Għawdex — Sannat - Skola tal-Mużika - Għalliem tal-Vjolin
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20077 peress li l-istudenti tal-vjolin tal-iskola tal-mużika ta' Sannat, Għawdex qed jilmentaw għaliex l-għalliem li kellhom is-sena l-oħra li kien part-timer m'għadux f'din l-iskola u l-istudenti għadhom mingħajr għalliem, tista' l-Ministru tara jekk dan l-għalliem jistax jerġa' jibda jgħallem lill-istudenti tal-vjolin bħalma kien is-sena l-oħra peress li jidher li dan l-għalliem irid jerġa' jiġi jgħallem f'din l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif ġiet mgħarrfa l-Onor. Interpellanta fit-Tweġiba Parlamentari Nru. 20077, il-persuna li kienet tgħallem il-vjolin fuq bażi part-time fl-Iskola tal-Mużika tas-Sannat, applikat u ġiet magħżula biex tagħallem suġġett ieħor fuq bażi full time fi skola oħra.
Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja ħareġ sejħa għall-Edukaturi għall-Adulti (Ċirkulari Nru. DLLL 10/10) bid-data 11 ta’ Ottubru 2010. Għalkemm applikaw erba’ persuni biex jgħallmu
strings
f’din l-iskola, meta ntbagħt għalihom biex jibdew jgħallmu, kollha esprimew problemi biex jgħallmu waqt il-ħinijiet li fihom topera din l-iskola. Hemm tnejn li lesti joffru s-servizz tagħhom minn Marzu li ġej. Id-Direttorat u l-amministrazzjoni tal-Iskola tal-Mużika f’Għawdex għadhom jippruvaw iħajjru aktar persuni kwalifikati biex jgħallmu l-vjolin f’din l-iskola. Sa issa, kull tentattiv sabiex jinstab għalliem
part-time
għadu ma rnexxiex.
Ħaddiema tas-Central Sterile Services Department — trasferiti f'Malta
Question
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni ħaddiema tas-Central Sterile Services Department fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġew infurmati li se jintbagħtu jaħdmu Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 21874.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet fid-dipartimenti u uffiċċji
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21269 u jgħid:
a) jekk il-kumpanija Road Constructions għandu xi
stop notice
mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba radam li qed jixħet fuq art verġni qrib il-barriera tiegħu f'żona magħrufa bħala ta' Muxi fil-Qala, Għawdex;
b) veru li fejn qed jintefa' l-iskart mir-Road Constructions hija art tal-gvern;
ċ) għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħaditx passi kontra din il-kumpanija, meta tant ħitan tas-sejjieħ u saħansitra anke giren qed jinqerdu minn dan il-wied;
d) x'inhi r-raġuni li Road Constructions mhux qed juża l-alternative route li suppost juża skont il-permess li ħariġlu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;
e) jekk minn mindu saret laqgħa mal-kunsill tal-Qala riċentament itteħdux passi min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanr;
f) kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-Qala Ghawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur talli t-trakkijiet tal-kostruzzjoni jgħaddu kontra s-sinjali ta' one way;
g) x'inhi r-raġuni għaliex Road Constructions mhux qed tħallas is-somma ta' €4,600 fis-sena lill-Kunsill Lokali tal-Qala kif wara kollox hemm stipulat bħala kundizzjoni fil-permess maħruġ għall-barriera tal-istess kumpanija?
ġ) kemm-il darba mhux qed jitħallas l-ammont fuq imsemmi mir-Road Construction lill-Kunsill Lokali tal-Qala, kif qed jiġġedded il-permess tiegħu kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li il-MEPA investigat il-każ ta' depożitu ta' materjal fuq l-art magħrufa bħala tal-Muxi viċin il-barrieri kif inhu allegat mill Onorevoli Interpellant. L-investigazzjonijiet ħadu ftit fit-tul sakemm ġiet identifikata sew l-kumpanija li akkwsitat l-art kif ukoll il-Kumpanija li l-inġenji tagħha iddepożitaw il-materjal. Għaldaqstant il-MEPA ħarġet ordni biex Tieqaf u tat-Twettiq kontra s-sidien li jirriżultaw li huma Joymar Co Ltd u kontra il-kumpanija l-oħra Road Construction LTD li huma s-sidien tat-trakkijiet li ġew irrapurtati jġorru u jarmu il-materjal f' Tal-Muxi.
