Tista' l-Minsitru tgħid x'attivitajiet ġew organizzati mill-gvern jew entità jew dipartiment governattiv għall-anzjani Għawdxin f'dawn l-aħħar tliet snin kull xahar separatament u kemm kienet il-konkorrenza għal kull attività? Inoltre tista' tgħid jekk dawn l-attivitajiet kenux bi ħlas u jekk fl-affermattiv kemm kien il-ħlas għal kull persuna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
attivitajiet organizzati għal persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'attivitajiet ġew organizzati mill-gvern jew entità jew dipartiment governattiv għall-persuni b'diżabilità f'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin kull xahar separatament u kemm kienet il-konkorrenza għal kull attività? Inoltre tista' tgħid jekk dawn l-attivitajiet sarux bi ħlas u jekk fl-affermattiv kemm kien il-ħlas għal kull persuna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm inkubaturi għat-trabi fl-Isptar Ġeneral ta' Għawdex u meta nxtraw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex hemm 3 inkubaturi u ieħor li huwa portable.
Il-tlett inkubaturi nxtraw fis-sena 1971 u l-portable incubator inxtara fis-sena 1988.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-intake għall-Pathway din is-sena fl-MCAST kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sena fil-Pathway Programme daħlu b’kollox 23 f’Malta u 4 f’Għawdex.
Jirriżulta li dan huwa tkabbir sostanzjali ta’ kważi 30% fuq in-numri tas-sena li għaddiet.
Din is-sena beda jiġi offrut il-kors f’Għawdex ukoll.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm dipartimenti, azjendi, persuni eċċ. li għandhom l-obbligu li jimpjegaw persuni b'diżabilità reġistrati skont l-artikolu 15 ta' Att dwar l-impjieg ta' persuni b'dizabilità l-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta? Tista' tgħid x'inhi l-kwota u l-persentaġġ stabbilit għal kull wieħed minnhom? Kemm kienet il-kwota għal kull wieħed minnhom f'dawn l-aħħar ħames snin separtament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont Kap 210 tal-1969 u AL56 tal-1969, kull ‘employer’ li jimpjega aktar minn 20 persuna huwa obbligat li jkollu 2% tal-impjegati tiegħu li jkunu persuni b’diżabilità u li jkunu registrati fir-registru tal-persuni b’diżabilità mizmum mill-ETC. Fl-2009 kien hemm 1,439 entità li timpjega għoxrin persuna jew aktar li bejniethom fl-2009 kienu jħaddmu 978 persuni b’diżabilità li huma reġistrati fir-reġistru tal-persuni b’diżabilità miżmum mill-ETC.
Spejjeż għall-għoti tal-għajnuna f'taħriġ u korsijiet lill-persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'arranġament jew provvedimenti saru mill-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin a tenur tal-artikolu 3(1) tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta u x'ħallas il-Gvern kwantu għal spejjeż, għoti ta' għajnuna għat-taħriġ jew korsijiet lill-persuni b'diżabilità kif jipprovdi l-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għal ħames snin u cjoe minn 2004 sa 2008 L-ETC utilizzat € 241,940 għal-taħriġ speċċjalizzat fir-rigward ta’ Persuni b’diżabilita’, li kienu mqassmin hekk :
Mal-Eden Foundation € 221,028
Mar-Richmond Foundation € 113,557
ESF 19 Project (Supported Employment Scheme) € 7,355
Apparti minn hekk, f’dawn l-aħħar ħames snin il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għenet lill-persuni b’diżabilita’ permezz ta’ skema ta’ esperjenza ta’ xogħol hekk imsejħa
Bridging the Gap
u taħriġ offrut mill-Korporazzjoni innifisha. Fil-fatt fl-2009 biss, l-ETC ħarrġet 134 persuni b’diżabilita’ li kienu qegħdin jirreġisistraw għax-xogħol filwaqt li 26 oħra utilizzaw l-iskema
Bridging the Gap
. L-ETC ma żżommx akkont separat tal-ispejjez relatati mal-korsijiet tat-taħriġ tagħha u l-
Bridging the Gap
skond il-profil tal-klienti.
