Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu nies jagħmlu operazzjonijiet barra f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? X'kienu l-etajiet tagħhom? X'kienet l-operazzjoni? Kemm swiet kull operazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23862 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti t'Għawdex — magna tal-kafè

Question

Peress li l-pubbliku li jkun fil-Qorti t'Għawdex ripetutament jilmenta għaliex m'hemm ebda tip ta' servizz jew magna tal-kafè u dan meta xi żmien ilu kien hemm magna tal-kafè, tista' l-Ministru tindirizza dawn l-ilmenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bid-dħul in vigore tal-emendi tal-2008 dwar "Prattika u l-Proċedura tal-Qorti u l-Bon-Ordni", b'Avviż Legali Numru 279 tal-2008 (illum inkluż bħala Leġislazzjoni Sussidjarja Numru 12.09 mal-Kap.12 tal-Liġijiet ta' Malta) u Avviż Legali Numru 280 tal-2008, bejgħ ta' kull xorta ta' ikel u xorb fil-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa pprojbit.
Leg 11 PQ #23902 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija Għawdxin — spejjeż in konnessjoni mal-vjaġġi lejn Malta

Question

Peress li bħalissa pulizija Għawdxin qed jiġu Malta għal kors u peress li dan jinvolvi spejjeż in konnessjoni mal-vjaġġ lejn Malta u lura, jista' l-Ministru jara li jkun hemm trasport provdut u jgħid jekk hux se jitħallsu tal-ispejjeż li qed jagħmlu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija qed joħroġ l-ispejjeż relatati mat-traġitt bil-vapur lil dawk il-membri tal-Korp stazzjonati Għawdex li jkunu meħtieġa jattendu għat-taħriġ f'Malta.
Leg 11 PQ #23714 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23304 u jgħid kemm huwa l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħthom li għandhom diżabilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-persentaġġ ta’ impjegati li għandhom diżabiltà fi ħdan il-Ministeri u d-Dipartimenti kollha jaqgħu taħt l-uffiċċju tal-Prim Ministru hu ta’ 0.5%

Ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23307 u jgħid kemm huwa l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom diżabilità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnsielem — Triq Ħamri - Belveder

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-protest ġudizzjarju li ġie intavolat fil-qorti tal-Maġistrati ta' Għawdex fir-rigward il-Belveder fi Triq Ħamri f'Għajnsielem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern intavola l-protest ġudizzjarju fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex fl-4 ta’ Jannar 2011, fejn l-intimat ingħata 8 ġimgħat żmien, li jiskadu fl-4 ta’ Marzu 2011, biex jippristina l-Belvedere fi Triq Ħamri, Għajnsielem, lura għall-istat oriġinali, kif ukoll, biex jagħmel tajjeb għad-danni kkaġunati fuq art pubblika.

Statistika fuq rata tal-impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jipprovdi statistika (nisa għalihom u rġiel għalihom) tal-aħħar ħames snin dwar ir-rata ta' impjieg, qgħad, dawk li mhumiex ekonomikament attivi u li qed ifittxu x-xogħol u persuni b'diżabilità?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-ETC.
Leg 11 PQ #23743 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reati fil-konfront ta' persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta' reati fil-konfront ta' persuni b'diżabilità f'dawn l-aħħar tliet snin, kemm fuq nisa u kemm fuq irġiel separatament? X'kienu r-reati? Kemm ġew imressqa l-qorti? Kemm ġew misjuba ħatja u kemm kien hemm rinunzji ta' proċeduri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx tali statistika dwar it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Persuni neqsin mid-dawl — riforma fit-trasport pubbliku

