Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm adult educators fl-iskola Wistin Camilleri li s-sena l-oħra kienu jgħallmu fl-istess skola u din is-sena ma ġewx imsejħa biex jgħallmu u tgħid għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li hemm erba' edukaturi għall-adulti li kienu jagħtu sehemhom is-sena l-oħra fl-Iskola tal-Arti Wistin Camilleri u din is-sena ma ġewx imsejħa.
Ir-raġuni hi dovuta għall-ammont ta’ applikanti għal dawn il-korsijiet.
Tista' l-Minsitru tgħid x'inċentivi qed jingħataw liċ-ċentri tat-tfal u lill-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f'dawn iċ-ċentri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ċ-ċentri tat-tfal tal-gvern għandhom finanzjament ta’ 748,000 Euro fl–2010 u dan ser jiżdied għal 950,000 Euro fl-2011.
Il-ġenituri li għandhom dħul ogħla mill-benchmarks stabbiliti u li jibgħatu t-tfal fiċ-ċentri tal-gvern u ġenituri li jibgħatu t-tfal tagħhom f’dawk privati, li huma reġistrati mad-Dipartiment tal-Istandards Nazzjonali, huma ntitolati għal tnaqqis fit-taxxa ta’ 931.75 Euros, skond Artiklu 14 C tal-ATT dwar it-Taxxa tad-Dħul (Kap 123 – Liġijiet ta’ Malta)
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol sar fuq spazji rikreattivi għall-familji f'dawn l-aħħar tliet snin f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-aħħar tliet snin il-Ministeru għal Għawdex għamel xogħol preparatorju u l-applikazzjonijiet meħtieġa biex Ulysses Grove fix-Xewkija tingħata aċċess aħjar għall-pubbliku u jsiru spazji rikreatttivi ġo fiha; biex isir masġar fil-Qortin ta' Isopu fin-Nadur u jitkabbar il-masġar Ġwanni Pawlu XXIII fl-Imġarr li ser ikunu miftuħin għall-pubbliku, u biex fl-inħawi taż-Żewwieqa fl-Imġarr isiru żoni bi spazji rikreattivi.
Bħalissa qed jiġu rijabilitati l-Ġonna Villa Rundle fir-Rabat u qed jinbena ġnien ġdid f'Marsalforn. Dawn il-proġetti huma skont il-pjan t'azzjoni Eko-Għawdex għas-snin 2010-2012.
Barra minn dan għaddej il-proċess ta' rijabilitazzjoni tal-Qortin tax-Xagħra mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, il-Wasteserv u bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex. Ta' min isemmi wkoll li ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni f'diversi postijiet ta' rikreazzjoni.
Tista' l-Minsitru tgħid xi proġetti ta' afforestazzjoni sar f'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-aħħar tlett snin saru xogħlijiet preparatorji u applikazzjonijiet neċessarji biex jiġi estiż il-Masġar Papa Ġwanni XXIII fl-Imġarr, ir-rijabilitazzjoni tal-barriera ta' Isopu f'masġar fin-Nadur u qiegħed isir xogħol biex isir ġnien ġdid f'Marsalforn skont il-pjan t'azzjoni Eko-Għawdex għas-snin 2010-2012. Barra minn dan, għaddej il-proċess ta' rijabilitazzjoni tal-Qortin tax-Xagħra mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, il-Wasteserv u bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.
informazzjoni dwar cruise liners li daħlu f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu cruise liners f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn, jgħid meta kien, l-isem tal-vapur u kemm kien iġorr passiġġieri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ cruise liners li daħlu f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn kien ta’ 11. L-informazzjoni mitluba hija din:
Data Isem tal-Vapur Numru ta’ Passiġġieri
29-06-2009 Club Med 2 294
30-06-2009 Royal Clipper 118
15-07-2009 Royal Clipper 165
28-10-2009 Rotterdam 1,257
05-11-2009 Prinsendam 741
05-04-2010 Spirit of Adventure 229
28-06-2010 Club Med 2 215
19-07-2010 Panorama 43
09-08-2010 Noordam 2,136
18-08-2010 Le Ponant 57
29-09-2010 Club Med 2 282
Xlendi — cruise liners u dgħajjes li rabtu mal-baga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm rabtu cruise liners/dgħajjes mal-baga tax-Xlendi f'dawn l-aħħar sentejn, jgħid meta kien, l-isem tal-vapur u kemm kien iġorr passiggieri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ebda cruise liner ma rabat mal-baga tax-Xlendi minn kemm ilha fil-post iktar kmieni din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-Malta Enterprise jew Malta Industrial Parks f'Ghawdex f'dawn l-aħħar tliet snin u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Peress li Triq Sannat, Sannat, Għawdex għandha bżonn manutenzjoni liema xogħlijiet ilhom jiġu mwiegħda snin sħaħ, tista' l-Ministru tgħid meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li manutenzjoni fuq Triq Sannat, fis-Sannat Għawdex, qiegħda ssir b'mod regolari.
