Liġijiet ta' Malta — guarantee fund a tenur tal-artikolu 21(1) tal-Kap 452
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta twaqqaf u kemm huwa l-guarantee fund a tenur tal-Artikolu 21(1) tal-Kap 452 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Fond ta’Garanzija ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 21 (1) tal-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali f’ Diċembru 2002. F’kull Estimi Finanzjarju ta’ bejn l-2003 u l-2007 dan il-fond irċieva €116,478.67 (Lm 50.000) sakemm laħaq l-ammont totali ta’ €582,393.35 (Lm 250,000). L-ammont li fil-preżent hu inkluż f’dan il-fond huwa ta’ €522,560.00.
Liġijiet ta' Malta — fond garantit għal impjegati li ma tħallsux
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri u regoli relattivi sabiex impjegati li ma tħallsux ikunu jistgħu jirrikorru għal fond garantit a tenur tal-Artikolu 21(1) tal-Kap 452 tal-Ligijiet ta' Malta sabiex jieħdu dak li huwa dovut lilhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Informat li l-proċeduri u r-regoli relattivi sabiex impjegati li ma tħallsux ikunu jistgħu jirrikorru għall-Fond ta’ Garanzija huma stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolamenti dwar Fond ta’ Garanzija (Avviż Legali 432 tal-2002).
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm il-ħtieġa ta' pagamenti mill-fond garantit imsemmi fl-artiklu 21(1) tal-Kap 452 minn meta twaqqaf 'il hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li minn meta twaqqaf il-Fond ta’ Garanzija s’issa b’kollox saru 49 pagament ta’ pagi mhux imħallsa lil persuni li kienu impjegati f’żewġ kumpaniji differenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm proċeduri legali biex flejjes li tħallsu mill-fond garantit imsemmi fl-artiklu 21(1) tal-Kap 452 tal-Liġijiet ta' Malta jinġabru lura? Jekk fl-affermettiv, tista' tagħti d-dettalji relattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li kull ex-impjegat li bbenefika mill-fond ta’ Garanzija aċċetta illi jrodd lura lill-Fond l-equivalenti ta’ kwalunkwe flejjes li jirkupra bis-saħħa ta’ xi proċeduri fil-qorti jew min xi ħlas riċevut bi tpatija mingħand stralċjarju. Madankollu, s’issa l-ebda flejjes ma kienu irritornati lura lill- Fond mill-ex-impjegati.
Iċ-Chairman tal-Bord huwa infurmat illi sa issa, is-stralċjarju li kienu mqabbdin mill-qorti ma kienux f’pożizzjoni li jħallsu flejjes lill-Fond ta’ Granzija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) jekk il-kumpanija Road Constructions għandu xi
stop notice
mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba radam li qed jixħet fuq art verġni qrib il-barriera tiegħu f'żona magħrufa bħala ta' Muxi fil-Qala, Għawdex;
b) veru li fejn qed jintefa' l-iskart mir-Road Constructions hija art tal-gvern;
ċ) għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħaditx passi kontra din il-kumpanija, meta tant ħitan tas-sejjieħ u saħansitra anke giren qed jinqerdu minn dan il-wied;
d) x'inhi r-raġuni li Road Constructions mhux qed juża l-alternative route li suppost juża skont il-permess li ħariġlu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;
e) jekk minn mindu saret laqgħa mal-kunsill tal-Qala riċentament itteħdux passi min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanr;
f) kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-Qala Ghawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur talli t-trakkijiet tal-kostruzzjoni jgħaddu kontra s-sinjali ta' one way;
g) x'inhi r-raġuni għaliex Road Constructions mhux qed tħallas is-somma ta' €4,600 fis-sena lill-Kunsill Lokali tal-Qala kif wara kollox hemm stipulat bħala kundizzjoni fil-permess maħruġ għall-barriera tal-istess kumpanija?
ġ) kemm-il darba mhux qed jitħallas l-ammont fuq imsemmi mir-Road Construction lill-Kunsill Lokali tal-Qala, kif qed jiġġedded il-permess tiegħu kull sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma s-salarji ta’ dawn il-karigi fil-Malta Air Traffic Services Limited:
a) Chief Operations Officer
b) Chief Technical Officer
ċ) Chief Financial Officer
d) Senior Head of ATC Operations
e) Senior Head of ATM Planning
f) Senior Head AIM & Training
g) Senior Head Safety, Quality & Security
ġ) Senior Head of Technical Services
h) Head of Technical Support
ħ) Head of Aerodrome Operations
għ) Assistant to Senior Head AIM & Training
i) Assistant to Chief Technical Officer
j) Assistant to Chief Operations Officer
k) Assistant to Chief Financial Officer u
l) Operational Health & Services Officer?