Question

In vista tar-riforma fit-trasport pubbliku, in vista tal-fatt li l-għaqdiet tal-persuni neqsin mid-dawl talbu diversi drabi laqgħa sabiex jiġu diskussi issues relatati mal-persuni neqsin mid-dawl u qatt ma ngħataw appuntament, jista' l-Ministru jara li din il-laqgħa ssir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta kellha laqgħa mal-President tar-Rappreżentanti ta’ Persuni Neqsin mid-Dawl f’Mejju 2010, fejn ġew diskussi l-bżonnijiet ta’ dan il-grupp ta’ nies fuq aspetti ta’ Trasport Pubbliku. Infurmat ukoll li ftit tal-ġranet ilu, Transport Malta u Arriva (Malta) Ltd kellhom laqgħa mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà (KNPD) fejn ġie miftiehem li jsiru numru ta’ laqgħat ma’ gruppi varji ta’ persuni diżabbli, inklużi dawk li huma neqsin mid-dawl, sabiex jiġu diskussi materji speċifikament fuq aċċessibiltà, skond kif ikun meħtieġ minn dak il-grupp partikolari. Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li dawn il-laqgħat ser jiġu organizzati fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #23694 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn Triq Salini - manutenzjoni

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Salini f'Marsalforn, Għawdex hija fi stat ħażin ħafna, tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li Triq Salini, Marsalforn, ġarrbet xi ħsarat minħabba x-xita ta' dan l-aħħar u ser issir il-manutenzjoni li hemm bżonn mill-aktar fis.
Leg 11 PQ #23709 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — food entitlement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23597 u 23295 u jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniċi impjegati li għandhom food entitlement fi ħdan il-Ministeru u Dipartimenti kollha taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huma dawk l-impjegati kollha tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jivjaġġaw bejn Malta uGħawdex. Niirreferiħ għall-informazzjoni mitluba fit-tabella ta’ hawn taħt.
Leg 11 PQ #23710 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Qala - Tal Muxi - raddam

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23582 u jgħid għaliex ir-radam li ntefa' f'Tal Muxi, fil-Qala, Għawdex għadu hemm u l-kuntrattur ma ġiex ordnat li jneħħih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23711 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — inkjesti/investigazzjonijiet u stħarriġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23598, 23134 u 22782 u jgħid kemm saru inkjesti/investigazzjonijiet/stħarriġ interni f’kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew konklużi? Jista' jgħid in-natura tal-każ? Jista' jgħid id-dipartiment konċernat u l-kariga tal-persuni involuti, jekk itteħdux passi dixxiplinarji/legali u jekk ġew sospiżi xi nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Leg 11 PQ #23712 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li jaħdmu l-MDP Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23599, 23133 u 22780 u ċioe: Peress li l-ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu fl-impjant tal-Malta Dairy Products Għawdex ilhom ormai snin twal ġejjin u sejrin Malta u dan b'inkonvenjent kbir tenut kont tal-fatt li ħafna minnhom mhumiex ta' età żgħira, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal dawn il-ħaddiema biex jerġgħu jiġu jaħdmu Għawdex stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-impjegati msemmija qatt ma kienu impjegati tal-gvern imma kienu ġew ingaġġati direttament mill-kumpanija MDP, liema kumpanija illum il-gvern għandhu 30% share-holding.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — food entitlement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23600 u 23299 u jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23598 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — inkjesti/investigazzjonijiet u stħarriġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23134 u 22782 u jgħid kemm saru inkjesti/investigazzjonijiet/stħarriġ interni f’kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew konklużi? Jista' jgħid in-natura tal-każ? Jista' jgħid id-dipartiment konċernat u l-kariga tal-persuni involuti, jekk itteħdux passi dixxiplinarji/legali u jekk ġew sospiżi xi nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23599 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li jaħdmu l-MDP Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23133 u 22780 u ċioe: Peress li l-ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu fl-impjant tal-Malta Dairy Products Għawdex ilhom ormai snin twal ġejjin u sejrin Malta u dan b'inkonvenjent kbir tenut kont tal-fatt li ħafna minnhom mhumiex ta' età żgħira, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal dawn il-ħaddiema biex jerġgħu jiġu jaħdmu Għawdex stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — food entitlement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23299 u jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23310 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom diżabilità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 5 impjegati li għandhom diżabilità, 3 huma impjegati fil-Qrati tal-Ġustizzja (Malta), 1 fil-Korp tal-Pulizija u ieħor fis-Segretarjat Permanenti.
Leg 11 PQ #23311 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha li għandhom diżabilità?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li għandhom diżabilità huwa ta' 0.23 fil-mija.