Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spejjeż fuq partijiet mit-toroq t'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż kollha li saru fil-partijiet tat-toroq mill-Heliport ta' Għawdex sal-bidu tax-Xewkija, kif ukoll mis-siġra ta' Pinu sas-Santwarju ta' Pinu u jgħid kemm tħallas kull kuntrattur jew sub-kuntrattur separatament għal kull biċċa xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi x-xogħlijiet u l-ispejjeż li saru fuq il-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq l-Imġarr fejn ir-roundabout ta’ Santa Ċilja sa qabel ir-roundabout tal-Ħniena fix-Xewkija. Dawn ix-xogħlijiet saru minn Road Construction Ltd b’kuntratt ma’ Transport Malta. Rigward ix-xogħlijiet li saru fit-triq li mis-siġra ta’ Pinu twassal sas-Santwarju ta’ Pinu ninsab infurmat li din ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Kisja finali ta' tarmak fil-parti tat-triq mis-siġra ta' Pinu sas-Santwarju ta' Pinu

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kisja finali tat-tarmak tal-parti tat-triq mis-siġra ta' Pinu sas-Santwarju ta' Pinu għadha ma ngħatatx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tad-dekasteru tiegħi.

Triq ta' Pinu — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiswa l-manutenzjoni tat-Triq ta' Pinu in patikolari biex jimtlew ix-xquq li diġà hemm fl-istess triq? Jista' jgħid ukoll il-gvern x'passi qed jieħu kontra min għamel ix-xogħol peress li dawn il-ħsarat tfaċċaw daqshekk malajr wara li sar ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tad-dekasteru tiegħi.

Tfal li jiċċappsu mal-kriminalità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-gvern biex tfal ma jispiċċawx il-ħabs u xi pjanijiet għandu l-gvern rigward tfal li jispiċċaw jiċċappsu mal-kriminalità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru Konċernat .

Abbozz tal-Liġi dwar it-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk f'din il-leġislatura hux se jkollna lest abbozz tal-liġi dwar it-tfal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa l-Ministeru qed jħares lejn il-liġijiet li jappartjenu lit-tfal u qed jelenka fejn hemm il-ħtieġa ta’ emendi legali li mhumiex riflessi fil-liġi domestika.

Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali — twettiq tas-suġġerimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-gvern, speċjalment il-Ministeru tagħha, ħax jew hux qed jieħu miżuri biex is-suġġerimenti li saru fid-diversi rapporti tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali jiġu mwettqa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja jsegwi u jipparteċipa mill-qrib is-seduti tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali. L-entitajiet flimkien mal-Ministeru jikkunsidraw il-miżuri li jistgħu jittieħdu kif suġġerit mill-kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali.

bays quddiem ħwienet bil-kliem loading u unloading

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15822 u jgħid jekk bays quddiem ħwienet bil-kliem loading/unloading humiex regolari u legali jekk ma jkunx hemm ukoll tabella li tgħid loading/unloading?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tikkonsulta l-liġi u regolamenti applikabbli.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18775, 18549, 18192, 17948, 17361 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #19460 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Estensjoni tal-Maternity leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali u uffiċjali tal-gvern dwar il-proposta tal-estenjsoni tal-maternity leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li huwa prematur li wieħed jieħu pożizzjoni fuq estensjoni tal-maternity leave, għaliex il-prposta tal- Kummissjoni Ewropea għadha fi stadju ta’ diskussjoni.
Leg 11 PQ #19461 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — refurbishment fit-teatri tal-operazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta' dak kollu li sar s'issa u ta' dak li huwa ppjanat li jsir sal-aħħar ta' din is-sena rigward ir-refurbishment tat-teatri tal-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tenders għar-refurbishment tas-sala tal-operazzjonijiet jinsabu fl-istadju ta' tendering filwaqt li t-tender għal xiri tal-apparat mediku għall-istess post ġiet awarded. Xogħol preliminari ieħor li diġà sar kien jikkonsisti fi tneħħija ta' Asbestos.
Leg 11 PQ #19462 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Operazzjonijiet f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet f'Għawdex fl-aħħar sentejn xahar b'xahar? Minn liema surgeon? Liema minnhom kienu operazzjonijiet ta' emerġenza u liema kienu elective?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19463 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — speċjalisti u konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm speċjalisti u konsulenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Tista' tindika s-suġġett ta' speċjalizzazzjoni ta' kull wieħed u waħda minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19464 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Fabbrika tal-cards Bryvarc — taħditiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'taħditiet kellu l-Ministeru u anke l-Ministru personalment rigward il-fabbrika tal-cards Bryvarc? Issa li l-operaturi jidher li ħarbu minn dawn il-gżejjer, x'miżuri qed jieħu l-Ministeru biex jipproteġi l-interessi tal-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.