Jista' l-Ministru jgħid min minn dawn il-karigi jagħmel użu minn
mobile telephone
tal-kumpanija? Jista' jgħid min jagħmel użu minn karozza tal-kumpanija? Jista' jgħid min għandu l-
internet
imħallas mill-kumpanija? Jista' jgħid kemm hi t-
travel allowance
għal kull waħda minn dawn il-karigi għal kull ġurnata meta dawn ikunu msiefra fuq xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma saret mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja minn meta twaqqfet 'l hawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena, Il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja wetqet diversi studji u riċerki, ħarġet pubblikazzjoni, saru konsultazzjonijiet ma’ stakeholders differenti, u organizzaw seminars u konferenzi.
Università tal-Famlija — Dipartiment tal-Familja - lecturing staff
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm lecturing staff fid-Dipartiment tal-Famlija, fl-Università ta' Malta u tgħid min huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dr Angela Abela Senior Lecturer fid-Dipartiment tal-Psikologija tagħti nofs il-ħin tagħha fir-rwol ta’ Direttur fiċ-Ċentru għall-Istudji tal-Familja. Peress li din is-sena ma kienx hemm korsijiet, m’hemmx aktar (Lecturing Staff) f’dan iċ-Ċentru.
Università ta' Malta — Dipartiment tal-Familja - intake
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-intake fid-Dipartiment tal-Familja fl-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Ottubru 2010 iċ-Ċentru għall-Istudji tal-Familja ma offra l-ebda kors. Iżda ċ-Ċentru qed iħejji biex joffri kors ta’ Masters fl-Istudji tal-Familja.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — trasferiment ta' pazjenti għall-Isptar Mater Dei
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inġarru/ġew riferuti pazjenti mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-Sptar Mater Dei f'din l-aħħar sena u tgħid kemm nisa u kemm irġiel u tindika l-età u għal liema raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kif ingħata x-xogħol tat-tindif tal-Wied ta' Żejta? Kemm se jiswa, kemm ilu li beda u meta se jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol ta' tindif tal-Wied ta' Żejta beda mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex f'Marzu 2010 u tkompla mill-kuntrattur permezz ta' tenders f'Ġunju 2010 sa ma tlesta f'Awwissu 2010. Jiena nfurmata wkoll li x-xogħol tal-kuntrattur sewa €106,756.59.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' afforestazzjoni saru f'Għawdex fl-aħħar sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-aħħar sena tkomplew isiru xogħolijiet preparatorji u applikazzjonijiet neċessarji biex jiġi estiż il-Masġar Papa Ġwanni XXIII fl-Imġarr, ir-rijabilitazzjoni tal-barriera ta' Isopu f'masġar fin-Nadur u qiegħed isir xogħol biex isir ġnien ġdid f'Marsalforn skont il-pjan t'azzjoni Eko-Għawdex għas-snin 2010-2012. Barra minn dan, għaddej il-proċess ta' rijabilitazzjoni tal-Qortin tax-Xagħra mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, il-Wasteserv u bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji tal-ġnien pubbliku ġdid f'Marsalforn li ssemma fil-budget speech?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ġnien ġdid li ssemma fil-budget speech qiegħed jinbena fuq biċċa art fuq ir-riħ tal-parkeġġ f'Marsalforn u se jinkludi faċilitajiet ta' rikreazzjoni għall-familja bħala parti mill-Pjan t'Azzjoni relatat mal-viżjoni Eko-Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid x'għamel il-gvern matul din is-sena sabiex itejjeb il-faċilitajiet għall-ħażna tal-ilma tax-xita?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul din is-sena ġew identifikati ġibjuni li għandhom jitnaddfu u ġew imnaddfa ġibjuni fil-Wied ta' Żejta u fil-Wied ta' Marsalforn bħala parti mill-Pjan t'Azzjoni relatat mal-viżjoni Eko-Għawdex.
MEPA — applikazzjonijiet mill-Malta Enterprise jew Malta Industrial Parks f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-Malta Enterprise jew Malta Industrial Parks f'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni diġà ngħatat f’mistoqsija parlamentari 20721.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-Malta Enterprise jew Malta Industrial Parks f'Ghawdex f'dawn l-aħħar tliet snin u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tliet snin ġew sottomessi wieħed u għoxrin applikazzjoni mal-MEPA, kif turi t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W131, tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawn il-korsijiet huma ġodda, kemm hemm klassijiet għal kull suġġett u kemm hu n-numru attwali ta' studenti f'kull klassi ta' kull suġġett, kemm hemm adult educators jew full-timers ġodda u f'liema suġġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.