Ma jirriżultax illi l-art inkwestjoni tappartieni lill-Gvern. Tajjeb jingħad ukoll illi l-art fejn sar l-irdim u li fuqha ħarġet l-Avviż (ECF 574/10) jaqa l-barra mill-konfini ta' xi waħda miż-żewġ barrieri li hemm fil-viċininanzi cioe HG 10 u HG 12. Għaldaqstant sakemm ħarġet ECF 574/10 ma jirriżultax li l-kumpanija Road Construction kellha xi stop notice operattiv fil-konfront tagħha.
L-Avviż tat-Twettiq ser jinkludi wkoll il-ħsara li saret lill-ħitan tas-sejjieħ minħabba dan ir-radam.
L-Alternative Route stipulata fil-permessi tal-Ippjanar taż-żewġ barrieri li hemm fil-Qala hija nfurzabbli minn Malta Transport u mill-Gwardjani Lokali imqabbda mill Kunsill. Allura l-ammont ta' ċitazzjonijiet li nagħtaw s'issa jista' jintalab mill-istess Awtorita' jew mill-Kunsill Lokali.
Rigward il-kontribuzzjoni annwali tal-ammont indikat fl-interpellanza versu il-manteniment tat-toroq identifikati fil-pjanti approvati EIA 5/5-3 (option 3) tal-permess PA 3105/05 (renewal), dawn il-ħlasijiet iridu jsiru skond il-permess lill-Kunsill Lokali tal-Qala wara li jitlesta x-xogħol u wara li jinħareġ ċertifikat minn perit inkarigat mill-istess Kunsill. Għaldaqstant il-Kunsill għandhu jinforma lill-MEPA jekk dawn il-ħlasijiet humiex isiru.
Jista' l-Ministru jgħid x'mizuri qed jieħu l-gvern biex tfal ma jispiċċawx il-ħabs u xi pjanijiet għandu l-gvern rigward tfal li jispiċċaw jiċċappsu mal-kriminalità?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-liġijiet tagħna diġà jipprovdu miżuri sabiex minorenni nvoluti f’azzjonijiet kriminali jingħataw opportunità li jirriformaw. Il-Qorti tal-Minorenni, li fiha jinstemgħu każijiet ta’ persuni sa sittax-il sena, tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċjali li jikkaratterizzaw dawn il-każijiet u tista’ tikkunsidra li tingħata sospensjoni tas-sentenza.
Nagħmel referenza wkoll għall-provvedimenti li hemm taħt il-liġi tal-
Probation
li, permezz tagħhom, tista' tingħata Ordni Proviżorja ta’ Superviżjoni qabel jinqata’ l-każ sabiex, f’dan il-perjodu, jkun hemm iż-żmien biex isir pjan ta’ rijabilitazzjoni għal minorenni. Marbut ukoll mal-
Probation
, hemm ir-rapporti ta’ qabel is-sentenza, magħrufa bħala
Pre-Sentencing and Social Inquiry Reports
li jgħinu lill-Qorti tibni stampa aktar ċara tal-
background
soċjali tal-minorenni u tal-problemi li jistgħu jkunu marbuta magħhom u jagħmlu rakkomandazzjonijiet ta’ kif wieħed jista' jigwidhom biex ikun hemm titjib fl-imġieba, u finalment riforma dejjiema.
Finalment irrid inżid li l-proċess li se jirriżulta mir-riforma tal-Ġustizzja Riparatriċi se jgħin biex inkomplu niffukaw aktar fuq l-attenzjoni speċjali li jirrikjedu minorenni li jsibu ruħhom involuti f’attivatijiet kriminali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-progress li sar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi r-riżultat tal-għażla ġie ppubblikat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fis-7 t’Ottubru 2010 filwaqt li l-ittra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li tawtorizza l-ingaġġ tal-persuni magħżula għal post ta’ Avukat tat-Tfal ħarġet fis-27 t’ Ottubru 2010. Infurmat ukoll li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku bħalissa qed tikkonsidra sottomissjonijiet magħmula minn kandidati oħra li pparteċipaw f’dan il-proċess ta’ għażla. Huwa maħsub li matul il-ġranet li ġejjin id-Diviżjoni tal-Qorti tkun f’pożizzjoni li timpjega l-kandidati magħżula.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15923 u għar-risposta relattiva, filwaqt li l-interpellant tassigura lill-Ministru li taf x'tgħid il-liġi u regolamenti applikabbi, jista' l-Ministru jgħid kemm saru tabelli u sinjali f'Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet fil-bays quddiem ħwienet bil-kliem loading/unloading?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Jannar 2010 sal-lum ġew approvati tliet loading/unloading bays f'Għawdex. Irid jingħad li fl-aħħar ġranet Transport Malta ġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex sabiex fil-loading/unloading bays diġà eżistenti jitwaħħlu tabelli li jindikaw il-ħnijiet li fihom ma jkunx jista' jsir parkeġġ. Fil-fatt, ġew istallati ħames tabelli ma’ loading/unloading bays fl-aħħar xahar mill-istess kunsill lokali.
