Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — avviżi għall-akkwist ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu avviżi għall-akkwist ta' art għal skopijiet pubbliċi f'Għawdex f'din l-aħħar sena, fejn u x'inhu l-iskop pubbliku?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Jannar 2010 sal-lum ġew akkwistati, permezz ta’ Dikjarazzjoni tal-President, il-proprjetajiet imsemmija aktar l-isfel, kif ukoll dettalji tal-iskop pubbliku propost għal kull akkwist. Wieħed ta’ min isemmi illi skont l-emendi li daħlu fis-seħħ fl-2002 fl-Att li jirregola l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88), kull meta toħroġ Dikjarazzjoni tal-President għall-akkwist ta’ art, l-art tiġi trasferita u reġistrata f’isem il-Gvern. Proprjeta’ Skop Art fix-Xagħra Ġgantija Heritage Park Art fil-Munxar twessiegħ ta’ toroq Art fl-Għarb formazzjoni ta’ triq Ġew ukoll akkwistati proprjetajiet li kienu ġew dikjarati meħtieġa għal skop pubbliku iżda li l-akkwist tagħhom ma ġiex finalizzat. Bis-saħħa tal-emendi imsemmija aktar ’il fuq, l-artijiet imsemmija hawn taħt ġew akkwistati permezz ta’ Dikjarazzjoni Presidenzjali jew Kuntratt Art fir-Rabat formazzjoni ta’ triq Art fil-Qala Distribution Centre għall-Enemalta Art fir-Rabat Sub-station ta’ l-Enemalta Art f’Għajnsielem twessiegħ ta’ triq
Leg 11 PQ #24148 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — stallazzjoni ta' Wi-Fi

Question

Tista' l-Ministru tara li fil-bini tal-Qorti ta' Għawdex jiġi stallat il-Wi-Fi peress li kulma jinħtieġ huwa estenzjoni tas-servizz li hemm diġà?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-istallazzjoni tal-Wi-Fi ġewwa l-bini tal-Qorti ta' Għawdex qed tiġi kkunsidrata bil-ħsieb li tkun attwata fi ftit żmien ieħor.

nuqqas ta' programmi għal persuni neqsin mis-smiegħ

Question

Peress li persuni neqsin mis-smiegħ qed jilmentaw li hemm nuqqas ta' programmi mxandra bis-subtitles, tista' l-Ministru tgħid x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għal persuni neqsin mis-smiegħ, il-PBS, kuljum, ixxandar l-aħbarijiet tas-6.00 p.m. bis-sign language kif ukoll ixxandar il-programm Xarabank bis-sign language fuq Channel 22 kull nhar ta’ Ġimgħa. Qed isiru arrangamenti biex l-aħbarijiet tat-8.00 p.m. fuq TVM jkunu mxandra bis-sub-titles.

Belt Valletta — sistema tas-CVA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24070 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ħa flus il-kuntrattur tas-sistema tas-CVA tal-Belt Valletta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li CVA Technology, li hija l -kumpanija li tieħu ħsieb l-amministrazzjoni tas - CVA ġiet imħallsa dawn iċ-ċifri fis-snin imgħoddija: Euros 2007 1,682,396.00 2008 1,603,559.00 2009 1,376,914.00 2010 1,914,214.00

After care lill-familjari ta' persuni li jikkommettu suwiċidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'after care tiġi offruta lill-familji li membru tagħhom ikun ikkommetta suwiċidju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Numru 24119 tas-seduta 322.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom diżabilità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23715.

Formola tat-taxxa

Question

Peress li d-diċitura tal-formola tat-taxxa toħloq ċertu konfużjoni għaliex tkun tirreferi għal sena partikolari u mbaghad hemm "sena stima" li tkun differenti, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li din il-parti tal-formola tiġi simplifikata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jeżistu raġunijiet preċiżi għaliex jintuża l-kunċett ta’ “sena ta’stima”, bħal pereżempju fil-każ ta’ kumpanniji li jkollhom accounting date differenti u li għalhekk l-accounting period tagħhom ma jkunx jikkorrispondi għas-sena kalendarja. Minbarra dan, il-kunċett ta’ “sena ta’ stima” jidher li ndara sew u ma jidhirx li qed joħloq xi problemi partikolari. Madankollu, nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm il-ħsieb li l-liġi tat-taxxa, li issa għandha aktar minn 60 sena, tiġi riveduta, u għalhekk is-suġġeriment li qed isir jista’ jitressaq għall-konsiderazzjoni meta ssir ir-reviżjoni.

Persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tinżammx statistika tal-persuni b'diżabilita` skont id-diżabilità partikolari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-KNPD iżżomm statistika tal-persuni b’diżabilità skont id-diżabilità partikolari.

Studenti torox u għomja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti torox u għomja fl-iskejjel tagħna inklużi dawk fl-MCAST u fl-Università u tindika f'liema skejjel qegħdin? Tista' inoltre tgħid x'tip ta' għajnuna jingħataw fil-klassi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korsijiet fil-lingwa tas-sinjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet u/jew units bħala parti minn korsijiet jingħataw fil-lingwa tas-sinjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST toffri korsijiet fil-lingwa tas-sinjali fuq bażi part-time. Dawn il-korsijiet jiġu offruti fuq żewġ livelli, fil-każ speċifiku kors ta’ l-ewwel livell u kors tat-tieni livell. Il-kors normalment jiġi offrut darbtejn fis-sena, f’April u Ottubru, huwa popolari u fil-fatt kellu attendenza regolari. Dan il-kors jiġi saħansitra offrut fiċ-ċentru tal-MCAST ġo Għawdex. Tajjeb li ngħidu li fl-2010 kellna 23 student li attendew il-kors ta’ l-ewwel livell f’Malta (15 f’April u 8 f’Ottubru) u 17 li attendew il-kors tat-tieni livell f’Għawdex (f’April). Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja jorganiżża 4 korsijiet fis-sena fil-lingwa Maltija bis-sinjali. Kull kors hu mifrux fuq 14-il ġimgħa. Żewġ korsijiet huma fuq livell bażiku u żewġ korsijiet huma livell aktar avvanzat. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li għal dan il-kors speċifiku, kull persuna li tattendi hi eżentata minn ħlas biex tattendi. L-Istitut tal-Lingwistika fl-Università ta’ Malta joffru korsijiet fil-Lingwa tas-Sinjali Maltija (LSM) ta’ żewġ livelli, wieħed beginners jew il-livell tal-bidu u l-ieħor intermediate jew livell iktar avvanzat. Kull kors huwa study-unit ta’ 2 ECTS. Dawn il-korsijiet jingħataw minn żewġ persuni Deaf (kif jippreferu jissejħu il-persuni li għandhom nuqqas ta’ smigħ profond u jużaw il-Lingwa tas-Sinjali Maltija fil-ħajja ta’ kuljum). Normalment isiru tlett korsijiet tal-bidu u kors wieħed tat-tieni livell kull semestru, jiġifieri sitt korsijiet tal-bidu u żewġ korsijiet tat-tieni livell kull sena. Dawn il-korsijiet huma obligatorji għall-istudenti tal-Lingwistika li jieħdu kemm il-kors tal-bidu fl-ewwel sena kif ukoll tat-tieni livell fit-tieni sena. Studenti oħra jistgħu jagħżlu dawn il-korsijiet bħala option . L-istudenti tal-Lingwistika jistudjaw ukoll il-Lingwistika tas-Sinjali ( Sign Linguistics) kif ukoll il-Kitba tas-Sinjali (Signwriting).
Leg 11 PQ #23909 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana — ħlasijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-ħlasijiet kollha li saru in konnessjoni mal-edizzjonijiet tan-Notte Gozitana li saru fl-aħħar snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-ewwel edizzjoni tan-Notte Gozitana (2007) in-nefqa nqasmet bejn il-Ministeru għal Għawdex u dak tat-Turiżmu u Kultura. Fit-tieni edizzjoni tal-2008 l-Ministeru għal Għawdex ma kellu x'jaqsam xejn mal-organizzazzjoni ta' din l-attività. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar in-nefqa mill-Ministeru għal Għawdex hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — food entitlement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23713, 23600 u 23299 u jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23990 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Qala - Tal Muxi - raddam