Ftehim bejn il-Malta Industrial Park u l-kumpanija Bryvarc

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pakkett ġie miftiehem bejn il-gvern tramite l-Malta Industrial Park jew direttament mal-kumpanija Bryvarc ta' Għawdex u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim jew understanding li ntlaħaq? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija ingħatatx flus jew xi tip ta' grant in vista tal-investiment li din il-kumpanija kienet wegħdet li se tagħmel? Jista' in oltre jgħid x'passi qed jieħu l-gvern kontra din il-kumpanija li naqset milli tonora l-ftehim tant li dawn telqu mill-pajjiż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 11 PQ #19271 Sitting 254 2010-07-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali t'Għawdex — xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka x-xogħol ta' tarmac kollu li sar mill-kunsilli lokali kollha ta' Għawdex? Jista' jgħid min kien il-kuntrattur, jagħti d-dettalji tat-tender, ta' meta sar ix-xogħol u kemm dam? Kemm sewa x-xogħol? Jista' jgħid għaliex il-belveder ta' Triq Ħamri Għajnsielem tħalla fi stat ta' żdingar bi problemi ta' aċċesssibilità kbar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant tifhem li l-informazzjoni mitluba hi mill-aktar estensiva u għaldaqstant nitlobha tispeċifika l-perjodu taż-żmien tal-informazzjoni li qed titlob.

Awtorità tad-Djar — akkwist ta' plots

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-Awtorità tad-Djar għadha m'għamlitx il-kuntratti tal-akkwist opportun ma' dawk kollha li ħadu l-plots fil-housing estates tal-Ħali fin-Nadur, Għawdex u f'Ta' Dun Anton ix-Xagħra, Għawdex u dan minkejja li l-konvenji ilhom snin li saru u ċ-ċnus tħallsu? Peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq problemi kbar u anomaliji legali li jeħtieġu li jiġu indirizzati immedjatament, tista' tgħid meta se jiġu ffirmati l-kuntratti opportuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-titolu tal-art tal-inħawi msemmija għadu ma għaddiex għand l-Awtorita’ tad-Djar u għalhekk l-Awtorita’ ma tistax tagħmel il-kuntratti tal-akkwist.
Leg 11 PQ #19226 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Berġa tan-Nadur

Question

Peress li kien hemm lamenteli li l-berġa tan-Nadur nhar it-Tlieta 6 ta' lulju 2010 kienet magħluqa u t-tabib kellu jara lill-pazjenti barra fit-triq u dan kollu ħoloq ċertu inkonvenjent, tista' l-Minsitur tgħid x'kienet ir-raġuni għal dan u tara li affarijiet bħal dawn ma jerġgħux jiġru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minkejja li l-berġa nfetħet ftit minuti tard minħabba mprevist li nqala' nhar it-Tlieta 6 ta' Lulju 2010, il-pazjenti nqdew kollha konvenjentement.

Persuni li jaqtgħu t-tickets tal-Gozo Channel

Question

Peress li fis-7 ta' Lulju 2010 għall-vapur tas-7.30a.m minn Għawdex ma kienx hemm biżżejjed min jaqta' t-tickets tal-Gozo Channel b'dan li madwar 80 passiġġier li kienu sejrin għax-xogħol tħallew l-art bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu, jista' l-Ministru jara li dan ma jerġax jirrepeti ruħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi jirrizulta mill-filmati fil-pussess tal-Gozo Channel illi kienu biss dawk in-nies li daħlu fl-aħħar minuti li ma rikbux fuq il-vapur. Sabiex jiġi assigurat illi l-vapuri jitilqu fil-hin kif ukoll sabiex jiġi assigurat illi jingħata l-aħjar servizz, il-passiggieri kollha huma avzati illi l-gates jingħalqu tlett (3) minuti qabel il-ħin tat-tluq tal-vapur. In oltre, l-passiggieri kollha li jaqsmu ta’ kuljum diġa ġew avzati illi jistgħu ukoll jaqtgħu l-biljetti sa minn ġurnata qabel u dana sabiex jiġi assigurat li ħadd ma jitħalla l-art. In oltre, l-istess Gozo Channel qegħda ukoll tirrosterja bniedem extra kull nhar ta’ Tnejn kif ukoll l-għada ta’ Festa Pubblika biex nlaħħqu ma’ domanda tal-ħaddiema Għawdxin.

Divorzji reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji minn barra fir-reġistru pubbliku f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament, u minn liema pajjiż? Jista' jgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx barrani u jekk iva, minn liema pajjiż?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Jien infurmat ukoll li sabiex jinkiseb divorzju u jiġi reġistrat Malta xi ħadd mill-partijiet irid ikollu ċittadinanza tal-pajjiż minn fejn ikun ħareġ id-divorzju jew inkella jkun domiċiljat f'dak l-istess post.