Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Talbiet għal career breaks
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn irgiel u għal liema raġuni?
Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-aħħar sentejn fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kien hemm tliet talbiet minn impjegati nisa għal career break li kollha ġew aċċettati. Dawn ġew proċessati f’perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor ħmistax-il ġurnata.
It-talbiet saru minn impjegati mis-Sezzjoni għall-Parks, Afforestatzzjoni, Restawr tal-Kampanja u Inizjattivi, mid-Direttorat ghall-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi u mid-Dipartiment għad-Disinn u t-Twettiq ta’ Proġetti.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Talbiet għal career breaks
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn irgiel u għal liema raġuni?
Tista' tgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Talbiet għal career breaks
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn irgiel u għal liema raġuni?
Tista' tgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — talbiet għal reduced working hours
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reduced working hours fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment separatament li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn ħaddiema nisa u kemm minnhom saru minn ħaddiema rġiel? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm minnhom ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Jista' jgħid fil-każ tar-rifjut tat-talba x'kienet ir-raġuni u fil-każ ta' talbiet pendenti f'liema stadju waslet it-talba?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bejn Jannar 2010 u Ġunju 2010 kien hemm 202 talba għal reduced hours. 197 minn dawn saru minn nisa’ u 5 minn irġiel. It-talbiet kollha ġew milqugħa. It-talbiet saru hekk:
Dipartiment/Sptar
Irgiel
Nisa
Boffa Hospital
0
1
Mt. Carmel Hospital
0
2
Mater Dei Hospital
5
166
Primary Health Care Department
0
9
Department Environmental Health
0
2
Health Information Department
0
1
Department for the Elderly (inkluz Residenza San Vincenz de Paule)
0
11
Government Health Procurement Services
0
1
National Blood Transfusion Services
0
1
General Stores
0
1
Entitlement Unit
0
1
Supplies Section
0
1
Total
5
197
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — parental leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment li jaqa` taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa u kemm minn irġiel? Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata? Fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi matul dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm talba waħda għal parental leave minn impjegata fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti liema talba kienet proċessata u aċċettata fi żmien ġimgħa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment li jaqa` taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minnhom saru minn nisa u kemm minn rġiel? Tista' tgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata? Fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment li jaqa` taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minnhom saru minn nisa u kemm minn irġiel? Tista' tgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata? Fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Talbiet għal career breaks
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn rgiel u għal liema raġuni?
Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li l-ebda talba għall-Career Break ma ġiet miċħuda fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Talbiet għal career breaks
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn rgiel u għal liema raġuni?
Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar sentejn kien hemm 24 talba għal career breaks kif spjegat fit-tabella ta' hawn taħt:-
Entità Nisa Rġiel
Dipartiment (MJHA) 1 0
Faċilità Korrettiva ta' Kordin 1 0
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 12 1
Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja 7 0
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali 1 0
AWAS 1 0
Infurmat ukoll li dawn it-talbiet ġew milqugħa u li l-proċess dam bejn 8 u 15-il ġurnata.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Talbiet għal career breaks
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn rgiel u għal liema raġuni?
Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-aħħar sentejn saru tliet (3) talbiet għal career breaks. Dawn it-tlieta saru minn impjegati nisa minħabba t-trobbija tat-tfal.
Tnejn minn dawn it-talbiet ġew ipproċessati fi żmien jumejn u waħda ġiet iproċessata fi żmien tliet ġimgħat.
direttur responsabbli għall-welfare — manzjonijiet u responsabbilitajiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'manzjonijiet u responsabbiltajiet għandu d-direttur responsabbli għall-welfare?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttur tal-Welfare hija responsabbli għad-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali li huwa r-regolatur fil-qasam tal-Welfare.
Meta l-ligi tar-Regolatur tiġi fis-seħħ, id-Dipartiment ikollu l-mandat li joħrog liċenzji għas-
service providers
tac-
Child Care Facilities
u oqsma oħra li jipprovdu servizzi ta’
welfare
. Barra minn hekk id-Dipartiment jkollu r-responsabbiltà li jagħmel
inspections
u
assessments
lill-aġenziji li joffru servizzi ta’
welfare
u jara li dawn qegħdin jimxu mal-
istandards
u r-regolamenti maħruga mill-Gvern.
Id-Dipartiment ġie appuntat ukoll bħala l-Awtorità Ċentrali Maltija għall-
International Child Abduction
,
Inter Country Adoption
u
Foster Care
.
Tista' l-Ministru tgħid x'riżorsi għandu d-Dipartiment tal-Welfare biex iwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu u telenka n-numru ta' staff li hemm fl-istess dipartiment, kif ukoll tgħid xi staff professjonali għandu l-istess dipartiment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali hemm jaħdmu tnejn u tletin (32) persuna fejn sebgħa (7) minnhom jaħdmu direttament fil-qasam tal-welfare. Dawn huma:
1 Manager tal-Welfare Services Assessment Unit
4 Assessors (Fil-futur qarib din il-figura għandha titla’ għal sebgħa (7) wara li joħroġ ir-riżultat tas-sejħa tal-applikazzjonijiet ta’assessors li saret iktar kmieni din is-sena)
1 Project Manager tal-ERDF Scheme
1 Research Analyst (fil-mument din il-pożizzjoni għadha vakanti wara l-irtirar tal-persuna preċedenti. Madanakollu fiż-żmien mhux ‘il bogħod għandu joħrog ir-riżultat tas-sejħa tal-applikazzjoni li saret iżjed kmieni din is-sena).
Gozo School of Arts and Crafts — informazzjoni dwar l-għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-għalliema tal-korijiset kollha tal-evening classes fil-Gozo School of Arts and Crafts din is-sena? Kemm hi l-load ta' kull għalliem u kemm minnhom huma part-timers u kemm full-timers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15804, 15571, 15331, 14850 u 14474 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant sa Mejju 2010.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment li jaqa` taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa u kemm minn irġiel? Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata? Fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant ili fl-aħħar sitt xhur ma saret l-ebda talba għall-parental leave.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment li jaqa` taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa u kemm minn irġiel? Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata? Fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li kien hemm żewġ talbiet għall-parental leave li saru minn nisa fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u fid-Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni. Dawn it-talbiet ġew milqugħa u ħadu ġurnata u jumejn rispettivament biex ġew ipproċessati.
Jiena nfurmat ukoll li ma kienx hemm talbiet għall-
parental leave
minn irġiel jew talbiet li ġew miċħuda f’dawn l-aħħar sitt xhur.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — parental leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment li jaqa` taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa u kemm minn irġiel? Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata? Fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'dawn l-aħħar 6 xhur kien hemm talba waħda biss għall-parental leave minn impjegata mara fl-Uffiċċju tal-Liċenzji tat-Televiżjoni. Din it-talba intlaqgħat u ġiet proċessata b'mod immedjat.