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23710 u 23582 u jgħid għaliex ir-radam li ntefa' f'Tal Muxi, fil-Qala, Għawdex għadu hemm u l-kuntrattur ma ġiex ordnat li jneħħih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-kuntrattur fil-fatt ġie ordnat ineħħi l-materjal permezz ta' l-Ordni ta' Twettiq ECF 574/10, li nħarġet f'Novembru li għadda. Is-sezzjoni ta' l-Infurzar tal-MEPA ma tistgħax tintervjeni direttament f'dan l-istadju għax l-irdim waqaf u ntefgħet applikazzjoni sanatorja (PA5350/10) fit-terminu tal-liġi, u l-irdim waqaf.

Statistika fuq rata tal-impjieg

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 23742 li oriġinarjament lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa saret lilha tgħid u tipprovdi statistika (nisa għalihom u rġiel għalihom) tal-aħħar ħames snin dwar ir-rata ta' impjieg, qgħad, dawk li mhumiex ekonomikament attivi u li qed ifittxu x-xogħol u persuni b'diżabilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23859 u jgħid kemm intbagħtu nies jagħmlu operazzjonijiet barra f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? X'kienu l-etajiet tagħhom? X'kienet l-operazzjoni? Kemm swiet kull operazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-aħħar ħames snin il-Gvern bagħat 600 pazjent għal operazzjonijiet barra minn Malta. Iċ-ċifri fit-tabella t’hawn taħt juru kif tinqasam din iċ-ċifra skont it-tip ta operazzjoni u ma tinkludix episodji fejn pazjent ikun intbagħat barra minn Malta għal vista jew investigazzjonijiet. L-informazzjoni ma setgħetx tinqasam f’kategoriji ta` eta` iktar ristretti biex tigi protetta l-identita` tal-pazjenti li għamlu użu minn dan is-servizz. Id-Dipartiment konċernat mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti dettalji dwar kemm jiswew dawn l-operazzjonijiet peress illi l-parti l-kbira tal-każijiet jintbagħtu għal kura/operazzjoni taħt il-ftehim reċiproku bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż. Interventi Nisa’ taħt it-tmintax il-sena Nisa’ min tmintax il-sena ‘l fuq Irgiel taħt it-tmintax il-sena Irġiel min tmintax il-sena ‘l fuq Moħħ 9 60 10 51 Għadam 32 62 29 54 Għajnejn 13 14 10 21 Widnejn 9 14 4 5 Qalb 45 17 36 14 Fwied / 9 4 4 Msaren / / / 2 Oħrajn 13 23 9 27
Leg 11 PQ #22780 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li jaħdmu l-MDP Għawdex

Question

Peress li l-ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu fl-impjant tal-Malta Dairy Products Għawdex ilhom ormai snin twal ġejjin u sejrin Malta u dan b'inkonvenjent kbir tenut kont tal-fatt li ħafna minnhom mhumiex ta' età żgħira, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal dawn il-ħaddiema biex jerġgħu jiġu jaħdmu Għawdex stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Malta Dairy Products Limited m’hijiex kumpanija fejn il-gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma, imma hija kumpanija privata b’70% tal-ishma huma tal-Kooperattiva Produtturi tal-Ħalib (KPH) u 30% tal-Malta Enterprise.

Għaqdiet u entitajiet — VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar VAT il-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin minn għaqdiet u entitajiet, djar eċċ li joperaw fil-qasam tad-diżabilità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux din l-informazzjoni minħabba li d-data li għandu ma tisseparax għaqdiet ta’ persuni b’diżabilità minn għaqdiet oħrajn.

Sptar St. Luke — OPU

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern biex l-OPU fl-Isptar St. Lukes isir iktar aċċessibbli għall-utenti tal-istess unit u xi pjanijiet għandu l-gvern a rigward upgrade tal-premises?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23889.

Trapjanti ta' organi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trapjanti ta' organi fuq persuni b'diżabilità fl-aħħar ħames snin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li għal raġunijiet ta’ etika u protezzjoni tad-data, l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx. Tajjeb wieħed jenfasizza li ma ssir ebda diskriminazzjoni rigward trapjanti ta’ organi fuq persuni b’diżabilità.