Kemmuna — trasport għall-qassis u pulizija - tender
Question
B'referenza għas-servizz ta' trasport bejn Għawdex u Kemmuna għall-qassis u l-pulizija li jmorru Kemmuna, jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender għal dan it-tip ta' servizz? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relattivi? Inoltre, jekk joħroġ tender, jista' jgħid kemm kienu l-offerti li saru u jgħid abbażi ta' liema kriterju ingħatat l-offerta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kriterju li bih ingħatat l-offerta għat-trasport ta’ bejn Għawdex u Kemmuna kien permezz ta’ offerti li ġew mitluba lill-operaturi kollha li jipprovdu dan it-tip ta servizz. Is-servizz ġie mogħti lil dak l-operatur li ssottometta l-aħjar offerta finanzjarja kif ukoll l-polza tal-assigurazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern rigward il-Guardianship Act għall-persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Guardianship Act tagħmel parti mill-programm leġislattiv tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. Din il-liġi għandha diffikultajiet legislattivi u għalkemm kien sar xogħol fuq abbozz fil-passat, jeħtieġ li jiġi maħdum mill-ġdid u għalhekk se titkompla il-ħidma fuq l-abbozz il-ġdid fl-2011.
Tista' l-Ministru tgħid x'politika, pjanijiet u programmi għandu l-gvern għas-supported employment għall-persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bil-għan illi persuni b’diżabilità u li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol jingħataw attenzjoni partikolari, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) topera Registered Disabled Persons Unit fi ħdan is-Supported Employment Section tagħha.
Tali Klijenti huma eligibbli għall-skema partikolari ta’
work exposure
imsejħa Bridging the Gap Scheme. Permezz ta’ din l-iskema l-klijent ikollu iċ-ċans li jipprova lilu nnifsu fuq post tax-xogħol propriju mingħajr il-ħtieġa li jinfetaħ il-ktieb tax-xogħol. Matul din il-
work exposure
l-klijent jirċievi mill-ETC
‘allowance’
ta’ 80% tal-paga minima nazzjonali mingħajr il-ħtieġa li jirrinunzja minn xi benefiċċji li jkun qed jirċievi mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali, jekk dan il-perjodu ma jeċċediex it-28 ġimgħa. Tul dan il-perjodu l-ETC tipprovdi s-servizz ta’
job coaching
fejn ikun meħtieġ.
Minn ħdan l-Employment Aid Programme li hija inizjattiva ko-finanzjata mill-European Social Fund, Employer li jingaġġa miegħu persuna b’diżabilità, jingħata sussidju ta’ 75% fuq is-salarju li jħallas, għall-ewwel sena tal-ingaġġ u 60% sussidju għas-sentejn ta’ wara.
Barra minhekk, tali
Employer
ikun eliġibbli ukoll għall tlett snin rifuzjoni tal-bolla tas-Sigurtà Soċjali li huwa jkun ħallas bħala
employer
.
L-ETC għadha kemm issottomettiet proposta sabiex jiġi mniedi proġett ko-finanzjat mill-ESF sabiex fost servizzi oħra, jkunu jistgħu jiġu offruti servizzi ta’
job coaching
u
personal assistance
anke waqt l-impieg propriju.
Unjoni Ewropea — assoċjazzjoni tas-supported employement
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk pajjiżna jieħux sehem jew għandux xi kuntatti mal-assoċjazzjoni tas-supported employment tal-Unjoni Ewropeja ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma għandiex kuntatt mal-assoċjazzjoni tas-supported employment tal-Unjoni Ewropea.
