Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22140 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — dipartimenti/uffiċċji - lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — dipartiment/uffiċċji - lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22142 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Dipartiment/uffiċċji - lifts

Question

Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — dipartiment/uffiċċju - lifts

Question

Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

KSI — pajpijiet tal-ilma

Question

Peress li qed jaslu ilmenti minn diversi residenti f'diversi nħawi f'Għawdex minħabba ħsarat u leaks fil-pajpijiet tal-ilma riżultat tal-kwalità inferjuri tal-pajpijiet li qed jintużaw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta' dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jirriżulta li xi ftit tas-snin ilu, kien hemm xi pajpijiet tal-plastic li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tuża’ għall-water service connections, li ma kinux tal-kwalita’ mixtieqa. Mill-2008, il-Korporazzjoni ħadet ħsieb li ssaħħaħ l-ispecifications biex jinxtraw il-pajpijiet biex ma tirrepetix ruħha din is-sitwazzjoni.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — xogħlijiet fid-dipartimenti u uffiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22134 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet fid-dipartimenti u uffiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22135 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — dipartiment/uffiċċji - lifts

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — dipartiment/uffiċċji - lifts

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jikkonsisti f'Ministeru li huwa maqsum fi tlett sulari, Direttorat Financial Management li jinsab maqsum fuq żewġ sulari, Information Management Unit li jinsab fuq tliet sulari, u d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Expatriates li jinsab fuq sular wieħed, fit-tielet sular tal-bini. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk l-uffiċċji li qegħdin maqsuma fuq aktar minn sular wieħed huma mgħammra b'lift funzjonabbli.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Dipartiment/uffiċċji - lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — dipartimenti/uffiċċji - lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħlijiet fid-dipartimenti u uffiċċji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul dawn l-aħħar sentejn ma sarux xogħlijiet fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jew dipartimenti/uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'dan ir-rigward.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Xogħlijiet fid-Dipartiment u uffiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xogħlijiet fid-Dipartimenti u uffiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li saru xogħlijiet fil-MITA fejn ġiet istallata rampa biex ikun hemm aċċess għall-post fejn kien hemm bżonn li jsir “raised flooring”. L-uffiċċju ta' Triq l-Arċisqof il-Belt Valletta, fejn hemm is-Segretarju Permanenti tal-MITC mhux aċċessibli, però se jiċċaqlaq dalwaqt u sejjer fi triq id-Dejqa, post li huwa aċċessibbli. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa l-Att dwar ir-Reġistru Ċentrali qed jiġi dikuss mill-kumitat dwar l-Abozz tal-liġi fil-Parlament. Fost affarijiet oħra, dan l-Att ser jgħaqqad lir-Reġistru Pubbliku mar–Reġistru tal-Artijiet biex jinħoloq Reġistru Ċentrali wieħed u ma huwiex eskluż li, anki fiżikament, jekk dan ikun possibli, dawn iż-żewġ reġistri jingħaqdu biex jaħdmu taħt saqaf wieħed. Għalhekk ma huwiex ikkunsidrat għaqli, f’dan l-istadju, li wieħed jagħmel spejjeż fuq il-binjiet preżenti meta wieħed mhuwiex ċert jekk dawn il-binjiet humiex se jkomplu jintużaw jew le meta jinħoloq ir-reġistru ċentrali.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħlijiet fid-Dipartimenti u uffiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Xogħlijiet fid-Dipartimenti u Uffiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22132 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — xogħlijiet fid-dipartimenti u uffiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet li saru fid-Dipartimenti u uffiċini f'dawn l-aħħar sentejn biex jiġu indirizzati l-problemi ta' aċċesibilita' huma:-

College Counsellor, Trainee Counsellor, Traniee Career advisor

Question

Peress li f’Għawdex ma hawn l-ebda college counsellor, trainee counsellor jew trainee career advisor bħalma hemm f’Malta mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, peress ukoll li għadu kemm kien hemm l-intervisti għal college counsellors li mill-erbgħa li għaddew, tnejn minnhom kienu Għawdxin, tista' l-Ministru tgħid għaliex ħadd minn dawk li għaddew ma’ kien offrut post fil-Kulleġġ ta’ Għawdex imma liż-żewġ Għawdxin intalbu biss jaċċettaw post f’kulleġġi f’Malta u dan meta f'Għawdex hawn bżonn ta' dawn is-servizzi ukoll?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-aħħar interviews li saru fit-30 ta’ Lulju 2010 għall-ħatra ta’ College Counsellors kien hemm żewġ applikanti li għaddew, waħda minn Malta u l-ieħor minn Għawdex. L-applikant Għawdxi rrifjuta l-pożizzjoni ta’ College Counsellor meta ġie infurmat bil-ħatra l-ġdida tiegħu. Is-servizz ta’ Trainee Career Advisor u Trainee Counsellor għall-Kulleġġ ta’ Għawdex ser jingħata minn professjonisti Maltin li ġew ingaġġati.
Leg 11 PQ #22062 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nuqqas ta' Diovan 80 fl-ispiżeriji Għawdxin

Question

Peress li fil-farmaċiji ta' Għawdex u dik tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm nuqqas ta' Diovan 80, tista' l-Ministru tara li dawn il-pilloli jiġu suppliti biex ikun jista' jinqeda l-pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, il-pazjenti ma naqsu qatt li jiġu mogħtija d-Diovan 80 fejn dan kien meħtieġ. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li l-mediċini provduti fl-ispiżeriji affiljati fl-iskema Pharmacy of Your Choice f'Għawdex, bħal dawk f'Malta, huma amministrati mill-Ministeru tas-Saħħa. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lil dan l-istess Ministeru.

Malta Air Traffic Services Limited

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21640 u 21428 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma s-salarji ta’ dawn il-karigi fil-Malta Air Traffic Services Limited: a) Chief Operations Officer b) Chief Technical Officer ċ) Chief Financial Officer d) Senior Head of ATC Operations e) Senior Head of ATM Planning f) Senior Head AIM & Training g) Senior Head Safety, Quality & Security ġ) Senior Head of Technical Services h) Head of Technical Support ħ) Head of Aerodrome Operations għ) Assistant to Senior Head AIM & Training i) Assistant to Chief Technical Officer j) Assistant to Chief Operations Officer k) Assistant to Chief Financial Officer u l) Operational Health & Services Officer? Jista' l-Ministru jgħid min minn dawn il-karigi jagħmel użu minn mobile telephone tal-kumpanija? Jista' jgħid min jagħmel użu minn karozza tal-kumpanija? Jista' jgħid min għandu l- internet imħallas mill-kumpanija? Jista' jgħid kemm hi t- travel allowance għal kull waħda minn dawn il-karigi għal kull ġurnata meta dawn ikunu msiefra fuq xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.