2004
2005
2006
2007
2008
Bridging the Gap
26
20
29
38
35
Training
65
80
43
54
89
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin biex persuni mniżżla fir-reġistru tal-persuni b'diżabilità msemmi fil-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta jiġu mħassra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dawn l-aħħar ħames snin, l-ETC ma rċeviet l-ebda talba minn persuni b’diżabilità sabiex isimhom jitneħħa minn fuq ir-reġistru tad-diżabilità li żżomm il-korporazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid x'ordnijiet ingħataw mill-Gvern dwar speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg a tenur tal-Artiklu 19 tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma ngħataw l-ebda ordnijiet lill-ETC fir-rigward ta’ Artiklu 19 tal-Kap 210 biex jiġu speċifikati klassijiet ta’ impjieg tali.
Tista' l-Ministru tgħid xi provvedimenti ħa u għamel il-Gvern dwar faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità serja a tenur tal-artikolu 21 tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħala employer, l-ETC tagħmel kull ma hu meħtieġ sabiex impjegati tagħha li jkunu persuni b’diżabilita’ ikollhom akkommodazzjoni sħiħa fir-rigward tat-twettiq tax-xogħol tagħhom. L-ETC għenet lil impjegati tagħha li għandhom diżabilita’ permezz ta’ xiri ta’ apparat meħtieġ. Fir-rigward ta’ taħriġ l-ETC tipprovdi transport b’xejn lil persuni b’diżabilita’ u l-provvediment ta’ learning support assistants inkluż sign language interpreters fejn ikun meħtieġ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jingħataw għajnuna għaliex huma dipenedenti mid-droga kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ persuni li qegħdin isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga f’xi komunità, li qed jirċievu għajnuna soċjali (Drug Addicts Dependents - DAD) huwa ta’ 27 f’Malta (Komunità San Blas u dik ta’ Santa Maria) u 7 f’Għawdex (Oasi Foundation).
Għawdex — informazzjoni dwar ħaddiema fid-dipartimenti governattivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk tinżammx informazzjoni jew statistika tal-kwalifiki tal-impjegati li hemm fid-dipartimenti governattivi f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma teżistix lista uffiċċjali tal-kwalifiki tal-impjegati fid-dipartimenti governattivi f'Għawdex u dan hu dovut għal fatt li l-ebda impjegat m'għandu l-obbligu li jiddikjara kwalunkwe informazzjoni ta' dan it-tip.
Madanakollu teżisti informazzjoni dwar kwalifiki li l-impjegati għaddew minn jeddhom għal talbiet jew bħala parti minn rekwiżiti li jintalbu f'sejħiet għall-applikazzjonijiet ta' impjieg jew promozzjoni.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W131, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm drop outs fost l-istudenti li applikaw għal kull kors ta' evening classes fil-Gozo School of Arts and Crafts din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-19 ta’ Ottubru, 2010, l-Kap tal-Iskola ma rċieva ebda ittra li tinfurmah li xi applikant/a ma tridx tkompli l-kors li applika/t għalih.
Normalment, wara li jintemm Ottubru, jibda l-eżerċizzju biex naraw l-attendenzi, ħalli jekk ikun hemm min qed fuq il-
waiting list
, wieħed jara jkunx possibli li nibgħatu għalih/a minflok dawk li probabbli jkunu tilfu l-interess.
Sptar Mater Dei — korsijiet in konnessjoni mat-tqala
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet jingħataw fl-Isptar Mater Dei in konnessjoni mat-tqala u jagħti d-dettalji dwar kull kors u jgħid kemm isiru korsijiet fis-sena u kemm kienet il-konkorrenza għal dawn il-korsijiet kull kors separatament matul dawn l-aħħar sentejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.