Għawdex — Librerija pubblika - microfilms tal-gazzetti
Question
Peress li hemm domandi għall-microfilms tal-gazzetti, tista' l-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux pjanijiet li fil-librerija pubblika tal-Vajringa tiġi provduta din il-facilità?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-preżent fil-Librerija Nazzjonali mhux qed isiru kopji ta' gazzetti minn fuq il-microfilms għar-raġuni li l-apparat ġie obsolete iżda se jinbeda l-proċess sabiex isiru kopji tal-gazzetti b'sistema diġitali.
Ladarba dan il-proċess jibda jitħaddem fil-Librerija Nazzjonali, hu maħsub li jsiru arranġamenti biex il-Librerija Pubblika ta' Għawdex tiġi fornuta bil-kopji diġitali għall-benefiċċju tar-riċerkaturi f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni ma għadhomx jiġu impjegati tad-Dipartiment tal-VAT ta ' Malta fl-uffiċini ta' Għawdex biex min ikun irid jara xi file ikun jista' jinqeda f'Għawdex stess mentri issa kulmin irid jara file irid joqgħod imur d-dipartiment f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kemm ilu jeżisti d-Dipartiment tal-VAT mill-1995 qatt ma kien hemm files fil-fergħa żgħira li d-dipartiment għandu f’Għawdex. Għaldaqstant il-files ta’ persuni reġistrati Għawdxin minn dejjem kienu jinżammu fil-bini ewlieni tad-Dipartiment tal-VAT f’Malta.
Barra minn hekk, id-Dipartiment qatt ma bagħat uffiċċjali tiegħu bil-
files
ta’ persuni reġistrati f’Għawdex biex il-persuna reġistrata tara l-
file
tagħha hemmhekk.
L-Uffiċċjali tad-Dipartiment tal-VAT imorru Għawdex biex jispezzjonaw in-negozji, bħal per eżempju biex jaraw jekk tinħariġx l-irċevuta fiskali. Dawn imorru wkoll fuq il-post meta jkun hemm ħtieġa li jiġi vverifikat jekk spejjes li dwarhom tkun intalbet il-VAT bħala rifużjoni, ikunux verament intużaw għan-negozju.
Fil-każ ta’ investigazzjoni, minħabba ċerti kontrolli, l-Uffiċċjali tal-VAT jitolbu lill-persuna reġistrata sabiex tiġi fid-dipartiment u ġġib id-dokumenti u ‘records’ neċessarji.
Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja — workload ta' social worker
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-workload ta' kull social worker li hemm fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi kull social worker għandu work load ta' madwar 54 każ li jinqasmu fi 3 kategoriji. Każijiet li jirrikjedu intervent regolari ta' mill-anqas darbtejn f'ġimgħa; każijiet li jirrikjedu intervent ta' darba f'ġimgħa; u każijiet li jirrikjedu intervent ta' darba kull ħmistax.
Barra dawn is-social worker li tkun intake tieħu ħsieb il-każijiet kollha li jirrikjedu intervent telefoniku jew xi intervent ta' kriżi inkella dawk li jirrikjedu intervent ta' darba. Dan ir-rwol jinbidel fuq bażi ta' rotation bejn is-social workers kollha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' aċċess supervizzjonat li qed jiġi supervizzjonat mis-social workers tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja u tgħid kemm qed jingħataw sigħat fil-ġimgħa għal dan it-tip ta' aċċess minn kull social workers?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-preżent is-Sezzjoni Ħarsien tal-Familja fil-Ministeru għal Għawdex għandha każijiet ta' minorenni li qed jiġu 'supervised/monitored' waqt visti ta' aċċess. Ix-xogħol ta' 'supervision/monitoring' isir minn dawk is-social workers li jkunu xogħol fil-ġurnata tal-aċċess u allura mhux neċessarjament mill-istess social worker kull darba li jsir dan l-aċċess.
Is-Sezzjoni qed issegwi b'dan il-mod ta' 'supervision/monitoring' 11 il-każ kull ġimgħa li jirrikjedu 17-il siegħa ta' intervent.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-każijiet t' Għawdxin li ġew riferuti lill-Aġenzija Appoġġ f'din l-aħħar sena kull xahar separatament u għal liema tip ta' servizz ġew riferuti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija Appoġġ — trattament tal-perpetrator's programm
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-persuni li rrikorrew għall-Aġenzjia Appoġġ għal għajnuna jew trattament tal-perpetrator's programm fis-sessjoni tal-vjolenza domestika f'din l-aħħar sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba hija hekk:
Sena
Numru ta’ Klijenti
2009
49
2010 (Jan-Jun)
17
Qrati ta' Malta u Għawdex — Ordnijiet ta' Protezzjoni
Question
Jista' l-Minisitru jgħid kemm inħarġu ordnijiet ta' protezzjoni mill-Qrati ta' Malta u f'Għawdex separatament f'din l-aħħar sena kull xahar separatament, kif ukoll kemm ingħataw ordnijiet ta' trattament fil-każijiet ta' vjolenza domestika fl-istess żmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f'din l-aħħar sena in-numru ta' ordnijiet ta’ protezzjoni skont l-artikolu 412C (Kap 9) u ordnijiet tal-trattament skont l-artikolu 412D (Kap 9) li ngħataw mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali fil-kawżi kriminali tal-familja u mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:-