Entitajiet pubbliċi u parastatali — problemi ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti f'din l-aħħar sena rigward problemi ta' saħħa u sigurtà fuq postijiet tax-xogħol fis-settur pubbliku u entitajiet pubbliċi u parastatali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul din is-sena l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol irċeviet 22 ilment mis-settur pubbliku, entitajiet pubbliċi u/jew parastatali.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir xi eżerċizzju biex jiġi stabbilit jekk il-Ministeri u d-dipartimenti governattivi kollha jikkwalifikawx għall-Equality Mark tal-NCPE?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-NCPE tagħti l-Marka tal-Ugwaljanza lil dawk l-entitajiet, kumpaniji u dipartimenti li jissodisfaw kriterji speċifiċi u li huma relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi. Kull entità tal-gvern tkun trid tapplika separatament biex tingħata l-Marka tal-Ugwaljanza u trid ukoll tissodisfa l-kriterji msemmija diġà skont kif jitolbu l-proċeduri.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21428 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma s-salarji ta’ dawn il-karigi fil-Malta Air Traffic Services Limited:
a) Chief Operations Officer
b) Chief Technical Officer
ċ) Chief Financial Officer
d) Senior Head of ATC Operations
e) Senior Head of ATM Planning
f) Senior Head AIM & Training
g) Senior Head Safety, Quality & Security
ġ) Senior Head of Technical Services
h) Head of Technical Support
ħ) Head of Aerodrome Operations
għ) Assistant to Senior Head AIM & Training
i) Assistant to Chief Technical Officer
j) Assistant to Chief Operations Officer
k) Assistant to Chief Financial Officer u
l) Operational Health & Services Officer?
Jista' l-Ministru jgħid min minn dawn il-karigi jagħmel użu minn
mobile telephone
tal-kumpanija? Jista' jgħid min jagħmel użu minn karozza tal-kumpanija? Jista' jgħid min għandu l-
internet
imħallas mill-kumpanija? Jista' jgħid kemm hi t-
travel allowance
għal kull waħda minn dawn il-karigi għal kull ġurnata meta dawn ikunu msiefra fuq xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Minsitru tgħid għal liema raġuni u tispjega għalfejn sar tħammil fl-iskola tas-subien fir-Rabat, Għawdex senjatament fil-parti fejn kien hemm l-uffiċini tal-edukazzjoni, u li wara li sar it-tħammil saru wkoll xi pilastri tal-konkos u issa ntradam kollox?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tħammil li sar viċin l-uffiċini tal-Edukazzjoni sar sabiex tiġi magħmula rampa bħala aċċess għall-bini tal-iskola.
Meta ġiet
re-instated
sabiex dik il-parti tintuża temporarjament bħala bitħa ma ntradam l-ebda pilastru tal-konkos.
Politika Nazzjonali tat-tfal — laqgħat ta' diskussjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru konfernezi/laqgħat ta' diskussjoni u ma min a rigward it-tħejjija tal-Politika Nazzjonali tat-tfal li ġiet imħabbra ftit ilu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru appunta grupp ta’ ħidma f’Ġunju 2010 sabiex iħejji abbozz tal-Politika Nazzjonali biex tiġi ppreżentata għal konsultazzjoni pubblika. Għaddejja konsultazzjoni mat-tfal f’attiviatjiet pubbliċi tat-tfal, u anke fl-iskejjel. S’issa ma saret l-ebda konferenza. Din issir waqt jew wara li jkun hemm il-fażi ta’ konsultazzjoni.
Laqgħat u konferenzi fuq kwistjonijiet relatati mat-tfal u l-famlija
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru laqgħat/konferenzi li jitrattaw kwistjonijiet relatati mat-tfal u mal-familja f'din l-aħħar sena u tagħti d-dettalji relattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem l-istatementing board ta' studenti Għawdxin u tgħid minn liema skola ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li każijiet pendenti quddiem l-istatementing board ta’ studenti Għawdxin huma 9
Skola
Numru
Bishop’s Conservatory
2
St Theresa
1
St Francis
2
Nadur Primary
1
Aguis de Soldanis GSS
1
Għajsielem Primary
1
Victoria Primary
1
Total
9
Tista' l-Minsitru tgħid kemm hemm talbiet pendenti sabiex shared learning support assisstants ikunu individwali u tgħid minn liema skola ġejjin dawn it-talbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.