċirkewwa.
B'referenza għall-iskema tat-tax credit RA7, jista' l-Ministru jara li r-refunds jinħarġu fuq isem il-mara u mhux ir-raġel peress li din l-iskema hija mmirata lejn in-nisa u allura ġustament ir-refund għandu jinħareġ fuq in-nisa u mhux fuq l-irġiel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lilll-Onor. Interpellant illi skont is-sistema tat-tassazzjoni f’Malta, fil-każ ta’ koppja miżżewġa li jgħixu flimkien, il-formola tat-taxxa, il-kont tat-taxxa, ir-refunds, u kwalunkwe komunikazzjoni oħra toħroġ f’isem il-konjugi responsabbli. Hija l-koppja miżżewġa stess li tagħmel l-għażla dwar min minnhom ikun il-konjugi responsabbli.
Imma l-fatt li l-korrispondenza toħroġ f’isem il-konjugi responsabbli ma jfissirx li r-responsabbiltà tal-ħlas tkun biss tal-konjugi responsabbli li f’ismu jkun ħareġ il-kont tat-taxxa. Lanqas ma jfisser li r-
refund
ikun biss tal-konjugi responsabbli, imma jappartjeni lit-tnejn li huma, jiġifieri liż-żewġ konjugi, flimkien u indaqs. Dan jgħodd kemm jekk dan ir-
refund
ikun riżultat tat-
tax credit
imsemmi fil-mistoqsija, kif ukoll jekk ikun riżultat ta’ xi ħaġa oħra.
Ambulanzi tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex — komunikazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' mezzi ta' komunikazzjoni (radios) hemm stallati fl-ambulanzi tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-preżent ma teżisti l-ebda sistema ta' komunikazzjoni bir-radio fl-ambulanzi ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. F'każ ta' bżonn ta' komunikazzjoni ma' l-ambulanzi li jkunu barra fuq xogħol, isir kuntatt max-xufier, nurse jew porter, fuq il-mobile tagħhom.
Peress li hemm ilmenti mill-pubbliku li fl-ispiżerija tal-Gvern m'hemmx il-mediċina Zocor, tista' l-Ministru tara li din tkun disponibbli?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi qed jittieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex il-mediċina Zocor tkun disponibbli, ovvjament fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha relatati mal-provvediment u tqassim ta' mediċina f'pajjiżna.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18551, 18193, 17949 u 17359 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18549, 18192, 17948, 17361 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li l-Gozo Channel fiċ-Ċirkewwa fil-kmamar ta' fejn il-vapur m'hemmx linja tat-telefon u allura f'każ ta' emerġenza ma jistax isir kuntatt magħhom, jista' l-Ministru jistalla linja tat-telefon immedjatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment tekniku tal-Gozo Channel flimkien mad-dipartiment tekniku tal-GO qegħdin jaħdmu sabiex isolvu l-problema li żviluppat fuq l-extension imsemmija.
Peress li fl-istaġun tas-sajf jiżdiedu t-traġitti bil-vapur bejn Malta u Għawdex u peress li allura jkun hemm passiġġieri li jużaw it-terminal tal-Imġarr, ma jaħsibx il-Ministru li huwa opportun li jsiru arranġamenti biex il-bar tat-terminal jibqa' miftuħ bil-lejl ukoll?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi peress illi l-bar ġewwa t-Terminal ta’ l-Imġarr huwa ġestit minn operatur privat, l-istess bar jitħaddem skont prinċipji kummerċjali.
Peress li fit-terminal tal-Imġarr wara li taqta' l-biljett u tidħol ġewwa m'hemm ebda possibilità li toħroġ jekk tinqala xi emerġenza, ma jaħsibx il-Ministru li jkun utli li jkun hemm ħruġ ta' emerġenza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-iMġarr Terminal għandu Evacuation Routes u sinjali ta' Emerġenza skond l-Evacuation Plan li hemm imwaħħlin f'kull żona biex jindikaw il-ħruġ u l-bibien immarkati skond kif titlob il-liġi u skond il-pjan tal-bini tat-Terminal kif ġie mogħti lill-Gozo Channel Co. Ltd mit-Trasport Malta (ex Malta Maritime). Barra minn hekk il-ħaddiema tat-Terminal huma disponibbli u jinsabu viċin taż-żona msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-pulizija ta' stupru u abbużi sesswali f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2008 il-Pulizija kellha 3 rapporti ta' stupru u 6 rapporti ta' xi tip ta' abbuż sesswali u fl-2009 ma kienx hemm rapporti ta' stupru f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-pulizija ta' abbużi fuq minoreni f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2008 il-Pulizija kellha 9 rapporti ta' xi tip ta' abbuż fuq minorenni f'Għawdex, filwaqt li matul l-2009 kien hemm 15-il rapport.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiżdied in-numru ta' avukati tat-tfal?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi d-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja ser timpjega numru ta’ Avukati tat-Tfal Part-time. Għal dan il-għan ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta’ Avukat tat-Tfal Part-Time fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta’ April, 2010.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18192, 17948, 17361 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18190, 17946, 17391 u 17059 u jgħid kemm kien hemm safar ta' sindki u kunsilliera ta' kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar tliet xhur? Jista' jgħid x'kien l-iskop tas-safra, fejn kienet u kemm damu? Xi klassi kienu l-biljetti tal-ajru? X'kienet in-nefqa tal-biljetti tal-ajru, lukandi, trasport ieħor u allowances oħrajn għal kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.